Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Chairmen

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm jitħallsu ċ-chairmen ta' kull entita' kummerċjali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru tiegħu u kemm ġew impjegati persuni ma' kull entita' s-sena l-oħra u din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Dipartiment tad-drenaġġ — Periti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm periti jaħdmu mad-dipartiment tad-drenaġġ u meta ġew ingaġġati?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li bħalissa hemm tlett periti jaħdmu mas-sezzjoni tad-Drenaġġ: Il-Perit Anthony Abela li kien ingaġġat mal-Gvern f'Novembru tad-1969 u kien appuntat Direttur tad-Dipartiment f'Jannar ta' 2000. Il-Perit Mario Balzan li kien ingaġġat fid-Dipartiment tad-Drenaġġ fil-31 ta' Mejju tan-1988. Il-Perit Godfrey Vella li kien ingaġġat fid-Dipartiment tad-Drenaġġ fi 3 ta' Marzu ta' 2003. Dan il-perit s'issa mhux mistenni jingħaqad mas-sezzjoni tad-Drenaġġ għax ma ġiex detailed għal mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.

Birżebbugia — Triq San Ġorġ - żejt li qed jispiċċa ġo bir f'fond nru. 8

Question

Jista' il-Ministru jara x'inhi s-sitwazzjoni fejn żejt qed jidħol f'bir ġewwa post nru. 8, Triq San Ġorġ, Birżebbugia? Jista' jara li l-korporazzjoni Enemalta tieħu l-passi neċessarji ħalli din is-sitwazzjoni ma titħalliex għaddejja?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-korporazzjoni Enemalta diġa indagat il-każ imsemmi fil-mistoqsija parlamentari u l-uffiċju legali tal-korporazzjoni Enemalta diġa wieġeb lis-sinjuri li għamlu l-ilment fuq dan il-każ.

Air Malta — Chief executive

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu s-salarju, ir-remunerazzjoni u l-perkaċċi taċ-chief executive ta' l-Airmalta?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-pakkett ta' remunerazzjoni, inkluż salarju, allowances u bonus tac-Chief Executive ta' l-Air Malta kien ġie deċiż u maqbul mill-Board ta' l-Air Malta immexxi mis-Sur Louis Grech fil-laqgħa tat-tnax ta' Settembru 2002. Il-pakkett totali hu ta' Lm 121,311 li hu fl-istess ilma tac-CEO tat-Tarzna li kien ġie appuntat mill-Gvern Laburista f'Lulju 1998.

Nies appuntati fil-marketing division

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3194, peress illi huwa l-gvern li jagħżel iċ-chairman u l-maġġoranza tad-diretturi, jista' il-Ministru jara li tingħata risposta mitluba? Jaf il-Ministru li kuntrarjament għal kull prassi normali, fis-set-up il-ġdid tal-bank hemm nies li għandhom l-istess parentela? Jista' jgħid jekk il-kariga ta' manager (Line marketing integration) ġietx tailor-cut għal individwu partikolari, tant li r-rekwiżiti huma vagi u mhux speċifikati?

Response (GATT, AUSTIN)

Filwaqt li ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi hu żbaljat meta jgħid li "il-Gvern jagħżel ic-chairman u l-maġġoranza tad-diretturi" għax il-Gvern jagħżel biss lic-Chairman u d-diretturi kollha huma magħzula jew mill-ħaddiema jew mill-azzjonisti, ninfurmah illi ma' għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija Nru. 3194.

Korporazzjoni Enemalta — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-iskali tal-posts u gradi kollha fil-korporazzjoni Enemalta hekk kif kienu f'dawn id-dati: fl-ewwel ta' kull sena fl-1995 u fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u fil-preżent?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.

