Legislature:
Category:
Reset
Active:

Maħfriet Presidenzjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27316 u jgħid kemm kien hemm maħfriet presidenzjali minn Mejju 1987 'il quddiem, lil min saru, taħt liema ċirkustanzi saru, għaliex saru u minn min ġew awtorizzati fuq livell ta' gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27316.

Investiment flok reġistrazzjoni ta' flus

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 27810 jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew depożitati flus fl-iskema tal-Gvern u x'għamel il-Gvern biex isir jaf għaliex l-iskema ma tqisetx attraenti biżżejjed biex tiġbed iżjed depożiti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28061.

Għażla ta' impjegata

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 27825 u għar-risposta relattiva, jista' l-Prim Ministru jgħid kif intagħażlet dik l-impjegata partikolari mit-tmien EAs magħżula kif intqal f'mistoqsija parlamentari 27498?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Euro Assistants magħżula ngħataw dawk id-doveri u r-responsabbilitajiet skond il-ħtiġijiet taċ-Ċentru u l-kompetenzi ndividwali tagħhom.

Income ta' persuni

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar id-dħul (income) ta' persuni għas-snin 2005 u 2006 f'dawn il-kategoriji: Persuni single; persuni miżżewġa pero' li jiddikjaraw joint declaration u miżżewġa li jiddikjaraw separate declaration u dan f'income brackets segwenti cioe Minn 0 sa Lm 4,500 Lm 4,500 sa Lm 6,000 Lm 8,000 sa Lm 10,000 Lm 10,000 sa Lm 12,000 Lm 12,000 'il fuq. Kemm kien id-dħul totali ta' taxxa (income tax) mill-kategoriji ta' persuni fuq indikati għall-istess perijodu 2005 u 2006? Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm dħul income tax revenue minn dawn il-kategoriji ta' taxpayers għas-snin 2006 u 2007 għal A) banek u B) partnerships u limited liability companies?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28111.

Forzi Armata

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm nefqet flus l-Armata fuq xogħol jew żamma ta' immigranti illegali din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li n-nefqa li l-Armata għamlet fuq xogħol jew żamma ta’ immigranti rregolari sat-30 ta’ Settembru ta’ din is-sena tammonta għal Lm1,592,151 VAT inkluż.

Għawdex — Premises ta' l-uffiċċju elettorali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fejn ser jiġu rilokati l-premises ta' l-uffiċċju elettorali/karti ta' l-identita' f'Għawdex meta l-kirja vigenti tal-premises preżenti tiskadi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Huwa propost li l-Uffiċċju Elettorali u tal-Karti ta’ l-Identità f’Għawdex jiġi trasferit f’bini tal-Gvern fi Pjazza San Franġisk, Ir-Rabat.

Proġetti f'Għawdex

Question

Nirriferi lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 27534. Jista' issa jgħid x'inhi l-iskeda tal-pagamenti kif stipulata f'kull kuntratt li sar mill-Kummissjoni Ewropea dwar proġetti f'Għawdex ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea għall-perijodu ta' programmazzjoni 2004-2006 u taħt il-programm ta' pre-adeżjoni? Kemm saru pagamenti s'issa, x'kien l-ammont ta' kull pagament u meta sar? X'hemm flus kommessi s'issa għan-nefqa din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Xiri ta' karozzi

Question

Nirriferi lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi għat-tweġibiet mogħtija mill-Ministru għal Għawdex għal mistoqsijiet parlamentari 23726, 25904 u 27535 dwar xiri ta' karozzi. Jista' l-Prim Ministru issa jikkonferma li x-xiri taż-żewġ karozzi kien skond Ċirkolari Nru. 5/98 maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi? Huwa minnu li x-xiri ta' dawn il-karozzi ma kienx skond il-proviżjonijiet taċ-ċirkolari msemmija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Investiment dirett barrani f'Għawdex

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsijiet parlamentari 26778 u 27547 dwar investiment dirett barrani f'Għawdex, jista' l-Prim Ministru issa, wara erba' xhur li ilni nitlobulu, jagħtini t-tagħrif li tlabtu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27547.

Delegazzjoni fl-Awstralja

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27828 u 27385 u jgħid x'kienet in-nefqa totali taż-żjara tiegħu u tad-delegazzjoni fl-Awstralja, inkluż l-passaġġi ta' l-ajru, etc?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Żjara fl-Awstralja

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27827 u 27386 u jgħid min kienu l-membri kollha tad-delegazzjoni li akkumpanjatu l-Awstralja u min kienu l-ġurnalisti u rappreżentanti tal-media li telgħu miegħu? Huwa minnu li fosthom kien hemm ta' Where's Everybody? X'arranġamenti finanzjarji saru dwar l-akkumpanjament u l-vjaġġi u akkomodazzjoni u ikel tal-ġurnalisti li kellu miegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

OPM — Taxxi, tariffi u miżati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Settembru 2007? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Taxxi Interni — Talba minn persuna

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li t-talba li saret quddiem id-Dipartiment tat-Taxxi Interni minn persuna mill-Isla, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tkun milqugħha? Jista' jgħid għaliex id-Dipartiment tat-Taxxi Interni għadu ma weġibx għat-talba tagħha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Maħfriet Presidenzjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27316 u 27611 u jgħid kemm kien hemm maħfriet presidenzjali minn Mejju 1987 'il quddiem, lil min saru, taħt liema ċirkustanzi saru, għaliex saru u minn min ġew awtorizzati fuq livell ta' gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27316.

