Legislature:
Category:
Reset
Active:

Impjegati

Question

1 Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' impjegati kollha grad bi grad u dipartiment b' dipartiment, li huma ingaġġati bħala konsulenti, part timers, casuals jew b' xi kuntratt ta' xogħol fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? 2 Kemm huwa l-ħlas/remunerazzjoni li qiegħed jirċievi kull impjegat? 3 Min awtorizza tali impieg? 4 Hemm xi benefiċċji oħra marbuta ma' tali impieg? 5 Hemm minnhom xi impjegati li uffiċjalment spiċċaw mis-servizz tal-Gvern bl-eta'?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f`xi seduta oħra.

Inkjesta

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta' inkjesta li mexxiet il-Maġistrat Miriam Hayman u l-opinjoni li ta lill-Prim Ministru l-Avukat Ġenerali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma naqbilx li għandna nibdew proċedura ġdida u nibdew inpoġġu proċessi verbali fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-liġi tipproteġi l-kunfidenzjalita' ta' din il-proċedura u minkejja li fl-inkjesta msemmija din ir-regola nkisret kemm il-darba ma jidirlhix li għandna nbiddlu l-prinċipju li serva tant tajjeb s'issa. Fuq kollox, hu l-Avukat Ġenerali li f'kull każ jiddeċidi x'għandu jsir u din id-diskrezzjonalita' - kostituzzjonalment garantita - għandha tiġi rispettata.

Avukat Ġenerali — Rakkomandazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba f'dawn l-aħħar tlett snin, wara li tkun ingħalqet inkjesta, din id-darba kondotta mill-maġistrat inkwerenti u jkun hemm rakkomandazzjonijiet li jittieħdu passi w tkun inkisret il-liġi, li xorta waħda l-Avukat Ġenerali iddeċieda li ma jittieħdux passi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninstab infurmat mill-Avukat Ġenerali li ma tinżammx statistika dwar meta l-Avukat Ġenerali jagħti parir biex ma jittieħdux proċeduri kriminali għalkemm il-maġistrat inkwirenti ikun sab li hemm indikazzjonijiet biex jittieħdu proċeduri kriminali: Fil-fatt, normalment, il-maġistrati huma ferm kawti u attenti qabel ma jindikaw li f'xi inkjesta li hemm indikazzjonijiet biżżejjed biex jittieħdu passi kontra xi persuna partikolari u ma jagħmlux hekk jekk il-provi li jkollhom ma jkunux suffiċintement stretti u jindikaw persuna partikolari b'mod mhux ekwivoku. Il-konklużjoni l-aktar komuni, fejn ikun hemm provi suffiċenti għal daqshekk, hi li għandhom jitkomplew l-indaġini fuq xi reat jew reati partikolari bla ma jindikaw il-persuna kontra min għandhom jittieħdu passi: Normalment, wkoll, għax il-maġistrati huma ferm rigorużi u ħafna riluttanti qabel ma jippronunzjaw ruħhom fuq possibili ħtija, fejn jagħmlu hekk il-provi ikunu tali li l-Avukat Ġenerali jaqbel magħhom: Peress illi, skond il-Kodiċi Kriminali, proċeduri kriminali jinbdew mill-Pulizija, il-parir ta' l-Avukat Ġenerali jingħata lill-Pulizija wara talba tagħhom jew verbalment, jew aktar komuni bil-miktub fil-file tal-Pulizija: Perss illi l-inkjesta li tat lok għal din l-mistoqsija kienet tirrigwarda lill-Kummissarju tal-Pulizija, u mbilli ma sarx rapport lill-pulizija u l-inkartament ta' l-inkjesta ntbgħat unikament lill-Avukat Ġenerali, dana ħadha fuq spallejh biex fl-anqas żmien possibbli (ħmistax-il ġurnata) ta l-parir tiegħu fuq il-każ wara li eżamina akkuratament il-proċess. Ir-raġunijiet li wassluh għall-konkużjonijiet tiegħu huma elenkati fil-parir li ta u ġew minn reżi pubbliċi: Skond l-artikolu 91 tal-Kostituzzjoni l-Avukat Ġenerali għandu responsabbiltajiet serji f'li jirrigwardja proċeduri kriminali u jeżerċita s-setgħat tiegħu bla ma jkun suġġett għad-direzzjoni jew kontroll ta ebda persuna jew awtorita oħra.
Leg 9 PQ #29090 Sitting 631 2001-10-31 Oral · Interim From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu allowance varji mill-Ministeru/Dipartimenti lil impjegati matul din is-sena? Jista' wkoll jgħid grad grad min ibbenifika minn dawn l-allowance u kemm ħadu kull grad? X' tip t' allowance ħadu l-imsemmija impjegati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #29080 Sitting 630 2001-10-31 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Inspectors

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm l-ispezzjoni fuq impjegati fid-dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu saru matul din is-sena? Min qed ikun inkarigat minn dan ix-xogħol u kemm hemm impjegati li qed jaħdmu bħala jew iservu ta' inspectors?

