Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #37016 Sitting 816 2002-11-19 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Permessi — Negozju

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-kamra l-liċenzji u l-permessi kollha relattivi għan-negozju li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament?

Response (BORG, TONIO)

Peress illi b`effett mill-1 ta` Mejju ta` din is-sena, il-liċenzji ta` dan it-tip ta` negozju ma baqgħux jinħarġu mill-Pulizija, nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #37019 Sitting 816 2002-11-19 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Liċenzja tal-kaċċa

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x'inhu iżomm lill-Kummissarju tal-Puliizija milli joħrog liċenzja tal-kaċċa lill-persuna li isimha qiegħed jintbagħat separatament meta dan għandu l-kondotta tiegħu nadifa żgur għal dawn l-aħħar 20 sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi peress li reċentement il-persuna msemmija mill-Onorevoli Interpellant instabet ħatja ta` ksur tar-regolamenti dwar il-kaċċa, it-talba tiegħu ma tistax tiġi ikkunsidrata.
Leg 9 PQ #35949 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Qorti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-Qorti akkużati li biegħu xorb alkoħoliku lil tfal taħt l-eta' din is-sena u x'weħħlu f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru 2002, kien hemm żewġ sidien ta` ħwienet b`liċenzja għall-bejgħ bl-imnut ta` inbejjed, birra jew likuri li ittellgħu il-Qorti mill-Pulizija talli biegħu alkoħol lill-persuni ta` anqas minn sittax-il sena. Wieħed kien liberat, filwaqt li l-każ l-ieħor għadu pendenti.
Leg 9 PQ #36388 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Kors għal Spetturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm applikaw biex jattendu l-kors għal spetturi tal-pulizija li l-applikazzjoni għalqet f'Awissu? Kemm kienu surġenti jew kuntistabbli tal-pulizija? Minn dawk li applikaw, hemm min hu ggradwat? Meta hemm il-ħsieb li jibda dan il-kors?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kien hemm 60 applikant li wieġbu għas-sejħa għal applikazzjonijiet għall-postijiet ta` Spetturi fil-Korp tal-Pulizija li kienet ġiet pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern tal-25 ta` Ġunju 2002. Minn dawn 34 huma membri tal-Korp tal-Pulizija - 31 surġent u 3 kuntistabbli, filwaqt li 33 minn dawk kollha li applikaw huma gradwati. Dan il-kors huwa mistenni li jibda wara li dawn l-applikazzjonijiet ikunu ipproċessati.
Leg 9 PQ #36389 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Inċidenti f/Paceville

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti/ġlied eċċ. f'Paceville li wasslu lill-pulizija ttella' nies il-qorti mill-bidu tas-sena sal-lum? Kemm kienu barranin u ta' liema nazzjonalita`? Liema kienu l-akkużi prinċipali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa` xhur ta` din is-sena tressqu quddiem il-Qorti 62 persuna b`konsegwenza ta` ġlied f`Paċeville. Minn dawn 4 kienu Taljani, 2 Eġizzjani u 5 Libjani. L-akkużi prinċipali kienu jikkonsistu offiżi fuq il-persuna li f`każ minnhom kienet segwita bil-mewt.
Leg 9 PQ #36391 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Ċittadinanza Doppja

Question

Persuna ta' nazzjonalita` barranija li ilha toqgħod Malta aktar minn ħames snin u li għandha permess regolari li jaħdem hawn, jista' japplika biex jieħu ċittadinanza Maltija? Jekk fl-affermattiv, jista' jibqa' iżomm ukoll iċ-ċittadinanza tiegħu?

