Tista' l-Ministru tgħid x-xogħol ta' kostruzzjoni u struttura hu mistenni li jsir fil-fond li ġie akkwistat mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali, bl-indirizz 25, Triq Pietro Floriani, Furjana? Kemm ser ikun l-ammont ta' flus involut?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar m’għandiex ħsieb li tagħmel alterazzjonijiet fil-post indikat mill-Onor. Interpellant.
Tista' l-Ministru tgħid x'aġġornar ser isir biex il-fond 25, Triq Pietro Floriani, Furjana jkun ta' standard biex ikun jista' jintuża bħala uffiċini tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Numru 26499 f’din l-istess Seduta.
Familja u Solidarjeta' Soċjali — Ħaddiema ntitolati għall-gazzetti
Question
Tista' l-Ministru tgħid min huma n-nies fil-private staff u d-dekasteru tagħha ntitolati għall-gazzetti kuljum? Tista' tgħid kemm kienet in-nefqa fuq ix-xiri ta' gazzetti matul is-sena 2006?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-impjegati fis-segretarjat privat tal-Ministeru tiegħi li huma provduti bil-gazzetti huma l-communications co-ordinator u l-uffiċjal responsabbli mill-customer care. Ninsab infurmata li s-segretarju permanenti, il-kapijiet tad-Dipartimenti u l-entitajiet, murija fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, wkoll jiġu provduti bil-gazzetti.
Dwar it-Tieni Parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fl-istess Tabella.
B'referenza għal mistoqsija parlamentari 24897, tista' l-Ministru tgħid x'inhu l-valur stabbilit tal-fond li d-dettalji dwar qed jintbagħtu separatament, liema fond jinsab l-Isla? Tista' ġentilment tieħu konsiderazzjoni li dan il-post kien, sa ftit żmien ilu, milqut mil-liġi possession and use u dan b'konsegwenza li l-inkwilin kien imċaħħad milli jixtri għal bosta snin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata direttament mill-Awtorita’ tad-Djar bil-prezz kummerċjali tal-fond, kemm bil-miktub kif ukoll permezz ta’ telefonata.
Tista' ġentilment l-Ministru tara jekk hux possibbli li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament tingħata post alternattiv minħabba li ilhom li applikaw bosta snin u qed igħixu f'post mhux ideali għall-familja tagħha?
Tista' l-Ministru tara li ssir spezzjoni mill-ħaddiema tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali, fil-fond f'Hal Għaxaq, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li hu okkupat minn sitt persuni u li hu ċkejken ferm għan-numru ta' nies li jgħixu fih.
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-ispezzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant mistennija ssir fil-futur qrib.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament minn Haz-Zabbar, għandhiex applikazzjoni quddiem id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali?
Tista' l-Ministru tgħid għaliex anzjana Bormliża li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li tgħix f'post ikkundannat, lanqas qatt ma kienet ipprovduta post alternattiv mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali? Tista' tgħid meta saret l-aħħar spezzjoni mill-ħaddiema tad-Dipartiment u tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra ir-rapport tal-housing inspectors?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant saritilha offerta li tinstabilha kirja privata sussidjata temporanja sakemm jinstab post alternattiv addattat f’waħda miż-żewġ lokalitajiet kif mitlub mill-applikanti. Għalkemm hi ma xtaqitx taċċetta din l-offerta, id-Dipartiment ikkonvinċijha li dan hu l-aktar pass għaqli fiċ-ċirkostanzi.
Tista' l-Ministru tgħid x'possibilita' hemm li xebba-omm minn Raħal Ġdid, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, u bintha ta' ħmistax-il sena tbiddel ma' post ieħor tal-Gvern?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-applikazzjoni tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma’ oħrajn simili.
Tista' l-Ministru titlob lill-Kummissarju tat-Tfal biex tinvestiga dak li ġie allegat dwar każijiet serji ta' abbuż fiżiku u morali fuq it-tfal fil-Football Nurseries kif rrappurtat fis-Sunday Independent tas-27 ta' Mejju?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lill-Kummissarju għat-Tfal biex tinvestiga l-allegazzjonijiet li rrefera għalihom fil-Mistoqsija.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26023, jista' l-Ministru jirrevedi l-każ peress li dan is-sinjur, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, għalkemm għandu dħul ta' Lm3452 bejn il-koppja peress li l-mara tiegħu tinsab f'San Vincenz de Paule Residence u allura parti minn din il-pensjoni tmur għall-miżata tagħha f'San Vincenz de Paule Residence u d-dħul reali tiegħu mhux qed ikun ta' Lm3,452 imma anqas? Tista' din il-persuna tiġi nfurmata direttament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' l-Ministru tivverifika jekk il-persuna, li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament, tikkwalifikax għal rebate fuq is-surcharge tal-kontijiet ta' l-elettriku u l-ilma?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jaghti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Ufficcju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Socjali li jkopri l-lokalita' taghha biex tinghata l-informazzjoni u l-ghajnuna mehtiega.
Tista' l-Ministru tara jekk il-persuna mill-Isla li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tistax tibbenefika mill-inizjattiva care and repair għaliex għandha kemm l-opramorta kif ukoll il-gallerija jinsabu fi stat ta' periklu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li mir-records ta' l-Awtorita' tad-Djar ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant għandha xi applikazzjoni pendenti biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair.
Għalhekk il-persuna konċernata għandha tingħata parir li tivverifika mat-Taqsima tal-Customer Care ta' l-Awtorita' biex tara jekk tistax tibbenefika mill-imsemmija inizjattiva.
Tista' l-Ministru tara li l-ispezzjoni fil-parti komuni tal-binja f'Bormla li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament minħabba li s-sitwazzjoni tat-tromba tat-taraġ hu allegat li ma tinsabx f'sitwazzjoni tajba? Meta se ssir l-ispezzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li mill-ispezzjoni li saret tat-tromba tal-blokk indikat mill-Onor. Interpellant irrizulta li ma hemm edba hsara ta' natura strutturali. Ix-xoghol mehtieg hu ta' manutenzjoni fuq skala zghira li jikkonsisti f'kisi u tibjid.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-koppja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament m'għadhiex tieħu s-sussidju fuq is-surcharge tad-dawl u ilma kif kienet tieħu qabel meta ma kienx hemm bidla fid-dħul tagħha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Tista' l-Ministru tara li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali jinvestiga l-każ ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li għandu wġiegħ kbir f'dahru, ma jistax jaħdem u ma jistax jirreġistra, biex tinħariġlu għajnuna soċjali biex ikun jista' jgħix?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Tista' l-Ministru tara li s-sitwazzjoni tal-fond f'Bormla li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li għandu xi ilma nieżel għal fuqu minn fond ieħor tal-gvern u li qed jikkaġuna ħsara fuq il-fond imsemmi tkun irrimedjata mill-iktar fis possibbli?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt l-ilment ta’ l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.
Tista' l-Ministru tara li l-persuna minn Bormla li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ma taħdimx u tgħix bir-relief, tibbenefika mill-inizjattiva care and repairu dan għaliex għandha l-gallerija li ma tinsabx f'kondizzjoni tajba?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li mir-records ta' l-Awtorita' tad-Djar ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant għandha xi applikazzjoni pendenti biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair.
Għalhekk il-persuna konċernata għandha tingħata parir li tivverifika mat-Taqsima tal-Customer Care ta' l-Awtorita' biex tara jekk tistax tibbenefika mill-imsemmija inizjattiva.