Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #2352 Sitting 59 2003-11-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa — Skola FX Attard - filters

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar ġimgħat kienx hemm ħsara fil-filters ta' l -iskola FX Attard fil-Marsa? Jista' jgħid jekk din il-ħsara tolqotx periklu għall-istudenti u l-għalliema? Jista' jgħid ukoll jekk din l-iskola tbatix minn nuqqas ta' dawl jew vultaġġ adegwat?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet numru 2385, 2387 u 2388.
Leg 10 PQ #2353 Sitting 59 2003-11-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MATSEC — Kotba li nkitbu minn uffiċjali għolja

Question

Jista' il-Ministru jagħti l-lista ta' kotba li nkitbu minn uffiċjali għolja tal-MATSEC, li skond il-code of professional academic conduct, għandhom jagħmlu riċerka, kif ukoll jissottomettu rapport għall-performance bonus li fih iridu jgħidu x'pubblikazzjonijiet ikunu ħarġu? Jista' jgħid min kienu dawk li kitbu dawn il-kotba fil-perjodu bejn l-2000 u l-2003? Jista' jgħid fl-istess perjodu liema kienu l-kotba fis-sillabu tal-Malti li ntgħażlu għal kull sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Leg 10 PQ #2759 Sitting 59 2003-11-19 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' ta' Malta — Studenti ta' nazzjonalita' barranija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti barranin jattendu xi kors l-Universita' ta' Malta f'din is-sena akkademika? Minn liema pjajiżi huma dawn l-istudenti u f'liema fakultajiet qegħdin?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba għal Mistoqsija numru 1433.
Leg 10 PQ #2838 Sitting 59 2003-11-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Labour market — Mismatches/skill gaps

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex jiġu eliminati l-mismatches u skill gaps fil-labour market ta' pajjiżna?

Response (GALEA, LOUIS)

Kif jaf l-Onor. Membru is-sistema edukattiv ta' pajjiżna tinżamm aġġornata skond l-iżviluppi soċjo-ekonomiċi fil-pajjiż. Il-Kurrikulu Nazzjonali jindirizza il-kwestjoni imqanqla għall-livell ta' skola obbligatorja sa 16 il-sena. F'dan ir-rispett hemm proċess kontinwu ta' żvilupp. Qed titwettaq riforma sħiħa fil-qasam vokazzjonali u teknoloġiku sew bil-ħidma ta' l-ETC u bl-iżvilupp ta' l-MCAST. L-Universita' kibret u żviluppat bil-kbir fl-aħħar snin biex tissodisfa domanda għal nies kwalifikati. Dalwaqt nippublika l-abbozz ta' Strateġija Nazzjonali għal Tagħlim Tul il-Ħajja. Qed naħdmu għal rabta aħjar bejn id-dinja tax-xogħol u id-dinja tat-tagħlim u t-taħriġ.
Leg 10 PQ #2260 Sitting 58 2003-11-18 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Persuni b'diżabilita'

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni ħandikappati jaħdmu u jirreġistraw għax-xogħol illum?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li skond tagħrif mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ fl-aħħar ta' Ġunju 2003, in-numru ta' persuni ċertifikati bħala diżabili u li kienu qed jaħdmu fuq bażi full-time kien ta' 1,049. Filwaqt li kien hemm 307 persuni li huma ċertifikati b'xi forma ta' diżabilita' għax-xogħol u li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol.
Leg 10 PQ #2261 Sitting 58 2003-11-18 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Persuni ta' nazzjonalita' barranija — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni ta' nazzjonalita' barranija jirreġistraw għax-xogħol illum u ta' liema nazzjonalita' huma?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Leg 10 PQ #2262 Sitting 58 2003-11-18 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Anzjani jaħdmu

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn anzjani jaħdmu llum u x-xogħol jagħmlu? Kemm huma nisa u kemm irġiel?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm bżonn li l-Membru jispeċifika l-eta' li qed jirreferi għaliha meta jgħid anzjani.
Leg 10 PQ #2342 Sitting 58 2003-11-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Wied il-Għajn — Skola primarja

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kellux ilmenti dwar nuqqas ta' indafa fl-iskola primarja ta' Marsascala? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li din l-iskola titkabbar minħabba l-fatt li l-popolazzjoni ta' dan il-post qiegħed dejjem tkompli tikber?