Response (GATT, AUSTIN)

Napprezza jekk l-Onorevoli Interpellant jispjega x'tip ta' spezzjoni qed jirreferi għaliha.

Proġetti

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema proġetti ġew iffinanzjati mill-Kunsill Lokali tal-: i) Belt ii) Floriana iii) Ħamrun iv) Pieta' v) St. Venera sena b' sena mill-introduzjoni tal-Kunsill Lokali fl-1993 'l hawn?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kemm il-Ministru kif ukoll id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali ma jzommu ebda statistika tal-proġetti ffinanzjati mill-Kunsilli Lokali u dan għaliex dawn il-funzjonijiet huma resposabbiltajiet tal-Kunsill Lokali.

Awtoritajiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti b' referenza għall-PQ 28852, l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f' dawk li huma anqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Gwardjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' inhu n-numru totali ta' gwardjani lokali li qed jagħtu servizz a) f' Malta u b) f' Għawdex? Kemm huma n-numru totali ta' ċitazzjonijiet li ingħataw din is-sena sal-15 ta' Ottubru? Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-ksur ta' liġi li jgħalihom ingħataw ċitazzjonijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Fis-26 t'Ottubru 2001 kien hemm erbgħa u ħamsin (54) Gwardjani Lokali jagħtu servizz, tmienja u erbgħin (48) f'Malta u sitta (6) f'Għawdex. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru totali ta' ċitazzjonijiet li ngħataw din is-sena sal-15 t'Ottubru.

Day Centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux se jilqa' t-talba tal-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi għal għoti ta' l-art wara Knisja ta' San Bastjan (il-ġardini abbandunati) biex jinbena Day Centre għall-Anzjani? Jekk le għaliex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali Qormi għadu ma ressaq l-ebda talba lid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali skond il-proċeduri għall-proġetti tad-Devoluzzzjoni Lokali.

Impjegati

Question

1 Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' impjegati kollha grad bi grad u dipartiment b' dipartiment, li huma ingaġġati bħala konsulenti, part timers, casuals jew b' xi kuntratt ta' xogħol fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? 2 Kemm huwa l-ħlas/remunerazzjoni li qiegħed jirċievi kull impegat? 3 Min awtorizza tali impieg? 4 Hemm xi benefiċċji oħra marbuta ma' tali impieg? 5 Hemm minnhom xi impjegati li uffiċjalment spiċċaw mis-servizz tal-Gvern bl-eta'?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Intepellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, l-informazzjoni tingħata f'xi seduta oħra.

Qrati Superjuri/ta' Appell

Question

Jista' l-Ministru jindika quddiem min u kemm hemm kawżi : 1) ta' natura ċivili 2) ta' natura kostituzzjonali 3) ta' natura ta' appelli kriminali pendendi quddiem il-qrati superjuri u ta' appell?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni ghadha qed tingabar ir-risposta tinghata f'xi seduta ohra.
Leg 9 PQ #28971 Sitting 623 2001-10-23 Oral · Interim From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Inkjesti Pendenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji sa fejn jista' dwar kemm hemm inkjesti li ilhom sentejn (2) jew aktar pendenti u jagħti tagħrif quddiem liema maġistrati dawn jinsabu pendenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni ghadha qed tingabar ir-risposta tinghata f'xi seduta ohra.

Uffiċju ta' l-Avukat Ġenerali

Question

Jista' l-Ministru jispjega jekk hux possibli għalih li jakkwista mill-Uffiċju ta' l-Avukat Ġenerali informazzjoni dwar kemm hemm inkjesti pendenti u quddiem minn huma?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni relattiva tingħata f`xi seduta oħra.

Inkjesti Pendenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 28408?

Response (GATT, AUSTIN)

