Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li diġa' applikaw biex jidħlu fid-dar ta' l-anzjani tal-Mellieħa? Minn liema lokalita' huma u kemm applikaw għad-day centre?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Sa ftit ta' żmien ilu, fuq l-applikazzjoni għad-dħul ġewwa djar tal-anzjani tal-Gvern ma kinitx inkluża l-opportunita' li wieħed juri preferenza li jidħol fid-dar ta' l-anzjani tal-Mellieħa. Kien biss f'dawn l-aħħar jiem, minn mindu beda x-xogħol fuq din id-dar, li din il-preferenza bdiet tiġi offruta u s'issa kien hemm żewġ applikazzjonijiet. Madankollu wieħed ma jistax jeskludi li hemm oħrajn li kienu diġa applikaw u li jistgħu jesprimu l-preferenza tagħhom għal din id-dar. Dawn tal-aħħar jiġu wkoll ikkunsidrati.
Dwar iċ-ċentru ta' matul il-jum, l-applikazzjonijiet jiġu milqugħa ftit qabel dan iċ-ċentru jibda jopera.
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita — Karozza tal-Ministeru
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-karozza tat-tip Jaguar tal-ministeru hix mikrija jew mixtrija? Jekk mikrija, mingħand min mikrija u b'liema rata kuljum hi mikrija?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-karozza tat-tip Jaguar tal-Ministeru inxtrat fit-23 ta' Awissu 2001.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tal-MRI u CT scans fl-isptar San Luqa matul is-sena 2006? Kemm kien in-numru ta' l-istess testijiet li saru ġewwa kliniċi privati fuq pazjenti riferuti minn sptarijiet governattivi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li t-testijiet tal-MRI u CT scans li saru fl-isptar San Luqa matul is-sena 2006 huma kif jidhru hawn taħt:
- MRI 6110
- CT Scans 14, 503
In-numru ta' l-istess testijiet li saru ġewwa kliniċi privati fuq pazjenti riferuti minn sptarijiet governattivi huma kif jidher hawn taħt:
- Clinic A 1 MRI and 43 CT scans
- Clinic B 47 CT scans
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm sodod b'postijiet fissi bħalissa fl-Isptar San Luqa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' sodod maqsuma f' Day Beds u In-Patient Beds fl-isptar San Luqa u fl-isptar Mater Dei huwa kif jidher hawn taħt:
St Luke's
Mater Dei
In Patient-Beds
859 sodda
804 sodda
Day Beds
63 sodda
107 sodda
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ambulanzi għas-servizz ta' l-Isptar San Luqa? Jista' jgħid ta' liema għamla huma u meta daħlu fis-servizz? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għall-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tinsab fuq it-tabella annessa.
Ambulance Make
Ambulance Model
Registration No.
Date of Purchase
FIAT
DUCATO
GVN 468
2003 (NEW)
FIAT
DUCATO
GVN 469
2003 (NEW)
FIAT
DUCATO
GVN 470
2003 (NEW)
FIAT
DUCATO
GVN 471
2003 (NEW)
FIAT
DUCATO
GVN 036
1997 (NEW)
FIAT
DUCATO
GVN 038
1997 (NEW)
FIAT
DUCATO
GVN 232
1995 (NEW)
FIAT
DUCATO
GVN 233
1995 (NEW)
FIAT
DUCATO
GVN 234
1995 (NEW)
FORD
TRANSIT
GVN 380
2000 (SECOND HAND FROM UK)
FORD
TRANSIT
GVN 381
2000 (SECOND HAND FROM UK)
FORD
TRANSIT
GVN 382
2000 (SECOND HAND FROM UK)
FORD
TRANSIT
GVN 386
2000 (SECOND HAND FROM UK)
Għall-aħħar parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn anzjani li għandhom 'l fuq minn 75 sena li bdew jieħdu l-pilloli Liscal 40-20mg u Zocar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' pazjenti li għandhom 'l-fuq minn 75 sena li nħarġilhom permess għal Statin mid-9 ta' Novembru 2006 sal-lum huwa ta' 1164.