Gżira — Triq Luqa Briffa - kwalita' ta' ilma

Question

Jista' il-Ministru jieħu l-passi biex jiġi nvestigat il-kwalita' ta' ilma bis-sadid li qed jirċievu wħud mir-residenti ta' Triq Luqa Briffa, fil-Gżira? Jista' jara wkoll li jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex il-kwalita' ta' ilma li tasal għand dawn ir-residenti tiġi mtejba u tkun bla sadid?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-problema ta' ilma bis-sadid fi Triq Luqa Briffa fil-Gżira kienet kaġunata minn xogħol konness ma proġett li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kienet qiegħda twettaq fi Triq San Albertu, Gżira biex titjieb id-distribuzzjoni ta' l-ilma fl-inħawi. Waqt li kien qed isir dan ix-xogħol, kien hemm bżonn li l-provista ta' l-ilma ta' dan il-lokal tkun sospiża għal bosta drabi, u kull darba li l-provista marret lura għan-normal, l-ilma beda jkun bis-sadia għal xi ħin. Dan ġara l-aktar f'Novembru tas-sena l-oħra. Darba tlesta l-proġett, din il-problema spiċċat.

Kirkop — Triq San Remiġ - provvista ta' l-elettriku

Question

Possibbli l-korporazzjoni Enemalta tinvestiga għaliex il-provvista ta' l-elettriku fi Triq San Remiġ, Kirkop tant hi baxxa li fil-għaxija qed issir ħsara fl-appliances u ma jkunx jista' jinxtegħel television jew neon light? X'inhu jikkawża din il-problema meta ftit ilu f'mistoqsija parlamentari preċedenti li jien kont għamilt kien intqal li din il-problema ġiet solvuta?

Response (GATT, AUSTIN)

L-ilment ġie investigat u jirriżulta li għalkemm sar ħafna tisħiħ permezz tas-substation il-ġdida għad fadal xi xogħol xi jsir u dan għandu jitkompla flimkien ma' xogħolijiet oħra simili.

Qasam industrijali ta' Ricasoli — Xogħol mill-Maltacom

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'xogħol qiegħda tagħmel il-Maltacom fil-proprjeta' li għandha fl-Industrial Estate ta' Ricasoli? X'inhu l-iskop ta' dan ix-xogħol? Kemm hu stmat il-valur tax-xogħol li qiegħed isir?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 1130.

Ambaxxati — LAN Requirements

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 3314 u cioe' jgħid kemm hemm ambaxxati li daħlu fi ftehim mal-MITTS għall-provvediment tal-LAN Requirements sabiex jiġu kkonnettjati mal-IT network tal-gvern?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interperllant li l-mistoqsija parlamentati Nru.3314 giet imwiegba f'seduta 77.

Office of Review — Direttur

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 3299 u cioe' jgħid kemm-il darba d-direttur ta' l-office of review siefer, kemm dam barra l-pajjiż u kemm kienet l-ispiża globali għal kull żjara barra minn Malta minn meta ħa l-appointment f'April 2001 sa meta nbidillu r-rwol tiegħu f'Ottubru 2003?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija parlamentari Nru. 3299 giet imwiegba f'seduta 77

Żejtun — Triq il-President Anton Buttigieg - Xogħol fuq l-estensjoni tad-drenaġġ

Question

B'riferenza għal diversi mistoqsijiet li għamilt dwar it-tkomplija tax-xogħol fuq l-estensjoni tad-drenaġġ f'parti minn Triq il-President Anton Buttigieg, fiż-Żejtun, jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk ix-xogħol fuq il-main tad-drenaġġ li nbeda hux se jitkompla biex dawk il-familji li għadhom jużaw il-fossa jkunu jistgħu jiġu mqabbda mal-main tad-drenaġġ? Jekk iva, meta se jitkompla x-xogħol u dan se jsir mill-gvern ċentrali?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li x-xogħol ta' tkomplija tal-mejn tad-drenaġġ fi Triq il-President, Anton Buttigieg fiż-Żejtun issa tlesta.

