Jista' l-Ministru jinvestiga l-allegazzjonijiet b'referenza għat-tieni ittra pubblika li kitbet il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament fil ġurnal l-Orizzont nhar it-Tnejn 5 ta' Novembru 2001, u l-indikazzjoni dwar is-sitwazzjoni li qed isseħħ fil-każin nazjonalista tal-Mosta?
Jista' l-Ministru jinfurmani x'investigazzjonijiet saru mill-Pulizija fuq l-ewwel ittra ta' l-istess persuna kuraġġuża u li jixirqilha kull appoġġ fis-sehem sħiħ tagħha fil-ġlieda kontra droga fil-lokal tal-Mosta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Iskwadra ta` Kontra d-Droga tal-Pulizija kienet u ser tibqa` tagħti l-attenzjoni tagħha lil din il-lokalita`.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm kien in-numru ta' serqiet li ġew rapurtati lill-pulizija bejn Jannar u Ottubru ta' din is-sena? Kemm minnhom ġew solvuti u kemm tresqu persuni l-Qorti akkużati?
Response (BORG, TONIO)
Dwar it-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant fl-ewwel parti tal-Mistoqsija, għall-perijodu minn Jannar sa Settembru 2001; nirreferih għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 28142 u Nru. 28597.
Rigward in-numru u t-tipi ta` każi ta` serq irrapurtati lill-Pulizija matul Ottubru 2001, ninsab infurmat illi t-tagħrif hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi minn Jannar sa Ottubru 2001 in-numru ta` każi ta` serq solvuti kien ta` 235, filwaqt illi n-numru ta` persuni li tressqu l-Qorti fil-perijodu imsemmi kien ta` 147.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ngħataw permessi mill-Pulizija sabiex jgħixu fil-gżejjer tagħna? X'nazzjonalita għandhom u kemm minnhom huma taħt il-35 sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-2001, id-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta` l-Expatriates ħareġ 149 permess ta` residenza (permanenti) sabiex barranin ikunu jistgħu joqogħdu hawn Malta. Dawn il-permessi jkopru 290 persuna li 70 minnhom huma taħt il-35 sena (44 minnhom fil-fatt huma tfal dipendenti taħt il-21 sena).
In-nazzjonalita` tagħhom hija kif jidher hawn taħt:
NAZZJONALITA`
NUMRU TA`
PERSUNI
Arġentina (Ċittadin mill-)
1
Awstraljana
3
Awstrijaka
7
Belġjana
3
Bulgara
1
Ċeka (Repubblika)
1
Ċiniża
25
Daniża
8
Eġizzjana
1
Filippina
1
Franċiża
7
Ġappuniża
1
Ġermaniża
11
Ġjorġja (Ċittadin mill-)
7
Ġordaniża
1
Ingliża
82
Jugoslava
3
Kanadiża
7
Libjana
1
Norveġiża
3
Olandiża
29
Pollakka
1
Portugiża
1
Russa
24
Stati Uniti ta` l-Amerika (Ċittadin ta`)
11
Slovakka
1
Svediża
7
Svizzera
15
Taljana
19
Ukrajna
7
Ungeriża
1
TOTAL
290
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn fish farms approvati f'Malta u Għawdex? Fejn qegħdin allokati? Xi speċi u kwantita ta' ħut hu permess li jitrabba f'kull wieħed minnhom? Kemm hemm ħaddiema mpjegati direttament f'kull fish farm u kemm minnhom huma barranin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent jeżistu erba` fishfarms li għandhom permess ta` żvilupp mingħand l-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Dawn huma:
Malta Mariculture Ltd.
L-operat ta` din il-kumpanija jinstab taħt Kemmuna, u għandha permess għat-tkabbir ta` 500 tunnellata awrat; hemm applikazzjoni approvata li biha l-produzzjoni tista` taqleb 350 tunnellata minnhom għat-tkabbir tat-tonn, imma dal-permess, għalkemm approvat, għadu ma nħariġx peress li l-Awtorita` għadha qed tistenna informazzjoni u depożiti ta` garanziji bankarji mingħand il-kumpanija.
Malta Fish Farming Ltd.
