B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15517, jista' il-Ministru jgħid x'wassal lill-Gvern Malti biex jiddeċiedi li ma jospitax f'pajjiżna l-European Institute for Gender Equality?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nitolbok tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B'riferenza għat-tweġiba li ta l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari 15519, minkejja li l-Ministru stqarr li d-domanda oriġinali talbet tagħrif li skond hu jiżvela data personali, peress li dawn il-contracts of service qegħdin jitħallsu minn fondi pubbliċi li dan il-parlament għandu d-dover li jara kif qegħdin jintnefqu, jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' contracts of service li daħal għalihom il-MIC (Ċentru informazzjoni Malta Unjoni Ewropea) jew inkella f'isem il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin fil-perijodu bejn l-1 ta' Jannar 2000 sal-lum billi għal kull kuntratt iffirmat jagħti r-remunerazzjoni li jkopri kull kuntratt, inkluż benefiċċji, allowances u perkaċċi oħra marbuta ma' l-istess kuntratt kif ukoll it-tul ta' kull kuntratt u l-grad jew nomenklatura li ngħatat kull persuna biex tagħti servizz abbażi tal-kuntratt iffirmat, flimkien ma' l-isem tal-persuna indikata?
Response (FRENDO, MICHAEL)
B’riferenza għall-mistoqsija ta’ l-Onorevoli Interpellanta, qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ il-Ministru jelenka dawk il-European Agencies ta' l-Unjoni Ewropea li t-twaqqif tagħhom għadu fil-pipeline?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Jien informat li l-aġenziji li twaqqfu mill-Unjoni Ewropea kif ukoll dawk illi t-twaqqif tagħhom għadu fil-pipeline huma dawn:
L-Aġenziji Regolatorji li twaqqfu:
- European Centre for the Development of Vocational Training
- European Foundation for the Improvement of Living and Working Conditions
- European Environment Agency
- European Training Foundtion
- European Monitoring Centre for Drugs and Drug Addiction
- European Agency for the Evaluation of Medicinal Products
- Office for Harmonisation in the Internal Market
- Office for Harmonisation in the Internal Market
- European Agency for Safety and Health at Work
- Community Plant Variety Office
- Trnslation Centre of the Bodies of the European Union
- European Monitoring Centre on Racism and Xenophobia
- European Agency for Reconstruction
- European Food Safety Authority
- European Maritime Safety Agency
- European Aviation Safety Agency
- European Network and Information Security Agency
- European Centre for Disease Prevention and Control
- European Railway Agency
- European Network and Information Security Agnecy
- European Centre for Disease Prevention Control
- European Railway Agency
- European Agency for the Management of Operational Cooperation at the External Borders of the Member States of the European Union
L-Aġenziji Regolatorji li qegħdin fil-proċess li jitwaqqfu wara li ġiet addotata l-legiżlazzjoni Ewropea li twaqqafhom huma:
- European Chemicals Agency
- Community Fisheries Control Agency
- Human Rights Agency
L-Aġenziji Eżekuttivi li twaqqfu huma:
- Intelligent Energy Executive Agency
- Executive Agency for the programme on public health
Entitajiet oħra ta' l-Unjoni Ewropea li twaqqfu:
- Euratom Supply Agency
- EU Institute for Security Studies
- EU Satellite Centre
- European Police Office
- European Body for the Enhancement of Judicial Cooperation
- European Police College
- EU Defence Agency
Entitajiet oħra ta' l-Unjoni Ewropea li huma proposti huma dwar:
- L-immigrazzjoni
- Ir-riċerka
- L-edukazzjoni u l-kultura
Seduta Numru 295
26/09/2005
Jista' il-Ministru jgħid jekk fejn sejra tinbena l-ambaxxata Amerikana f'Ta' Qali, limiti tal-Mosta, hux se jkun hemm spazju wkoll għall-parkeġġ ta' helicopters u ajruplani, kif ukoll jekk hux se jkun hemm xi air strip?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Ma għandi l-ebda informazzjoni li ser ikun hemm l-affarijiet indikati mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid jekk Malta wrietx lill-Kummissjoni Ewropea l-ħsieb, l-intenzjoni jew ix-xewqa li tospita f'pajjiżna l-European institute for gender equality li għandu jitwaqqaf fix-xhur li ġejjin? Jekk fl-affermattiv, jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-talba li ġħamlet Malta f'dan ir-rigward?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Le, Malta ma wrietx l-intenzjoni li toffri biex tospita l-European Institute for Gender Equality.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-contracts of service li l-uffiċċju informazzjoni Malta Unjoni Ewropea (MIC) daħal fihom fil-perijodu bejn l-1 ta' Jannar 2000 sal-lum, jew li daħal għalihom il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin f'isem l-istess uffiċċju?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Dak li qiegħda titlob l-Onorevoli Membru jinvolvi l-iżvelar ta' data personali ta' individwi u ma narax għal liema skop qed tintalab din l-informazzjoni.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-contracts of service kollha li ġew iffirmati mill-Ministeru tiegħu kif ukoll mill-enti kollha li jaqgħu taħtu fil-perijodu bejn l-1 ta' Lulju 2004 sal-lum?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Dak li qiegħda titlob l-Onorevoli Membru jinvolvi l-iżvelar ta' data personali ta' individwi u ma narax għal liema skop qed tintalab din l-informazzjoni.