Response (GALEA, LOUIS)

Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija ma waslulix ilmenti dwar nuqqas ta' ndafa fl-iskola primarja ta' Wied il-Għajn. Ninsab informat ukoll li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada qiegħdha tiffinalizza il-pjan għall-ħidma li jmiss fl-iskejjel ta' l-istat. Tweġiba tkun tista' tingħata meta dan il-pjan jiġi approvat.
Leg 10 PQ #2343 Sitting 58 2003-11-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa — Skola San Ġużepp Ħaddiem - Tagħlim ta' woodwork

Question

wara li rċevejt diversi ilmenti mingħand studenti adulti li jattendu l-evening classes tal-woodwork ġewwa l-iskola San Ġużepp Ħaddiem fil-Marsa, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li għall-ewwel darba dawn qed jiġu mitluba li jġibu magħhom il-materjal u mhux qed jiġi provdut lilhom mid-diviżjoni bħas-snin ta' qabel?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba għall-Mistoqsija numru 2344.
Leg 10 PQ #2344 Sitting 58 2003-11-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Diviżjoni ta' l-edukazzjoni — Korsijiet ta' fil-għaxija

Question

Jista' il-Ministru jgħid id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni kemm tipprovdi korsijiet ta' fil-għaxija? X'inhu s-suġġett li qed jiġi mgħallem u fejn? Kemm qed jattendu studenti għal kull wieħed mill-korsijiet offruti u kemm hu l-ħlas? Jista' jista' jgħid ukoll jekk il-materjal li jkun meħtieġ jingħatax b'xejn jew le?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li id-Dipartiment ta' l-Istudji Ogħla u Edukazzjoni għall-Adulti fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni jorganizza 114-il kors differenti. Ta' min jgħid li l-korsijiet Electrical Installation Licence A u B, Electrical and Electronics Engineering Technical C&G 8030 Level 4, Electrical Motor Armature Winding, Advanced Technical Diploma in Mechanical Engineering C&G 2565, Engineering Skills C&G 1155, Telecommunication and Electronics Engineering C&G 2720 u Advanced Technician Diploma in Applied Information Technology C&G 7235 Level 4 minn din is-sena skolastika qed jiġu offruti mill-MCAST. Il-korsijiet il-qosra, Computer Awareness, Cookery and Nutrition, Ju-Jitsu Self Defence, Flower Arranging, Ballroom Dancing, Sequence and Line Dancing, Beauty Care, Feep-Fit (Males and Females), Craft Course (Beading), Maltese Sign Language u Curtain Making jerġgħu jibdew fi Frar. Madwar 600 adult ieħor jattendu. F'korsijiet li jinħtieġu l-prattika il-materjal jingħata biss lill-għalliem/a biex dawn juru il-metodu prattiku tax-xogħol lill-istudenti. Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-korsijiet.
Leg 10 PQ #2826 Sitting 58 2003-11-18 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST — Sezzjoni Agri-Business - studenti

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk l-istudenti tal-MCAST, sezzjoni Agri-Business, iridux iħallsu minn buthom madwar Lm75 biex ikunu jistgħu joqogħdu għall-eżami tal-BTEC?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-miżati ta' l-eżamijiet tal-BTEC huma dawk stabbiliti mill-Bord ta' l-Eżamijiet.
Leg 10 PQ #2336 Sitting 57 2003-11-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel ta' l-Ingliż

Question

Jista' il-Ministru jgħid illum kemm hemm skejjel liċenzjati biex jgħallmu l-Ingliż lill-barranin? Liema huma u f'liema lokalita' jinsabu? Kemm hemm li fetħu ġodda din is-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #2337 Sitting 57 2003-11-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti ta' nazzjonalita' barranija — Tagħlim ta' l-Ingliż f'pajjiżna

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew studenti barranin biex jitgħallmu l-Ingliż f'pajjiżna? Jistgħu jingħataw il-figuri bejn l-1 ta' Jannar u l-aħħar ta' Settembru 2003? Minn liema pajjiżi kienu ġejjin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sat-30 ta' Settembru 2003, 55,273 studenti barranin ġew f'Malta u Għawdex sabiex jistudjaw l-Ingliż. Dawn l-istudenti barranin ġew f'pajjiżna minn Andorra, Awstrija, Arġentina, Belġju, Brażil, Bulgarija, Ċili, Repubblika Ċeka, Ċina, Franza, Ġappun, Ġermanja, Greċja, Italja, Korea, Libja, Messiku, Norveġja, Olanda, Polonja, Portugal, Rumanija, Russja, Slovakkja, Spanja, Svezja, Svizzera, Turkija u Ukrajna.
Leg 10 PQ #2340 Sitting 57 2003-11-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Seminars imsejħa Irrid Nagħżel Tajjeb

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-iskop tas-seminars imsejħa INT (Irrid Nagħżel Tajjeb)? Jista' jgħid min jieħu sehem fihom u fejn isiru dawn is-seminars? Kemm huma l-fondi li b'kollox huma dedikati għal dawn is-seminars?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-iskop tas-Seminars INT huwa li jinħoloq mudell ħolistiku dwar il-bżonnijet ta' l-istudenti żgħażagħ Maltin fuq suġġetti bħal Relazzjonijiet, Valuri, Sesswalita, Kif tkun Assertiv, Taf Lilek Innifsek u problemi oħra. Għalhekk l-istudenti żgħażagħ ikunu f'pożizzjoni li jagħmlu għażla aħjar. L-ideja huwa li jsiru seminars barra mill-iskola, b'mod informali biex l-istudenti jistgħi isaqsu u jgħidu fejn ma jaqblux anke b'mod kritiku. Is-seminars huma esperjenza fejn studenti żgħażagħ subien u bniet jisimgħu lil xulxin f'ambjent krejattiv. B'hekk ma jkunx hemm barrieri ta' komunikazzjoni. Fis-seminars qegħdin jieħdu sehem studenti ta' 15-il sena fi skejjel statali u tal-Knisja. Din is-sena dawn is-seminars bdew isiru fid-Dar ta' San Ġużepp, Sta. Venera, li poġġew għad-dispożizzjoni tagħhom sular b'għaxart'ikmamar li jintużaw kuljum. Għal din is-sena skolastika, għal dawn is-seminars, hija prevista s-somma ta' Lm 15,000. Din is-somma tinkludi it-trasport ta' l-istudenti. Is-sena li għaddiet kien hemm madwar 3495 student.
Leg 10 PQ #2341 Sitting 57 2003-11-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Dawl għal matul il-lejl

Question

Jista' il-Minsitru jgħid x'inhu l-iskop li numru kbir ta' skejjel jibqgħu mixgħula bil-lejl b'ammont ta' dawl sostanzjali, jiġifieri mhux bozza jew tnejn?

Response (GALEA, LOUIS)

L-ebda skola m'għandha tħalli id-dawl mixgħul għal xejn b'xejn. Numru ta' skejjel jintużaw filgħaxija għall-attivitajiet varji. Ser nitlob lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tfakkar li min hu konċernat b'dan.
Leg 10 PQ #2697 Sitting 57 2003-11-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel sekondarji — Studenti li għażlu l-lingwa Għarbija u l-lingwa Russa

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti bniet u subien fi skejjel sekondarji f'Malta u Għawdex li fil-Form 3 għażlu l-lingwa Għarbija u l-lingwa Russa? Jista' jestendi l-istess informazzjoni għall-istudenti tal-Forms 4 u 5 fil-preżent?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Leg 10 PQ #2747 Sitting 57 2003-11-18 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Facilitators Għawdxin

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex madwar 30 facilitator qegħdin ikollhom jiġu Malta wara l-ġurnata tax-xogħol biex jagħmlu l-kors? Għaliex dan il-kors ma jsirx f'Għawdex stess, tenut kont li issa li ġejja x-xitwa u l-inkonvenjent tagħhom ikun ikbar?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minħabba l-fatt li dan il-kors jinvolvi il-parteċipazzjoni ta' numru ta' letturi barranin, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ħasset li l-ispiża biex tirreplika l-kors f'Għawdex mhix vijabbli. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-Universita' ta' Malta qegħdin jagħmlu minn kollox biex l-inkonvenjent imġarrab mill-Għawdxin jonqos kemm jista' jkun.
Leg 10 PQ #2333 Sitting 56 2003-11-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel tal-Knisja — Għalliema

Question

Jista' il-Ministru jagħti n-numru ta' għalliema li qed jaħdmu fl-iskejjel tal-Knisja? Kemm huma nisa u kemm huma rġiel? Kemm huma impjegati fuq bażi part-time? Kemm hemm għalliema reliġjużi? Kemm mit-total għandhom 'il fuq minn 61 sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Leg 10 PQ #2334 Sitting 56 2003-11-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel indipendenti/privati — Għalliema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm għalliema, nisa u rġiel separatament, li huma mpjegati fl-iskejjel indipendenti/privati? Kemm minnhom huma fuq bażi part-time? Kemm hemm li għandhom 'il fuq minn 61 sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Leg 10 PQ #2335 Sitting 56 2003-11-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel ta' l-Ingliż

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal-liċenzja biex jinfetħu skejjel biex igħallmu l-Ingliż? Minn min saret kull applikazzjoni? F'liema lokalita' tinstab kull waħda? Meta saret kull applikazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa hemm applikazzjoni waħda għall-liċenzja biex tinfetaħ skola ħalli jitgħallmu l-Ingliż. Din l-applikazzjoni saret mis-Sur Michael Parnis għal skola fil-Belt Valletta u l-applikazzjoni saret fis-17 ta' Lulju 2003.