L-operat ta` din il-kumpanija jinstab `l barra mis-sikka tal-Munxar (San Tumas), u għandha permess għat-tkabbir ta` 500 tunnellata awrat.
Fish & Fish Ltd.
L-operat ta` din il-kumpanija jinstab barra mill-Ħofriet (Marsaxlokk), u għandha permess għat-tkabbir ta` 150 tunnellata awrat (jew spnott) u 500 tunnellata tonn.
AJD Tuna Ltd.
L-operat ta` din il-kumpanija jinstab ħdejn is-Sikka l-Bajda (San Pawl il-Baħar), u għandha permess għal tmien gaġeġ tat-tonn, jiġifieri, madwar 700 tunnellata tonn.
L-Awtorita` tal-Ippjanar ma żżommx informazzjoni dwar in-numru ta` impjegati illi jaħdmu ma` kull fishfarm.
Barra l-kumpaniji msemmija, teżisti wkoll kumpanija oħra, P2M Ltd. li għandha gaġeġ fil-bajja tal-Mistra, fil-bajja tal-Mellieħa, u San Pawl il-Baħar. Il-kumpanija tkabbar l-awrat, imma l-Awtorita` m`għandhiex informazzjoni dwar il-kwantita` ta` ħut li huma mrobbijin f`dawn il-gaġeġ. Dan il-farm beda jopera fl-1991 qabel ġiet fis-seħħ il-Liġi dwar l-Ippjanar ta` l-Iżvilupp.
Il-gaġeġ li jinsabu fil-bajja ta` Marsaxlokk huma l-proprjeta` taċ-ċentru nazzjonali ta` l-akwakultura li jinstab f`San Luċjan. Dawn tqegħdu hemm qabel l-1991 u għalhekk m`għandhomx permess mill-Awtorita`. Il-produzzjoni tal-ħut m`huwiex magħruf.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija numru 29349 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Gvern Lokali li kienet: Jista' l-Ministru jgħid x' passi ttieħdu kontra ex impjegat tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin li ismu qed jintbagħat under separate cover fil-qorti tal-Maġistrat fl-aħħar ħdax-il sena?
Response (BORG, TONIO)
Apparti l-fatt illi skond l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra din il-Mistoqsija ma għandiex issir, ninsab infurmat illi skond l-Ordinanza dwar iċ-Ċertifikati tal-Kondotta (Kap.77) t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant jista` jingħata biss fuq talba tal-persuna ikkonċernata jew b`ordni tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 29351 li oriġinarjament saret lill-ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali cioe jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar ħdax-il sena ttiħdux xi passi kriminali kontra ċ-ċittadin Malti li ismu qed jintbagħat under separate cover?
Jekk ittieħdu passi fejn ittieħdu, meta ttieħdu, fuq xhex ittieħdu u x' passi ttieħdu?
Response (BORG, TONIO)
Apparti l-fatt illi skond l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra din il-Mistoqsija ma għandiex issir, ninsab infurmat illi skond l-Ordinanza dwar iċ-Ċertifikati tal-Kondotta (Kap.77) t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant jista` jingħata biss fuq talba tal-persuna ikkonċernata jew b`ordni tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-applikazzjonijiet tal-bdiewa, raħħala eċċ sabiex jiġu rikonoxxuti mid-Dipartiment ta' l-Artijiet għar-raba li jokkupaw? Meta se jiġu finaliżżati u meta se joħorġu skemi simili?
Response (BORG, TONIO)
Kif jaf l-Onorevoli Interpellant l-Iskema għal Art Agrikola tal-Gvern, li għalqet fi Frar ta` din is-sena, kienet tipprovdi li jkun hemm proċess ta` 'public screening' ta` xahrejn għal kull lokalita`, li fih kull applikazzjoni li tkun saret taħt l-Iskema titqiegħed għall-iskrutinju tal-pubbliku permezz ta` pjanti u listi apposta li jitqiegħdu għall-wiri f`kull Kunsill Lokali. Dan biex min ikollu raġuni valida biex iressaq oġġezzjoni lit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern, jkun jista` jagħmel dan fuq formoli apposta.