Jista’ il-Ministru jgħid liema kienu dawk l-entijew dipartimenti fid-dekasteru tiegħu li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea din is-sena, għal liema fondi applikaw u x'kien l-eżitu?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin irċieva s-somma ta' Euro 1,909 kif ġej:
€ 774 bħala għajnuna għal
Service Contract
€ 1,135 għax-xiri ta' apparat u taħriġ ta' persuni
Dawn il-fondi ser jintużaw fi proġett imsejjaħ Integration of National Systems fl-ambitu tax-Schengen Acquis. Dawn il-fondi ingħataw taħt ix-Schengen Transition Facility.
Peress li t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15357 ma tweġibx mistoqsija parlamentari 15350, jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15350 u jgħid għal liema raġunijiet ingħataw direct orders lil kumpanniji privati fil-każ taċ-CHOGM?
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15353, jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni l-filming waqt l-irtir tal-kapijiet ta' l-istat tal-Commonwealth kien intqal lil Super One li kienu se jagħmluh huma, imbagħad ġie rtirat?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Jien infurmat li l-filming waqt l-irtir tal- Kapijiet tal-Commonwealth ġie allokat lis-Super One skond il-pjan imfassal mill-Public Broadcasting Services Ltd. tal-coverage ta` l-attivitajiet relatati maċ-CHOGM 2005 u ż-zjara statali tar-Reġina. Jien infurmat ukoll li wara li saret din l-allokazzjoni, iċ-CHOGM Task Force infurmat lill-PBS li l-filming tar-Retreat kellu jsir mill-Host Broadcaster jiġifieri mill-PBS minhabba f`hekk kellu jsir tibdil fil-pjan originali stess u tat lis-Super One u li issa ġie allokat il-filming ta' l-Airport.
Jista' il-Ministru jgħid għalfejn l-Association tal-Youth Workers mhux se tingħata l-opportunita' biex tkun involuta fil-Commonwealth Youth Forum jew fl-evalwazzjoni tagħha?
Response (FRENDO, MICHAEL)
L-Onorevoli Interpellant hu mitlub jagħmel din id-domanda lill-Ministru konċernat li hu l-Ministru ta' l-Edukazzjoni Żgħażagħ u Impjiegi.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15235, jista' il-Ministru jgħid kull kumpannija li ngħatat direct order, x'tip ta' servizz jew prodott se tipprovdi għaċ-CHOGM?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Id-Direct Orders miċ-CHOGM Task Force bl-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi skond ir-regolamenti governattivi saru hekk:
Globecast South Africa se tipprovdi servizz ta' "boradcasting" inkluż dak bis-satellita; din il-kumpanija kienet pprovdiet dan l-istess servizz fl-aħħar żewġ CHOGMs, fl-Awstralja u n-Nigeria.
Radisson Golden Sands Resort and Spa se tipprovdi servizz ta' akkomodazzjoni għall-Kapijiet ta' Stat kif ukoll faċilitajiet għal laqgħat tagħhom waqt "ir-Retreat". Il-post intgħażel għal raġunijiet ta' sigurta' peress li jinsab maqtugħ mill-abitat u allura jista' jiġi protett aħjar mill-Pulizija u l-Armata;
The Eden Leisure Group ser jipprovdi l-lokal fejn se jkun imtella' l-Media Centre. Wara li ġew spezzjonati siti oħra, l-Eden Arena kien l-uniku wieħed attrezzat b'servizzi l-aktar adattati ta' komunikazzjoni għal skopijiet tal-media;
RGB TV - hi l-unika kumpanija f'Malta b'expertise għall-produzzjoni ta' "digi-beta technology" biex tipproduċi produzzjonijiet audio-viżwali;
Messrs Alberto Serra kienet l-unika kumpanija li setgħet tipprovdi ngravajjet u xalep (scarves) fi żmien qasir;
Westin Dragonara Resort ser tipprovdi servizz ta' akkomodazzjoni għall-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-Commonwealth kif ukoll faċilitajiet għal laqgħat tagħhom. Intagħżlet għax din hi l-unika lukanda ta' 5 stilel li tista toffri "one-bedroom suite" lil kull wieħed mit-52 Ministru.
Jista' il-Ministru jgħid kemm u liema kienu l-kumpanniji li wieġbu għas-sejħa tal-gvern għall-sponsorship għaċ-CHOGM? Jista' jgħid l-ammont totali ta' sponsorships x'inhu?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li sa issa dawk li wieġbu għas-sejħa tal-Gvern għall-sponsorship għaċ-CHOGM kienu 18 u huma:
1. Malta Tourism Authority
10. Bristow Potteries
2. Maltacom Group
11. Marsovin
3. BMW
12. Island Caterers
4. General Electric
13. Forestals Hewlett Packard
5. Microsoft
14. Allied Newspapers
6. Bank of Valletta
15. Luxe Pavilion
7. Air Malta
16. Lombard Bank
8. Classic Jewellers
17. Strickland Foundation
9. Stirling Jewellers
18. Kurt Arrigo
Sa issa minn dawn tmien kumpaniji ffirmaw kuntratt ta' sponsorship. Dawn huma:
01. BMW
05. Sterling Jewellers
02. Microsoft
06. Bristow Potteries
03. Bank of Valletta
07. Lombard Bank
04. Air Malta
08. Kurt Arrigo
L-ammont totali kommess s'issa huwa ta' Lm 309,300 fi flus, oġġetti u servizzi.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15236, fil-każ taċ-CHOGM, jista' il-Ministru jispjega x'ġara fil-każ li s-Super One television rebah it-tenderbiex jiffilmja r-retreat f'Għajn Tuffieħa u din ġiet irtirata?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Tajjeb jigi ppreciżat li ma` kienx hemm l-ebda tenders għall-filming waqt iċ-CHOGM. Il-PBS, bħala l-host broadcaster, ħarġet talba għall- espressjoni għall-interess għal servizz ta` TV Crew u għall-provvista ta` apparat għall-filming relatat maċ-CHOGM 2005 u maż-żjara tar-Reġina. Din l-espressjoni għall-interess ma kienetx marbuta ma' lokal partikolari.
L-ġbid ta' filming waqt l-Irtir tal-Kapijiet ta' l-Istat ser isir mill-Host Broadcaster, allura mill-PBS. Jiena nfurmat li bħalissa qed isiru negozjati ma' Superone u ma' deviersi kumpaniji u persuni oħrajn, mill-PBS bħala l-host broadcaster inkarigat mit-Task Force taċ-CHOGM.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux qed jingħata xogħol b'direct order lill-kumpanniji privati għal xogħol relatat maċ-CHOGM? Jekk iva, lil liema kumpanniji?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Jiena nfurmat li ċ-CHOGM Task Force tat ċertu xogħol lil kumpaniji privati diversi skond il-proċeduri finanzjarji tal-Gvern, wara li ntalbu tlett offerti. Jiena nfurmat ukoll li kien hemm każi oħra fejn, fuq deċiżjoni taċ-CHOGM Task Forceu bl-approvazzjoni diretta tal-Ministeru tal-Finanzi, ingħataw direct orders mingħajr ma saret talba għall-offerti u dan minħabba raġunijiet u ċirkustanzi speċifiċi li abbażi tagħhom iċ-CHOGM Task Forceddeċidiet li kellha tagħmel hekk. Jien infurmat li dawn id-direct orders ingħataw lil dawn il-kumpaniji privati: Globecast South Africa, Radission Golden Sands Resort and Spa, the Eden Leisure Group, RGB TV Ltd, Messrs Alberto Serra International Ltd u l-Westin Dragonara Resort.
Jista' il-Ministru jgħid jekk fejn ħarġu tenders u quotations u dawn intrebħu minn kumpanniji partikolari, kienx hemm każi fejn dawn il-kuntratti ġew irtirati? Jekk iva, lil liema kumpanniji u għal liema raġunijiet?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Jiena nfurmat li l - Ministeru tieghi ma kellux kazi bhal dawn.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jiġu ngaġġati nies bil-kuntratt fil-ministeru ta' l-affarijiet barranin?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Il-Gvern eżerċita, skond il-proċeduri normali, d-dritt li jingaġġa lill-istudenti li ħadu scholarship għal Bruges u Sussex. Skond ir-rabta li daħlu għaliha ħames studenti li l-Ministeru bagħat fuq scholarship dawn ġew ingaġġati b'kuntratt ta' 3 snin mall-Ministeru.