Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #19411 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tat-Turiżmu

Konsulenzi — Nefqa totali annwali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi n-nefqa totali annwali tal-ministeru tiegħu fuq konsulenzi - inklużi fringe benefits?

Response (REFALO, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 18603 f’seduta 362 tas-26 ta’ Lulju 2000.
Leg 9 PQ #19518 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Interim From: KARMENU VELLA To: Ministeru tat-Turiżmu

Lukandi — Applikazzjonijiet għal bini/estensjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji/informazzjoni dwar: i) Applikazzjonijiet pendenti għal bini/estensjoni ta' lukandi u akkomodazzjoni oħra. ii) Numru ta' sodod li qed jintalab li jiżdied. iii) Kategoriji ta' l-akkomodazzjoni. iv) Lokalita'. v) Data ta' l-appuntazzjoni. vi) Data mistennija ta' meta se jitlesta x-xogħol?

Response (REFALO, MICHAEL)

Peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #19533 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tat-Turiżmu

Sliema — Upgrading ta' l-Istandard ta "Blue Flag"

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tax-xogħol kollu li sar fl-upgrading għall-istandard ta' "blue flag" ta' parti mill-bajja ta' Tas-Sliema/San Ġiljan? Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' dan il-valur skond it-tip ta' xogħol?

Response (REFALO, MICHAEL)

Peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #18842 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18151?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li fil-Ministeru u fl-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi hemm is-Sur Han Zuber u s-Sur Andrew MacLachlan li huma konsulenti barranin li qed jagħtu servizz fil-Food Preparation & Production u fl-Accommodation Operations rispettivament fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS). Is-salarji u kundizzjonijiet huma ta' natura kummerċjali u, għalhekk, kunfidenzjali.
Leg 9 PQ #18800 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18139?

Response (REFALO, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet 10723, 11162 u 11253 u ninfurmah li mal-konsulenti msemmija f'dawn it-tweġibiet bħalissa hemm ukoll dawn li ser insemmi:- Is-Sur L. Agius bħala konsulent u Chairman tar-ROOTS Programme Committee. L-għan ta' dan il-Programm hu li jħajjar lill-wild emigranti Maltin iżuru pajjiż l-antenati tagħhom u għal dan il-għan ikebbes ix-xrara ta' l-identita' kulturali Maltija fosthom u jħajjarhom isiru jafu aktar dwar il-Gżejjer Maltin. L-onorarju tas-Sur Agius jammonta għal Lm1,600 fis-sena. Minn mindu ngħatat it-tweġiba għall-mistoqsija numru 1162 peress li nħatar Chairman ġdid għall-HCEB is-Sur Lanzon ġie ngaġġat bħala konsulent tal-Ministeru bl-istess rimunerazzjoni li kellu preċedentement. Peress li fis-Segretarjat tiegħi mgħandix Communications Coordinator ix-xogħol ta' public relations hu fdat lil tlett persuni li jaqdu d-dmirijiet u jagħtu servizzi varji dwar dak kollu li jinħtieġ f'dak il-qasam. Bejniethom is-Sinjuri A. Zahra De Domenico (Lm3,000), Dottor C. Thake (Lm1,000) u Ms L. Thomas (Lm4,000) jitħallsu onorarju ta' Lm8,000.
Leg 9 PQ #19352 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Istiut għall-Istudji Turistiċi

Question

X'inhuma r-raġunijiet li għalihom il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li applika għall-kors tal-Food Preparation and Production ma ġietx aċċettata mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi minkejja li għandu esperjenza tax-xogħol f'dan il-qasam, għandu ċertifikat tajjeb mill-iskola u għadda mill-eżamijet tas-SEC fil-Malti, Matematika, Ingliż, Physics, Home Economics u Religious Knowledge? Kif daħlu studenti b'inqas kwalifiki minnu?

Response (REFALO, MICHAEL)

Peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #19361 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Istitut għall-Istudji Turistiċi — Studenti

Question

Kemm studenti li din is-sena applikaw biex isegwu xi kors ma' l-Istitut għall-Istudji Turistiċi, kienu eliġibbli u kwalifikati iżda tħallew barra minħabba nuqqas ta' spazju? Kemm kien hemm studenti li applikaw biex jibdew kors fis-sena 2000/2001? Kemm ġew aċċettati minnhom?

Response (REFALO, MICHAEL)

Peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #19363 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Istitut għall-Istudji Turistiċi — Studenti

Question

X'inhu l-massimu ta' studenti ġodda li jista' jilqa' fih għall-korsijiet differenti l-Istitut għall-Istudji Turistiċi? Kif inhu stabbilit dan il-massimu f'kull kors? Kif jiġu magħżula l-istudenti l-ġodda biex jibdew il-korsijiet? Kemm jingħataw marki għaċ-ċertifikat ta' l-iskola, kemm jingħataw għall-eżamijiet tas-SEC u l-gradi li jġibu u kemm jingħataw għall-interview?

Response (REFALO, MICHAEL)

Peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #18690 Sitting 373 2000-09-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18126?

Response (REFALO, MICHAEL)

Peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #18681 Sitting 372 2000-09-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — PROs

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huwa l-PRO tiegħu u x'kundizzjonijiet u salarji għandhom? Jista' jgħid ukoll x'bonuses u ħlas ta' sahra irċevew kemm ilhom f'din il-kariga?