Storbju eċċessiv

Question

Jista' issa l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 27568 u 27829 u 27978 u jgħid x'passi ħa dwar ittra mibgħuta lilu fit-18 ta' Settembru, 2006 minn persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament dwar storbju eċċessiv mill-Queen's Head Pub peress li għaddiet sena oħra u baqa' l-istess storbju eċċessiv sas-siegħat bikrin ta' filgħodu b'inkonvenjenza għall-ġirien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Dar Malta fi Brussell

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24645 jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm organizzazzjonijiet kummerċjali li jinsabu lesti jikru partijiet minn Dar Malta u jgħid liema huma dawn l-organizzazzjonijiet kummerċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Maħfriet presidenzjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm maħfriet presidenzjali minn Mejju 1987 'il quddiem, lil min saru, taħt liema ċirkustanzi saru, għaliex saru u minn min ġew awtorizzati fuq livell ta' gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella aġġornata tal-Maħfriet Presidenzjali li ngħataw sal-5 ta’ Settembru 2007. Dwar il-Maħfriet Presidenzjali li ngħataw bejn l-1997 u l-2006 (Ottubru), nirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20849 fis-Seduta Numru 448 tal-31 ta’ Ottubru 2006, kif ukoll għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25227 fis-Seduta Numru 542 tat-23 ta’ Mejju 2001, fil-Leġislaturi ta’ qabel. Dwar l-informazzjoni għas-snin ta’ qabel, ninsab infurmat illi din mhiex disponibbli f’forma kompjuterizzata, iżda trid tinġabar minn files wieħed wieħed. Dawn jammontaw għal mijiet ta’ files meta tikkonsidra l-perijodu hekk fit-tul li dwaru qed tintalab l-informazzjoni. Bħala regola, Maħfra Presidenzjali tingħata fuq parir tal-Ministru tal-Ġustizzja, ħlief fil-każ ta’ traffikar ta’ drogi fejn il-parir jingħata mill-Kabinett.

Passi dixxiplinarji kontra s-suldati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' suldati li ttieħdu passi dixxiplinarji kontrihom din is-sena u għaliex? X'rank kellhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li mill-ewwel ta’ Jannar sa l-aħħar ta’ Settembru 2007 kien hemm 74 suldat li ttieħdu passi dixxiplinarji kontrihom. Ir-rankijiet ta’ dawn is-suldati kienu Gunner, Lance Bombardier u Warrant Officer Class II. Ir-reati kienu dawk kontra ‘Nuqqas ta’ Ubbidjenza ta’ Ordnijiet Permanenti, Nuqqas għad-Detriment kontra l-bon’ordni tad-Dixxiplina Militari, Insubordinazzjoni, Assenza mingħajr permess, Serq ta’ proprjetà pubblika, Ħsara bi traskuraġni fi proprjetà tas-servizz u Reati li jikkonċernaw dmirijiet ta’ Sentinella.

Flus minn Malta għall-UE

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għaddiet flus Malta lill-Unjoni Ewropea din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tul is-sena 2007 Malta ħallset lil Unjoni Ewropea s-somma ta’ Lm17,574,014.94. Jekk wieħed iqabbel x’ħallset Malta lil Unjoni Ewropea u x’daħlet Malta mingħand l-Unjoni Ewropea mis-sena 2004 sal-lum insibu bilanċ favur Malta ta’ Lm136,262,989.62.

Ktejjeb pubbliċitarju

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm sewa l-ktejjeb pubbliċitarju "Għal Familja Aħjar" li tqassam f'kull dar dan ix-xahar? Fejn ġie stampat dan il-ktejjeb maħruġ mill-uffiċċju tal-Prim Ministru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ppubblika ktejjeb “Familji fis-Sod” bl-iskop ewlieni li jgħarraf aktar lill-160,000 dar residenzjali li hawn f’Malta u Għawdex dwar il-proposti ewlenin li hemm fid-Dokument ta’ Qabel il-Baġit “Familji fis-Sod”. Dan il-ktejjeb li kien parti essenzjali mill-proċess ta’ konsultazzjoni bi preparazzjoni għall-Baġit 2008 tqassam fil-ġranet li għaddew u kellu dawn l-ispejjeż: Disinn Lm 1,656 Stampar Lm17,988 Posta Lm 2,980 Total Lm22,624 Ix-xogħol ta’ stampar ġie kkummissjonat mill-istamperija tal-Gvern. Dan ifisser li b’kollox kull ktejjeb sewa’ 14-il ċenteżmu u milleżmu.