Response (BORG, TONIO)

Persuna barranija li tkun ilha tgħix hawn Malta għal aktar minn ħames snin hija eliġibbli biex tapplika għac-ċittadinanza Maltija. Jekk talba simili tintlaqax jew tiġix miċħuda jiddependi mill-Linji Gwida li hemm stabbiliti dwar l-għoti taċ-ċittadinanza Maltija.
Leg 9 PQ #36845 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Protezzjoni Ċivili — Korp Dixxiplinat

Question

Jista' il-Ministru jispjega għaliex id-dipartiment tal-protezzjoni ċivili huwa kkunsidrat bħala korp dixxiplinat? Jista' jgħid fejn fil-liġi li waqqfet id-dipartiment hemm indikat li d-dipartiment huwa korp dixxiplinat? Jista' jgħid fejn fil-kuntratt ta' ngaġġ bħala assistant and rescue officers ta' l-1999 hemm indikat li d-dipartiment huwa korp dixxiplinat? Jekk il-protezzjoni ċivili huwa korp dixxiplinat, jista' il-Ministru jispjega kif xi membri tal-protezzjoni ċivili nqabdu jew servew bħala ġurati f'ġurijiet u kif wieħed mill-membri kkontesta l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, ġie elett u qiegħed iservi bħala kunsillier?

Response (BORG, TONIO)

Il-personnel fil-Protezzjoni Ċivili m`humiex meqjusa għall-iskop tal-Kostituzzjoni bħala Korp Dixxiplinat; iżda a bażi tal-provvedimenti tal-Artikoli 8 tal-Kap 411 tal-Liġijiet ta` Malta, huma nwaqqfa b`liġi bħala Forza u ma jistgħux jkunu membri f`trade union. Membri tal-Protezzjoni Ċivili ma humiex eżentati, permezz tal-liġi, milli jservu bħala ġurati fil-Qorti Kriminali. Lanqas ma teżisti projbizzjoni għal dawn l-istess membri li jikkontestaw elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali u li jservu bħala Kunsilliera.
Leg 9 PQ #36858 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Traffiku — Towing ta' karozzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm sar towing ta' karozzi wara ksur tar-regolamenti tat-traffiku kemm ilhom li dawn daħlu fis-seħħ, skond il-lokalita' xahar b'xahar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi r-regolamenti tat-towing daħlu fis-seħħ minn Awissu 1997. Dwar it-tagħrif mitlub li jkopri s-snin 1997, 1998 u 1999, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġibiet li jiena kont tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 7651 u 13305. Dak għas-snin 2000, 2001 u din is-sena sa l-aħħar ta` Ottubru, huwa kif jidher fuq it-Tabelli li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #36913 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Dipartiment ta' l-artijiet — Kiri ta' siti

Question

Jista' il-Ministru jinfurmani dwar b'liema titolu huma mikrija mid-dipartiment ta' l-artijiet dawn is-siti li is-site plan tagħhom qegħda tintbgħat separatament? Min huma s-sidien rikonoxxuti mid-dipartiment ta' l-artijiet? Kemm qegħdin iħallsu kull sena? Minn meta ilhom b'dan it-titolu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi skond informazzjoni miġbura mit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern, l-artijiet li rrefera għalihom l-Onorevoli Interpellant m`humiex mikrija.
Leg 9 PQ #36924 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Aċċess ta' files

Question

X'inhi r-raġuni li l-pulizija m'hijiex tagħti lid-direttur (product planning and development) fil-Malta Tourisim Authority aċċess għall file (Ref 2/2/M12/98) sabiex b'hekk l-applikazzjoni ta' individwu biex jopera Snack bar fix-Xlendi, Għawdex tkun tista' tiġi pproċessata?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kopja tal-applikazzjoni li rrefera ghaliha l-Onor. Interpellant inghatat lill-Awtorita` tat-Turizmu fis-7 ta' Novembru, 2002.
Leg 9 PQ #36926 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Disembarkation card

Question

Possibli jiġu irtirati id-disembarkation cards li kopja minnhom qed nehmeż ma din l-mistoqsija parlamentari għax fihom żbalji ovvji ta' l-ortografija fit-twissija li hemm stampata bil-lingwa Maltija fuq din il-card?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ser tittiehed l-azzjoni mehtiega sabiex jekk hemm xi disembarkation cards simili jitnehhew.
Leg 9 PQ #36927 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Protezzjoni ċivili — Każi ta' emerġenza