Informazzjoni Addizzjonali dwar PQ 28625 B’riferenza ghall-mistoqsija parlamentari nru 28625 fejn l-Onor. Carmelo Abela. staqsini naghti n-numru ta’ nkjesti pendenti u jien poggejt l-informazzjoni mitluba fuq il-mejda tal-Kamra fis-seduta nru 617 tal-15 ta’ Ottubru 2001, nixtieq ninforma l-Kamra illi bi zvista thalliet barra l-informazzjoni relattiva ghall-Qorti f’Ghawdex. Fil-Qorti t’Ghawdex in-numru ta’ inkjesti pendenti huma: Magistrat Paul Coppini 91 Magistrat Dennis Montebello 64 Magistrat Michael Mallia 60 Irid jinghad li l-Magistrat Montebello jidher li m’ghandux nomina fil-Qorti t’Ghawdex u konsegwentement l-inkjesti jridu jigu trasferiti ghal xi Magistrat iehor. Tajjeb li nghid ukoll illi hemm numru ta’ nkjesti quddiem l-Magistrati Peralta, Apap Bologna u Micallef Trigona izda jien infurmat li dawn il-Magistrati ma jridux li din l-informazzjoni tinghata lill-Parlament. Din il-pozizzjoni hi l-istess bhal dik mehuda minn xi Magistrati f’Malta u li jien irrapurtajt fit-twegiba ghall-mistoqsija parlamentari li semmejt. Irid jinghad ukoll illi din mhix l-ewwel darba li ttiehdet din il-pozizzjoni minn certi Magistrati u mhix l-ewwel darba li ghidt li ghaliha din mhix pozizzjoni accettabli. Jidher li l-appelli tieghi waqghu fuq widnejn torox. Jien ma nistax nifhem kif is-sigriet istruttorju tal-inkjesti jista f’xi mod jigi estiz ghan-numru ta’ nkjesti pendenti li jista jkollu Magistrat. Ghandi d-dubbji tieghi kemm tali sigriet jista jigi estiz ghall-isem tal-indagat - meta maghruf – izda waqt li dwar dan il-punt hemm x’tiddiskuti, dwar kemm il-inkjesta hemm pendenti quddiem Magistrat m’ghandi ebda dubbju li tali informazzjoni mhix koperta bis-sigriet istruttorju. Jiddispjacini ninnota wkoll li attitudini simili lejn l-oghla istituzzjoni ta’ pajjizna fuq punt essenzjalment insinifikanti tixhed sew il-verita ta’ dak li qal il-Prim Imhallef dwar uhud mill-membri tal-gudikatura u l-attitudni taghhom lejn ir-responsabilita’ li ghandhom lejn is-socjeta Maltija. Din is-sitwazzjoni hi ghalija ntollerabli u ghalhekk ktibt lill-Kummissjoni ghall-Amministrazzjoni tal-Gustizzja biex tiehu l-passi biex tizgura li tinghata din l-informazzjoni. Qieghed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta’ din l-ittra.

Awtoritajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, l-awtoritajiet u l-kummissjonijiet mwaqqfa mill-Gvern, ovvjament dejjem b'referenza għal dawk li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #28904 Sitting 622 2001-10-22 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fid-dawl ta' l-ilmenti kontinwi tar-residenti ta' Triq l-Għollieq, Mosta u Triq l-Assembleja Nazzjonali u madwar ta' storbju u ħsejjes ġejjin mis-supermarket li d-dettalji tiegħu qegħdin jintbagħtu separatament , x'passi ttieħdu mill-kunsill lokali tal-Mosta billi l-inkonvenjent għadu jippersisti?

Response (GATT, AUSTIN)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta. Għaldaqstant kif issuġġerejt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27474 fuq l-istess suġġett, nitlob l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi għaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabbilitajiet tal-Kunsilli.

Unjoni Ewropeja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 28661?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-koordinazzjoni ta` dan ix-xogħol qed isir mill-istess żewġ persuni li huma nkarigati mid-`drafting` tal-liġijiet u l-`maintenance` tal-`web site` fi ħdan l-Uffiċju tal-Avukat Generali. Barra minnhom hemm Kummissjoni ta` Revizuri li tiddeċidi finalment dwar it-termini legali maltin li għandhom jintuzaw. Bħal issa it-traduzzjoni attwali qed isir minn sittin (60) persuna u qed jitħallsu tliet liri (LM3) għall kull paġna. S`issa ġew tradotti t-trattati kollha (ca.2000 paġna) u madwar sebat elef (7,000) paġna mir-regolamenti ta` l-Unjoni Ewropeja.
Leg 9 PQ #28969 Sitting 622 2001-10-22 Oral · Interim From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Inkjesti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-maġistrati li kienu qed jikkonduċu inkjesti fis-snin 2000 u 2001? Kemm għamlu għassa kull maġistrat f'dan il-perjodu, bid-dettalji? kemm daħlu inkjesti għal kull maġistrat f'dan il-perjodu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni ghadha qed tingabar ir-risposta tinghata f'xi seduta ohra.

Kawza

Question

Jista' l-Ministru konċernat jgħid x'inhu jżomm li jiġi implimentat ir-rimedju mogħti lir-rikorrewnt fil-kawża deċiża fil-5 ta' Marzu 2001 Rikors numru 342/97?

Response (GATT, AUSTIN)

Minn stharrig li sar, instab li l-imsemmi rikors gie deciz quddiem l-Imhallef C. Farrugia Sacco bhala President tat-Tribunal ta' l-Ingustizzji. Fic-cirkustanzi l-mistoqsija ghandha ssir lill-Onorevoli Prim Ministru li hu l-Ministru responsabbli minn dan it-Tribunal.