PBS — Pubblikazzjoni ta' stqarrijiet mill-partiti politiċi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3334 dwar stqarrijiet pubblikati mill-PBS maħruġa mill-PN u mill-MLP separatament, jista' il-Ministru jwieġeb għall-perijodu mill-elezzjoni 2003 'il hawn?

Response (GATT, AUSTIN)

Fil-perjodu ta' bejn l-14 ta' April, 2003, u t-30 ta' Novembru, 2003, fl-Aħbarijiet taċ-Ċentru tal-Aħbarijiet ixxandru total ta' 141 stqarrija taz-żewġ partiti politiċi msemmija. Dawn kienu mqassmin kif ġej - Partit Nazzjonalista 15 Partit Laburista 126

Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informatika — Bordijiet

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlaemntari 3003, il-fatt li m'hemmx bordijiet imwaqqfa, ifisser li l-bord tal-Medigrain diġa' ġie xolt?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3003 kienet tirreferi għall-'dipartimenti' li jaqgħu taħt id-dekasteru ta' dan il-Ministeru. Il-Medigrain ma taqgħax taħt din id-definizzjoni.

Office of review — Direttur

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba d-direttur ta' l-office of review siefer, kemm dam barra l-pajjiż u kemm kienet l-ispiża globali għal kull żjara barra minn Malta minn meta ħa l-appointment f'April 2001 sa meta nbidillu r-rwol tiegħu f'Ottubru 2003?

Response (GATT, AUSTIN)

Id-Direttur ta' l-Office of Review siefer tliet darbiet kif imnizzel hawn taht: 2001: 30 ta' Gunju-7ta' Lulju bi spiza globali ta' Lm655.58 2001: 10-13 ta' Lulju bi spiza globali ta' Lm427.68 2002: 23-26 ta' Marzu bi spiza globali ta' Lm464.55

Ambaxxati — LAN requirements

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ambaxxati li daħlu fi ftehim mal-MITTS għall-provvediment tal-LAN Requirements sabiex jiġu kkonnettjati mal-IT network tal-gvern?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-kuntratt li għandha l-MITTS Ltd biex tipprovdi "international connectivity" fuq il-MAGNET huwa mal-Ministeru ta' l-Affarijist Barranin u mhux ma' l-Ambaxxati jew kummissjonijiet individwali, u konsegwentement nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin.

Birżebbugia — Main tad-drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus kull sena matul dawn l-aħħar ħames snin sabiex il-main tad-drenaġġ li jgħaddi minn fejn l-Al Fresco restaurant għal Qajjenza jiġi mnaddaf bil-bowser mill-kuntrattur privat sabiex jiġi evitat l-iżbroff tad-drenaġġ fil-bajja ta' San Ġorġ, Birżebbugia?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li d-Dipartiment tad-Drenagg jaghmel programm kull sena ghal tindif preventiv fis-sistema tad-drenagg fil-postijiet frekwentati minn nies u mit-turisti, b'attenzjoni partikolari fejn hemm stabbilimenti ta' l-ikel. Il-post imsemmi fil-mistoqsija parlamentari huwa wiehed bhal dawn u ghalhekk il-mejn tad-drenagg f'din it-triq jinghata importanza u jitnaddaf kull sena permezz ta' kuntratur privat. Il-hlas lill-kuntratur hu ta' 80c kull metru u ghalhekk ghad-distanza tal-mejn f'dan il kaz, hi bejn wiehed u iehor 750m, l-ispiza ta' kull darba tigi madwar Lm600. Ghalhekk f'hames snin din l-ispiza titla ghal madwar Lm3000.

Konslu Malti f'Iżrael — Taħditiet dwar is-sigurta' fl-ajruport

Question

Jikkonferma l-Ministru li f'Ottubru l-konslu tagħna f'Iżrael flimkien ma' uffiċjali tas-sigurta' Iżraelita żaru l-MIA għal taħditiet dwar is-sigurta' fl-ajruport?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.