1026 -il permess inhareġ mill-Medicines Approval Section fl-isptar San Luqa, Malta u 138 -il permess inħareġ mill-Ispiżerija ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.
Dawn il-figuri ġew ibbażati fuq in-numru tal-karta ta' l-identita' tal-pazjenti.
Sptar San Luqa — Persuni li ddaħlu kawża ta' overdose
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni daħlu l-isptar kawża ta' overdose ta' droga u kemm minnhom mietu għas-snin 2005, 2006 u 2007 s'issa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Kien hemm 9 imwiet kawża ta' overdose jew effetti ta' droga matul is-sena 2005. Minn dawn 8 kienu f'residneti u 1 kien mhux residenti. Matul is-sena 2006 kien hemm 8 mwiet kawża ta' overdose jew effetti ta' droga. Minn dawn kien hemm 7 f'residenti u 1 mhux residenti. Ħafna minn dawn l-imwiet iseħħu qabel jidħlu l-isptar.
Minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema Hospital Activity Analysis, in-numru ta' każijiet ta' overdose li ddaħlu l-isptar San Luqa fl-2005, 2006 u fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena jidhru hawn taħt.
It-terminu overdose jinkludi dawn it-tliet kategoriji:
Kategorija A
Avvelenament inċidentali ikkawżat minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi (ICD-10 codes X40 - X44)
Kategorija B
Attentat ta' suwiċidju ikkawżat minn avvelenament b'sustanzi solidi jew likwidi (ICD-10 codes X60 - X64)
Kategorija C
Avvelenament minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi, fejn mhux magħruf jekk l-avvelenament kienx inċidentali jew premedidat (ICD-10 codes Y10 - Y14)
It-total għal kull Kategorija għas-snin imsemmija huma mniżżla fit-tabella:
Sena
2005
2006
Jannar - Marzu 2007*
Kategorija A
18
19
2
Kategorija B
-
-
-
Kategorija C
125
132
27
* Proviżorju
Importani li wieħed jgħid li dawn in-numri ma jinkludux dawk il-pazjenti li jiġu fid-Diprtiment ta' l-Emerġenza u għal xi raġuni jew oħra ma jidħlux bħala pazjenti fis-swali ta' l-isptar.
Peress li l-waiting list għal mammogram hija twila u ħafna nisa qegħdin b'riskju li jiġu djanjostikati b'cancer fis-sider meta jkun tard wisq, x'qed jagħmel il-gvern biex tiġi ndirizzata din il-problema?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-mammografija qatt ma kienet is-soluzjoni sħiħa għal dawn il-każi. Il-gvern qed iwettaq il-pjan indikat mic-Charter Ewropew biex sas-sena 2015 ikun wettaq dak kollu rikomandat.
Il-pazjenti kollha referuti b'suspett ta' kanċer tas-sider jingħataw preċedenza għall-mammografija.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25063 li ġiet riferuta lill-Ministru konċernat, peress li hawn ħafna każijiet ta' eczema li huma severi u kroniċi u dawn il-pazjenti għandhom bżonn ħafna kura u assistenza u mediċini li jridu jieħdu kuljum, u peress li l-eczema mhix inkluża fit-tieni parti tal-ħames skeda tal-Kap 318 tal-Liġijiet ta' Malta, jista' l-Ministru jara kif is-sitwazzjoni ta' dawn in-nies tiġi għall-aħjar billi l-eczema tiżdied ma' din il-lista biex ikunu ntitolati għall-għajnuna medika bla ħlas?
Response (DEGUARA, LOUIS)
It-talba tal-Onor. Interpellant ġiet innutata u tiġi kkunsidrata fid-dawl ta' mard ieħor li ghaliħ hemm talba biex jiddaħħal fl-IskedaV.