Minħabba n-numru kbir ta` applikazzjonijiet li saru taħt l-Iskema, it-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern ħasbet biex il-proċess ta` public screening jitwettaq f`numru ta` stadji, fi gruppi ta` lokalitajiet, skond skeda maħruġa apposta u kopja ta` liema qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Fil-fatt il-proċess ta` public screening għall-ewwel żewġ gruppi ta` lokalitajiet diġa` nfetaħ skond l-iskeda u, jekk ma jkunx hemm intoppi, it-tielet grupp mistenni jinfetaħ f`Diċembru li ġej.
Il-ħsieb tat-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern huwa li, wara li jintemm il-proċess ta` public screening, ikun jista` jibda l-istadju, li fih kull applikazzjoni tiġi mistħarrġa sabiex jiġi ddeterminat jekk għandux isir jew le kuntratt ta` kirja skond il-kundizzjonijiet stipulati fl-Iskema. Huwa f`dan l-istadju li jkunu jistgħu jibdew isiru l-kuntratti tal-kirja u l-ismijiet ta` l-applikanti jidħlu għand ir-Reġistru tal-Artijiet skond kif imħabbar fl-Iskema. Fil-fatt bħalissa qed tinbena t-tieni fażi ta` sistema kkompjuterizzata apposta li ser tgħin lit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern fil-kuntratti ta` kirja.
Peress li dan il-proċess jinkludi l-ħtieġa ta` spezzjoni għal kull applikazzjoni li tkun saret mhux possibli għalissa li wieħed jagħti data ta` meta dawn ser ikunu iffinalizzati.
Kif kien imħabbar mal-ħruġ ta` din l-Iskema, m`hemm l-ebda ħsieb li jinħarġu skemi oħra simili.
Jista' l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm priġunieri l-ħabs ta' Kordin li huma
1) sentenzjati ?
2) qed jistennew proċeduri tal-Qorti u/jew ma ingħatawx pleġġ
F'kull każ ta' liema nazzjonalita huma? Jista' jgħid kemm f'kull każ għandhom:
1) taħt il-21 sena? 2) bejn it-22 u t-30 sena? 3) 'Il fuq minn 31 sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fis-7 ta` Novembru 2001, in-numru ta` persuni miżmuma fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin kien ta` 253.
Dawk sentenzjati jammontaw għal 170 filwaqt li n-numru ta` dawk arrestati jammonta 83.
In-Nazzjonalita` ta` dawn il-priġunieri hija kif ġej:-
NAZZJONALITA`
SENTENZJATI
ARRESTATI
Maltin
133
42
Renju Unit
1
3
Taljani
1
2
Libjani
22
32
Alġerini
1
Tuneżini
5
1
Torok
1
Niġerjani
1
Palestinjani
1
Eġizzjani
2
Yugoslavi
1
Olandiżi
3
Awstraljani
1
TOTAL
170
83
It-tagħrif dwar l-eta` ta` dawn il-priġunieri hu kif jidher hawn taħt:-
Sa 21 sena
19
Bejn 22 sena u 30 sena
73
Minn 31 sena-il fuq
161
Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx saru studji biex tiġi stabbilita l-konnessjoni bejn il-kriminalita' u d-droga?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-Korp tal-Pulizija hemm sistema ta` ġbir ta` informazzjoni li tgħin fl-investigazzjoni dwar id-droga u l-konnessjoni li din għandha ma` reati oħra. Fuq kollox il-koperazzjoni kontinwa bejn is-sezzjonijiet varji tal-Pulizija li huma nvoluti direttament f`dawn l-oqsma tgħin mhux ftit biex tiġi stabbilita din il-konnessjoni.
Ninsab infurmat li n-nefqa għas-safar fil-Ministeru ta` l-Intern (Uffiċċju tal-Ministru, Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari u Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti) bejn l-1 ta` Jannar u t-30 ta` Settembru 2001 kienet ta` Lm25,610. Minn dan l-ammont, is-somma ta` Lm8,383 intefqet fuq safar relattiv ma` l-applikazzjoni ta` Malta biex issir membru sħiħ tal-Unjoni Ewropea.