Question

Jista' il-Minsitru ġentilment jgħid kemm-il darba ssejjħu membri tal-protezzjoni ċivili mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena sa l-1 ta' Novembru ta' din is-sena fuq każi ta' emerġenza? Possibli dawn il-każi jinqasmu f'kategoriji (skond in-natura tagħhom eg: każi ta' ħruq, inċidenti fuq il-baħar)? F'kemm minn dawn il-każi kien hemm vittimi li tilfu ħajjithom? Kien hemm każi fil-perjodu msemmi fejn membri tal-protezzjoni ċivili sfaw korruti waqt il-qadi ta' dmirijiethom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena id-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili kellu 4,395 talba ghall-assistenza u l-kategorijie ta' dawn il-kazi huma kif jidhru fit-tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat ukoll li matul din is-sena kien hemm kaz wiehed li fih safa korrut membru tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili waqt li kien qieghed jinghata tahrig, filwaqt li membru iehor safa korrut wara li l-vettura li kien riekeb fiha kienet involuta f'incident. Ghal dak li jirrigwardja id-Dipartiment tal-Pulizija, ninsab infurmat illi matul din is-sena, sal-31 t'Ottubru, 2002, il-Pulizija irceviet 22 rapporti ta incidenti fatali li fihom tilfu hajjithom 24 persuna u f'9 kazi kienet issejhet l-assistenza tal-Membri tal-Protezzjoni Civili. Dawn kienu kif gej:- Numru ta' incidenti Numru ta' vittmi Numru ta' kazi fejn issejhet l-assistenza tal-membri tal-Protezzjoni Civili Incidenti fatali ta' traffiku 12 14 5 Incidenti fatali fuq il-post ta' xoghol 1 1 1 Incidenti ohra 9 9 3 22 24 9
Leg 9 PQ #36928 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Tifi tan-nar — False alarm

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid kemm il-darba tul is-sena l-oħra u din is-sena membri tat-tifi tan-nar issejħu fuq false alarm?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001 id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kellu 266 false alarm, filwaqt li bejn Jannar u Ottubru 2002 kien hemm 215.
Leg 9 PQ #36961 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Impjegati b'kuntratt

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema tal-MEPA li huma mpjegati b'kuntratt defenit jistgħux japplikaw għal sejħiet interni ta' postijiet vakanti? Jekk dawn jiġu magħżula jibqgħu b'kuntratt defenit? Jista' jgħid il-Ministru jekk hux skond ir-regolamenti li impjegat b'kuntratt defenit jista' jaqbeż lil impjegati tal-fiss?

Response (BORG, TONIO)

Skond il-provvedimenti tal-ftehim kollettiv, is-sejħiet interni huma miftuħa għall-ħaddiema kollha tal-MEPA. It-termini tal-kuntratt offrut ikunu jiddependu mill-postijiet vakanti kif ukoll mill-ħtiġijiet tal-Organizzazzjoni u jistgħu jinkludu ħatriet għall-perijodu definit. Ma hemmx regola li tipprekludi l-impjieg b`kuntratt b`kundizzjonijiet għola minn dawk ta` impjegat tal-fiss.
Leg 9 PQ #36989 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Trasferiment ta' propjeta' immobbiljari

Question

Ma jaħsibx il-Ministru li, filwaqt li għandu jiġi rringrazzjat ta' l-eluċidazzjoni legali li iżda l-elettorat ftit jew xejn seta' japprezza, in-nuqqas ta' impożizzjoni skond l-artiklu 239 tal-Kodiċi għall-Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili għall-insinwazzjoni li hija mħollija fl-għażla ta' min ikun, hija ta' dannu għas-soċjeta'? Ma jaħsibx ukoll il-Ministru li għandu jara kif jemenda l-liġi biex anki trasferimenti ta' propjeta' immobbiljari wara deċiżjoni tal-qrati jibdew jiġu insinwati b'obbligu u mhux b'għażla?

Response (BORG, TONIO)

Is-suġġeriment ta` l-Onorevoli Interpellant ser jiġi kunsidrat; jekk jirriżulta li hemm bżonn ta` xi emendi, dawn isiru wara li ssir konsultazzjoni meħtieġa mal-Uffiċċju ta` l-Avukat Ġenerali.
Leg 9 PQ #37000 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Discos — Ħsejjes

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-disco li sar nhar is-Sibt 9 ta' Novembru 2002 fil-limiti ta' Ħaż Żebbuġ ingħata l-permess biex idoqq b' tant ħsejjes li kien ta' inkonvenjent kbir għar-residenti fil-viċin? Għal darba oħra jistgħu l-pulizija jillimitaw id-decibels ta' dawn id-discos? X'risposta hemm mill-Kummissarju tal-Pulizija għar-rigward ta' l-ittra li qiegħda tintbagħat separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi għalkemm l-uniku stabbiliment li nstab li kien miftuħ fl-inħawi imsemmija mill-Onorevoli Interpellant huwa liċenzjat bħala diskoteka, il-Pulizija xorta waħda ħadet passi u ordnat li l-mużika kellha titbaxxa. Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, illum il-liċenzji ta` dawn l-istabbilimenti m`għadhomx jinħarġu mill-Pulizija,u għaldaqstant nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel is-suġġeriment tiegħu lill-Ministru ikkonċernat. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi l-ittra imsemmija waslet għand il-Kummissarju nhar it-12 ta` Novembru 2002 u l-ilment hemm imsemmi qed ikun investigat.
Leg 9 PQ #37013 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Status ta' refuġjati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm klandestini talbu l-istatus ta' refuġjat matul din is-sena, xahar b'xahar? Kemm minnhom qegħdin jiġu trattati bil-proċeduri normali u kemm minnhom qegħdin jiġu trattati bil-proċeduri aċċellerati taħt l-Att dwar ir-Refuġjati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi in-numru ta` applikazzjonijiet formali għal status ta` refuġjat li saru minn klandestini matul din is-sena, xahar b`xahar, kien kif ġej:- Xahar Każi Persuni Jannar Nil Nil Frar 5 5 Marzu 27 28 April 59 70 Mejju 40 55 Ġunju 24 51 Lulju 4 4 Awissu 8 8 Settembru Nil Nil Ottubru 62 68 Novembru (sal-15) 24 66 Il-każi ta` Ottubru u Novembru jinkludu rispettivament 10 u 6 applikazzjonijiet minn persuni minuri li dwarhom saret talba biex jinħatrilhom guardian skond il-liġi. Il-każi msemmija ġew jew qed jiġu trattati kollha bil-proċedura normali. Infurmat ukoll illi barra l-applikazzjoni riċevuti u trattati sal-15 ta` Novembru, hemm ukoll 341 każ fejn il-persuni konċernati imlew Kwestjonarju Preliminari li permezz tiegħu irreġistraw ix-xewqa tagħhom li japplikaw biex jiġu rikonoxxuti bħala refuġjati. Dawn it-341 każ jinvolvu 384 persuna. L-applikazzjoni formali ta` dawn il-persuni u l-intervisti sussegwenti, għad iridu jsiru. Dawn it-341 każ ġew reġistrati kollha għall-ewwel darba bejn il-bidu ta` Ottubru u nofs Novembru 2002.
Leg 9 PQ #35943 Sitting 814 2002-11-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Tipjiep

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-Qorti talli pejpu f'postijiet fejn it-tipjiep mhux permess? Fejn allegatament pejpu dawn il-persuni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa` xhur ta` din is-sena kien hemm 5 persuni li nqabdu jpejpu f`post fejn it-tipjip huwa projbit. Dawn kienu fl-isptar San Luqa.
Leg 9 PQ #35944 Sitting 814 2002-11-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Puluzija — Tfal taħt l-eta'

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabbdu tfal ġo postijiet ta' divertiment fejn ma jistgħux jidħlu, din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru 2002, kien hemm 61 persuna taħt is-sittax-il sena li nqabdu f`postijiet ta` divertiment.

Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar

Question

Jista' il-Ministru jgħid min kienu l-chairperson u l-membri tal-bord ta' l-appell dwar l-ippjanar minn meta ġie kostitwit għall-ewwel darba sal-lum, sena b'sena? Kemm tħallsu dawn il-membri xahar b'xahar sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Il-Bord ġie maħtur għall-ewwel darba fl-1993. Il-figuri xahar xahar għall-1993 jirrapreżentaw 1/12 tal-figura totali tas-sena. Il-pagamenti xahar xahar, il-Membri u c-Chairpersons huma elenkati fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Mill-1997 il-pagamenti bdew isiru direttament mill-Bord tal-Appell.