Jista' l-Ministru jgħid b'liema mod se tiġi integrata l-informazzjoni miġbura u miżmuma mis-sezzjonijiet, dipartimenti u entijiet kollha li b'xi mod imissu mas-saħħa fis-sistema ta' Mater Dei sabiex id-databasefuq kull pazjent tkun waħda ħolistika irrispettivament minn liema sezzjoni, dipartiment, enti qed tiġi aċċessata?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li s-sistemi informatiċi kliniċi fl-isptar Mater Dei ikunu integrati bejniethom permezz ta' HL7 interfaces, propju biex id-database tal-pazjenti tkun waħda ħolistika.
Jista' l-Ministru jgħid huwiex possibbli li d-diviżjoni tas-saħħa tara jekk hux il-każ li jkollna tobba u nurses li jispeċjalizzaw fil-kundizzjoni Myalgic Encephalopathy billi hawn Maltin li qed ibatu minn din il-kundizzjoni u jidher li hemm bżonn ta' aktar speċjalizzazzjoni u għarfien fuq din il-kundizzjoni medika? Fid-dawl li fir-Renju Unit biss hu stmat li hemm madwar kwart ta' miljun ibatu minn din il-kundizzjoni u f'Malta hawn numru ta' każi li probabbli lanqas biss ġew diagnosed,jaħseb li għandna bżonn nagħtu aktar importanza lil din il-kundizzjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant ġie nnotat.
Jista' l-Ministru jgħid huwiex minnu li l-gvern m'huwiex jixtri supplies tal-mediċina Fosavance u jekk iva meta mistenni li jibda jkollu din il-mediċina in stock? Dan l-aktar minħabba l-prezz eżorbitanti ta' din it-tip ta' mediċina.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni dijabetiċi u kemm minnhom huma ta' eta' minn sena sa 18-il sena, sena b'sena, jiġifieri kemm ta' sena, kemm ta' sentejn, eċċ.?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qegħda tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid minn fejn jinxtraw il-mediċini għad-dipartiment tas-saħħa u kemm kienet in-nefqa fuq dawn il-mediċini għas-snin 2005, 2006 u 2007 s'issa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ix-xiri tal-mediċini mid-Dipartiemtn tas-Saħħa isir skond il-proċeduri stabbiliti taħt il-Financial Administration and Audit Act, Kapitlu 174 tal-Liġijiet ta' Malta. Għaldaqstant jiġu mħabbra minn fejn il-mediċini nxtraw fuq il-gażżetta tal-gvern jew fuq in-Notice Board tad-Dipartiment Farmaċewtiċi tal-Gvern, u tad-Dipartiment tal-Kuntratti l-Furjana. It-tagħrif tan-nefqa hu kif ġej:
Sena
Ammont
2005
Lm21,898,723
2006
Lm24,062,248
2007
Bejn 01/01/2007 sa 31/03/2007
Lm9,941,594
Jista jkun hemm xi xiri ta' mediċini oħra li għadhom qed jiġu kkonfermati u li l-kontijiet għadhom ma ddaħlux fis-sistema tal-Accounts.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-union, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qegħda thedded li tirrikorri għall-azzjonijiet industrijali f'każ li jitnaqqsu s-siegħat tax-xogħol bin-nofs ta' żewġ persuni li jaħdmu fit-taqsima li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li wieħed minnhom inzerta l-president ta' l-istess union? Jista' jgħid x'ser jagħmel l-Gvern biex jara li x-xogħol f'din it-taqsima jitqassam b'ġustizzja fil-modalita' li kienet maħsuba li tidħol fis-seħħ b'effett mit-2 t'April 2007 u li minħabba din it-theddida ġiet sospiża?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li ma hemm l-ebda thedida ta' azzjoni industrijali mill-Union imsemmija dwar il-kaz imsemmi. Huwa ppjanat li l-qasam imsemmi jiġi diskuss mal-istess Union fil-ġejjieni qarib.
SVPR/Djar privati — Kontribuzzjonijiet ta' l-anzjani
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabru flus matul is-sena 2006 mill-kontribuzzjonijiet tal-anzjani f'San Vincenz de Paule Residence u fi djar privati taħt l-iskema ta' public private partnership maqsuma separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali.