Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Qormi — Skola ġdida

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiza fuq l-iskola sekondarja ġdida ta’ Hal Qormi? Jista’ jgħid min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq din l-iskola u kemm kien il-ħlas għal kull wieħed?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi lista ta' tenders li nħarġu mill-FTS fir-rigward ta' bini ta' l-iskola sekondarja l-ġdida ta' Ħal-Qormi. Billi x-xogħol, fil-maġor parti, għadu qiegħed jitkejjel, l-lista tinkludi l-valur ta' xogħol kif ġie awarded.

Universita' ta' Malta — Parking

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru, jekk saru bejn l-Universita' ta' Malta u l-amministrazzjoni ta' l-Isptar Mater Dei dwar il-parkeġġ u dan in vista tal-fatt li studenti universitarji u anke staff ta' l-universita' jinsabu mħassbin minħabba s-sistema kollha tal-parking fl-universita'? Jista' inoltre jgħid kemm kien hemm parking spaces qabel ma fetaħ Mater Dei u kemm ittieħdu minħabba l-Mater Dei?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma saru l-ebda arranġamenti ma' l-Isptar Mater Dei rigward parkeġġ, għaldaqstant l-ispazju tal-parkeġġ fl-Universita' baqa' l-istess kif kien qabel.

Ingaġġament ta' għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni l-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għadha ma ġietx ingaġġata bħala għalliema mad-dipartiment ta' l-edukazzjoni u dan meta l-oħrajn li kienu fil-grupp tagħha kollha ġew ingaġġati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-persuna konċernata ser tirċievi t-tagħrif meħtieġ.

Bormla — Skola Primarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni fuq il-ground ta' l-iskola primarja ta' Bormla, u cioe' jekk għadx hemm il-ħsieb li taħtu jsir car park? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta hemm il-ħsieb li dan jibda?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li filwaqt li m’hemm l-ebda pjanijiet minn naha ta’ l-FTS għal dan ix-xogħol, m'hinix informat dwar il-proġett imsemmi mill-Onor. Membru. Naf li hemm rapprezentazzjonijiet bejn id-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni u l-ente konċernata dwar il-proposta.

Revision of papers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intalbu revision of papers kemm fis-SEC u MATSEC separatament wara l-eżamijiet ta’ Mejju? Jista’ jgħid ukoll f’liema suġġetti? Jista’ jghid jekk ħarġux kollha r-riżultati riveduti? Għaliex ma joħorġux qabel ma jsiru r-resits?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta’ talbiet għal revision of papers wara l-eżamijiet ta’ Mejju 2007 kienu 1252 mqassmin hekk: 451 għall-eżami tas-SEC, u għall-eżami taċ-Ċertifikat tal-Matrikola, 371 talba għal reviżjoni fil-livell Intermedju u 430 fil-livell Avvanzat. Ir-riżultati riveduti ħarġu kollha u l-biċċa l-kbira ntbagħtu qabel ma saru r- resits . Kien hemm sitt suġġetti li r-riżultat rivedut tagħhom ħareġ wara l-aħħar t’Awwissu. Dan ġara għal diversi raġunijet fosthom li xi eżaminaturi ma kienux disponsibbli tul Awwissu kollu biex jirrevedu l-karti u jiktbu rapporti biex jintbagħatu lill-istudenti. Informazzjoni dwar it-talbiet u f'liema suġġetti saru ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

SEC u MATSEC — Resits

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li qagħdu għar-resits tas-SEC u MATSEC separatament? F’liema suggetti? Kemm għaddew? Għaliex ir-riżultati għadhom ma ħarġux?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kien hemm 2400 student li resqu għar-resits fil-livell tas-SEC u 1478 student li resqu għal xi suġġett fil-livell Avvanzat jew Intermedju tal-MATSEC. Ir-riżultati tas-SEC inbagħtu fis-26 ta’ Settembru u r-riżultati tal-MATSEC intbagħtu fit-28 ta’ Settembru. Tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel li jgħallmu l-Ingliż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir mill-awtoritajiet edukattivi u l-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż biex titjieb is-sitwazzjoni ta’ l-imġieba ta' l-istudenti barranin specjalment fis-sajf ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kull skola liċenzjata sabiex tgħallem l-Ingliz bħala lingwa barranija hija responsabbli għall-imġieba ta' l-istudenti tagħha. Jekk l-istudenti ikunu taħt it-18-il sena, l-iskola liċenzjata tipprovdi supervizjoni anke waqt attivitajiet li jsiru għall-istudenti barra l-iskola. Kull darba li l-Bord irċieva x'ilment dwar l-imġieba ta' xi studenti dan ikkomunika kemm mad-Direttur ta' l-Istudji kif ukoll mal-Kap ta' l-iskola ikkonċernata, liema komunikazzjoni ġiet ikkupjata lill-individwu li jkun qajjem l-ilment. Barra minn hekk din il-komunikazzjoni ġiet ikkupjata lill-Awtorita' tat-Turizmu u lis-Superintendent tal-Pulizija inkarigat mill-lokalita' fejn ikun seħħ l-ilment.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Apparat energy saving

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq apparat energy saving matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kull dipartiment ġie mogħti struzzjonijiet biex jikkontrolla il-konsum ta' l-enerġija. S'issa ma jinzammx rekord speċifikament għal nefqa fuq apparat ta jista' jkun energy saving.

Kunċerti mużikali — Health and safety regulations

Question

Minħabba n-numru dejjem jikber ta' kunċerti mużikali tal-massa li qed jiġu organizzati f'pajjiżna, jista' l-Ministru jgħid min huwa responsabbli għall-ħarsien tal-health and safety regulations waqt dawn il-kunċerti kif ukoll jgħid jekk dawn ir-regolamenti humiex imniżżlin b'mod speċifiku f'xi legal notice, liġi jew regolament ieħor?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li materji li jikkonċernaw is-saħħa u s-sigurta' tal-pubbliku waqt attivitajiet tal-massa ma jaqgħux taħt l-applikabbilta' ta' l-Att dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-post tax-xogħol.

Dipartiment ta' l-edukazzjoni — Teachers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm teachers nisa impjegati mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni? Kemm minnhom huma miżżewġin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat hekk : Grad Skejjel Primarji Skejjel Sekondarji Għalliem miżżewġa u Post Sekondarji Sub Co-Ord 2 33 23 Teachers 676 1200 1208 Instructors 105 145 287 P/T Instructors 6 3 9 Temporary Teachers 1 1 1 Informat ukoll li n-numru ta' għalliema Peripatetic hu ta' 175 li minnhom 133 huma miżżewġa.

Immigranti llegali — Working permit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm immigranti llegali li ngħataw il-working permit? L-immigranti llegali huma obbligati li jagħmlu l-ktieb tax-xogħol biex jaħdmu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ ma tagħtix permessi tax-xogħol għal immigranti illegali. Il-KXT tagħti permessi tax-xogħol lil refuġjati, persuni taħt protezzjoni umanitarja temporanja u asylum seekers. Kull min iħaddem huwa taħt l-obbligu li jissottometti l-formola tal-bidu ta’ l-impjieg għal kull impjegat li jkollu kemm jekk ikollu ċittadinanza Maltija kif ukoll barranija.

Studenti fl-Universita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti l-Universita' ġejjin minn Bormla, Birgu, Isla, Kalkara, Xgħajra u Zabbar maqsuma skond il-kors u f'liema sena qegħdin?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li r-rizultati ta' l-ezamijiet supplimentari tal-MATSEC għadhom kif ġew uppublikati, l-Universita' għadha qed tipproċessa mijiet ta' applikazzjonijiet u għalhekk in-numru ta' studenti mistenni jinbidel. L-informazzjoni mitluba tkun tista' tingħata bi preċizjoni lejn l-aħħar ta' Ottubru.