Response (REFALO, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 18473.
Leg 9 PQ #18697 Sitting 371 2000-09-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Safar/riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 18169?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena intefqu Lm46,512 f'safar u Lm2,913 f'riċevimenti mill-Ministeru u entitajiet jaqgħu taħtu.
Leg 9 PQ #19124 Sitting 368 2000-09-22 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Dar il-Mediterran tal-Konferenzi

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni li għaliha saret riferenza, fil-petizzjoni li tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra fil-5 ta' Ġunju, 2000 (PL 2186), liema petizzjoni kienet tittratta dwar il-mużika li tibqa' sejra sas-1.30 a.m. u l-istorbju mill-ħaddiema tal-catering li jibqa' sejjer 2.30 a.m.? Jista' l-Ministru jara li s-sewwieqa tat-trakkijiet tal-catering ma jibqgħux jagħmlu użu mill-bieb fi Triq l-Ibjar, Valletta u minflok jużaw il-bieb li hemm fi Triq il-Mediterran meta jkunu qed iħottu jew jgħabbu l-affarijiet tal-catering?

Response (REFALO, MICHAEL)

Nitolbu jagħmel il-mistoqsija lill-Ministri konċernati.
Leg 9 PQ #18351 Sitting 365 2000-09-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Safar

Question

Jista' l-Ministru jinformana f'liema dati matul is-sena 1999 u s-sena 2000 kien imsiefer fuq xogħol ministerjali? Jista' jgħid ukoll kemm kienu l-persuni li kienu jifformaw kull delegazzjoni u x'kien l-għan taż-żjara u x'kienu r-riżultati ta' kull żjara?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Membru li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #18473 Sitting 365 2000-09-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — PROs

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani min kien jew kienu l-PROs tal-ministru mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn? X'benefiċċji u kundizzjonijiet addizzjonali ingħatawlhom?

Response (REFALO, MICHAEL)

Fis-Segretarjat tiegħi m'għandix Public Relations Officer.
Leg 9 PQ #18814 Sitting 364 2000-09-18 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Impjegati taċ-Ċivil

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati taċ-Ċivil li jaħdmu f'dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jaħdmu sigħat imnaqqsa? Jista' jaqsam l-informazzjoni skond l-etajiet u skond l-impjegati humiex irġiel jew nisa?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li m'hemm ebda impjegati taċ-Ċivil fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi li qed jaħdmu siegħat imnaqqsa.
Leg 9 PQ #18360 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilmenti ta' ħafna sidien ta' restaurants, snack bars, holiday flats eċċ fl-inħawi tal-Qawra, Buġibba u San Pawl il-Baħar li qed jilmentaw minn nuqqas ta' turisti li hemm f'dawn l-inħawi ta' Malta tant li x-xogħol naqsilhom ħafna?

Response (REFALO, MICHAEL)

Peress li la jien u l-anqas il-Ministeru tiegħi ma rċevejna lmenti bħal dawk imsemmija fil-Mistoqsija nistieden l-Onor. Membru biex jagħtini t-tagħrif sabiex jekk ikun il-każ jiġu ntervistati s-sidien u l-ilment tagħhom mistħarreġ.
Leg 9 PQ #18361 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — "All Inclusive"

Question

Peress li jirriżulta li s-sistema ta' l-"All Inclusive" qed taffettwa ħażin lis-sidien tar-restaurants, snack bars, holiday flats eċċ, f'Buġibba, Qawra u San Pawl il-Baħar tant li dawn in-negozji żgħar naqsilhom ħafna x-xogħol, jista' l-Ministru jara kif l-NTOM tista' tintervjeni sabiex tagħmel marketing li jilħaq ukoll lil dawn in-negozjanti żgħar f'Buġibba, Qawra u San Pawl il-Baħar?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infakkar lill-Onor Membru li l-N.T.O.M. spiċċat fl-1 ta' Settembru, 1999. L-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta tonfoq miljuni ta' liri f'marketing biex tistimula turiżmu lejn Malta iżda l-għażla tat-tip ta' vakanza tiddependi esklussivament mit-turist innifsu.
Leg 9 PQ #18735 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: KARMENU VELLA To: Ministeru tat-Turiżmu

NTOM/MTA — Rapporti

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jagħti lista tar-rapporti kollha li saru minn jew mill-NTOM/MTA fl-aħħar sentejn?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li f'dawn l-aħħar sentejn l-N.T.O.M./M.T.A ħejjew dawn ir-rapporti: M.T.A. Strategic Plan: 2000 - 2002 The Economic Impact of Tourism in Malta Carrying Capacity Assessment Market Profiles Expenditure Survey Lower Category Accommodation Survey The Maltese Population's Perception of Tourism in Malta Tourism Statistics Annual Reports (1998)
Leg 9 PQ #18736 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: KARMENU VELLA To: Ministeru tat-Turiżmu

Tourism Perception Survey

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport Tourism Perception Survey?

Response (REFALO, MICHAEL)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li jismu: The Maltese Population's Perception of Tourism in Malta.
Leg 9 PQ #18602 Sitting 362 2000-07-26 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Korporazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18241?

Response (REFALO, MICHAEL)

L-entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi huma:- * l-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta; * l-Istitut dwar l-Istudji Turistiċi; u * l-Bord tal-Lukandi u Stabbilimenti li jipprovdu l-Ikel. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub fil-kumplament tal-Mistoqsija.