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba l-proċess sabiex l-art magħrufa bħala tas-Sagħjtar Naxxar b'mod speċjali Triq Ġibilta li presentment suppost li qedha f'idejn l-Uffiċċju Konġunt tiġi trasferita lill-Awtorita' tad-Djar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn riċerka li għamlet it-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern jidher li m`hemm l-ebda art fis-Sgħajtar Naxxar li preżentament qiegħda f`idejn l-Uffiċċju Konġunt. Fl-istess area hemm bċejjeċ ta` art li qegħdin f`idejn it-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern u li sa issa ma jistgħux jiġu trasferiti lill-Awtorita` tad-Djar għax il-proċess ta` akkwist taħt l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta` Art għal skopijiet Pubbliċi għadu mhux iffinalizzat.
Jista' l-Ministru jgħid f' liema barrieri fl-inħawi tal-Mellieħa u fl-Armier hemm permess biex jintremew l-alka u l-iskart li jinġabar mix-xtur fl-inħawi?
Response (BORG, TONIO)
Ma jeżisti l-ebda permess sabiex jintremew l-alka u l-iskart fl-inħawi tal-Mellieħa u fl-Armier, iżda hemm ftehim bejn il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, l-Awtorita` tal-Ippjanar u d-Dipartiment tat-Turiżmu sabiex ikun hemm ħażna temporanja tal-alka.
L-Awtorita` ta` l-Ippjanar f`dan l-istadju qegħda tikkonsidra sit alternattiv ġewwa l-Marfa sabiex jintrema` l-alka, iżda għad ma hemmx deċiżjoni finali rigward dan is-sit.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma id-diffikultaijiet li hemm pendenti dwar l-applikazzjoni għaċ-ċittadinanza tal-persuna li d-dettalji qed jitbagħtu separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li ma hemmx diffikultajiet dwar il-każ li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant. Fil-fatt din il-persuna ser tirċievi ittra mid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza li tikkonfermalha li għandha ċittadinanza doppja.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm sabiex jitħallas iċ-ċens dovut għall-post imsemmi under separate cover?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma hemm l-ebda diffikulta` biex jitħallas iċ-ċens dovut li rrefera għalih l-Onor. Interpellant. Għalhekk l-enfitewta jista` jmur l-Uffiċċju Konġunt biex iħallas iċ-ċens.
Jista' l-Ministru jgħid fi ħdan id-dekasteru tiegħu, kemm hemm awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet jew entitajiet governattivi?
Jista' l-Ministru jgħid ukoll minn huma ċ-Chairman, Chief Executive Officers, diretturi u konsulenti legali ta' dawn l-awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet u entitajiet governattivi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslet l-applikazzjoni tal-permess li qed nibgħat under separate cover li ilu pendenti għall-kważi sena u li jitratta sempliċi change of use?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jivverifika n-numru ta` l-applikazzjoni li nbagħat under separate cover peress illi din l-applikazzjoni kienet ġiet approvata fil-25 ta` Settembru 2000.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 29486, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-video recordings li rrefera għalihom? Peress li l-Ministru ikkonferma li mill-video recordings irriżżulta li fil-ħin tal-inċident kienu għaddejjin xi vetturi, jista' jikkonferma jekk jirriżultax wkoll li waħda min dawn il-vetturi ostakolat jew għafset fis-sewqan lil individwu b'konsegwenza li seħħ l-inċident kif ġie allegat mill-individwu ivolut, b'mod pubbliku?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi peress li l-video recordings li qiegħed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant huma parti minn investigazzjoni tal-Pulizija, ma nħossx li hu opportun li dawn ikunu ppubbikati.
B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru. 29378, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanta taż-żewġ kmamar li kif iddikjarajt fit-tweġiba, twaqqgħu meta saret it-triq? Jekk huwa l-każ li l-inkwilin kien juża dawn il-kmamar, fuq liema kuntratt/encroachment/titlu etc kien qiegħed jagħmel użu minnhom?
Il-Ministru jaċċetta l-fatt li barra l-area li l-inkwilini kellu bħala kirja, jokkupa żieda ma dik l-art, inkluż parti minn kamra antika għal użu tat-trobbija tat-tjur? It-tjur għandhom x'jaqsmu jew għandhom konnessjoni mix-xogħol ta' l-inkwilini?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi peress li trid issir aktar riċerka dwar il-każ li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant, tweġiba tingħata f`xi Seduta oħra.