Numru ta' sensji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' sensji li ngħataw mill-1 ta' Jannar, 2007 sal-lum, maqsuma xahar, xahar u minn liema settur kienu ġejjin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta’ nies li bdew jahdmu din is-sena (2007) xahar, b’xahar kien hekk: Jannar – 5,440, Frar – 3,546, Marzu – 3,808, April – 4,592, Mejju – 4,688, Ġunju – 5,655, Lulju – 6,232, Awissu – 3,274. It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Bdil ta' uniformijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk l-iskejjel li bidlu l-uniformi tagħhom fil-bidu tas-sena skolastika li bdiet? X’kienu r-raġunijiet għal dan? Jista’ jgħid jekk jingħatawx konsiderazzjonijiet għall-familji li mhux dejjem ikunu jistgħu jħallsu għall-uniformijiet ta’ wliedhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola Primarja tal-Baħrija inbidlet l-ingravata u dan għax kien spiċċa l-istokk. Fl-iskola Primarja ta' Ħal-Tarxien il-Year 1 biss biddel l-uniformi għax il-Kunsill ta' l-Iskola xtaq jagħti identita ġdida lill-iskola. Fl-iskola ta' Sta Venera Boys Junior Lyceum saret uniformi ġdida peress li l-iskola hija ġdida wkoll. Fl-iskola ta' San Benedittu BSS/BJL żdiedet il-beritta, dan sar bl-approvazzjoni tal-Kunsill Skolastiku fuq rakkomandazzjoni tal-Health and Safety. Fl-iskola ta' St Julian's kull ma nbidel hu l-qalziet, l-culottes u Tshirt tal-PE kit.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul Jannar, Frar jew Marzu 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kienx hemm uffiċjali fi skala 1 sa skala 5 li rriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt u ma reġgħux applikaw għall-istess pożizzjoni? F'każ li fl-affermattiv jista' jgħid liema pożizzjonijiet kienu fihom dawn l-uffiċjali u jekk jafx x'kienet ir-raġuni li rriżenjaw jew ma applikawx għall-istess pożizzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma kien hemm l-ebda uffiċjal fi skala 1 sa skala 5 li rriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt u ma reġgħux applikaw għall-istess pożizzjoni.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Kontijiet tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u kemm minn din in-nefqa kienet dovuta minħabba s-surcharge fuq il-kontijiet? Fl-istess ħin jista' jgħid jekk ttieħdux miżuri biex l-ispiża titnaqqas fl-istess perjodu billi jinxtara apparat li ma jaħlix, kemm tad-dawl u l-ilma?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li qiegħed isir kull sforz biex il-konsum tad-dawl u l-ilma jiġi kkontrollat. Informazzjoni dwar il-kontijiet tad-dawl u ilma ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Birżebbugia Water Polo

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi proċeduri ntużaw biex il-Birzebbuga Water Polo and Aquatic Sports Club u l-art ta' ħdejh għaddew lill-privat? Jista' jpoġġi pjanta fuq il-mejda tal-Kamra ta' l-art li għaddiet lill-privat? Jista' jgħid min hu l-privat li lilu ġiet trasferita din l-art pubblika?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-pjanta tal-art hija l-istess pjanta ta’ l-art li kienet ġiet imqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra waqt is-Seduta 343 tal-11 ta’ Lulju, 2000. Il-pjanta kienet gie imħejjija mid-Dipartiment ta’ l-Artijiet. Il-KMS m’għandux tagħrif illi din il-fakulta' sportiva ġiet mgħoddija lill-privat.

Junior College — Application fee

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-application fee għall-Junior College għoliet minn Lm10 is-sena li għaddiet għal Lm20 din is-sena? Jista' jgħid għaliex il-Junior College qed jitolbu ħlas ta' 75c mingħand l-istudenti biex jingħataw il-book list?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-application fee għall-Junior College kienet Lm10.00 is-sena li għaddiet u baqgħet Lm10.00 din is-sena ukoll, u li l-istudenti tal-Junior College għandhom l-opportunita' li jikkupjaw il-lista tal-kotba minn fuq in-notice boards tal-Kulleġġ jew jixtru l-lista.