Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Ġwann — Dranaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jittieħdu passi biex id-drenaġġ li ilu għaddej mill-parti t'isfel ta' Triq San Ġwann tal-Għargħar, San Ġwann qrib ir-residenza tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, fl-istess triq, jiġi mqabbad għall-konvenjenza ta' dawn ir-residenti tal-lokal?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-aħħar parti ta' din it-triq tirrikjedi li jittieħed passaġġ mingħand terzi persuni u għalhekk kien sar easement sabiex ix-xogħol jinbeda. Għandha ssir tender f'qasir żmien sabiex jiġu moqdija dawn ir-residenti.

Direct Order

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 34065, jista' jagħti lista tad-direct orders li ngħataw mid-dipartiment tad-drenaġġ mill-bidu tas-sena 2001 sal-lum? Xi jkopri dan ix-xogħol, lil min ingħata u x'inhu l-valur tax-xogħol li sar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Bormla — Car Park

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta tal-car park f'Bormla li saret applikazzjoni għalih tal-MEPA (PA 2243/02)?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta tal-faċilita' tal-parkeġġ ġewwa Bormla, illi saret applikazzjoni għaliha lill-MEPA (PA 02243/02).

Proġett ta' Bieb il-Belt

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi dwar il-proġett ta' bieb il-Belt? Huwa minnu li hemm problemi ta' finanzjament minn barra li ma mmaterjalizzax?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Proġett ta' bieb il-Belt bħalissa ġie pospost. Iż-żewġ Consortia li kienu tefgħu l-offerti tagħhom ġew notifikati b'dan l-arranġament u ntbagħtulhom id-dokumenti li kienu ssottomettew lura. Mhux minnu li kien hemm xi problemi kif indikat mill-Onorevoli Interpellant.

Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 33944, jista' jagħti lista tad-direct orders li ngħataw mid-dipartiment tad-drenaġġ mill-bidu tas-sena 2001 sal-lum? Xi jkopri dan ix-xogħol, lil min ingħata u x'inhu l-valur tax-xogħol li sar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Forti Chambray

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi dwar il-proġett ta' forti Chambray? Huwa minnu li l-gvern jixtieq li in-negozjant Taljan Roberto Memmo jisganċja ruħu mill-proġett? F'hiex wasal il-proġett innifsu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Promenades

Question

Peress li l-Ministru ġie rappurtat li qal li intefqu madwar Lm10 miljuni fit-tisbieħ tal-promendades jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' din in-nefqa għal kull promenade, kull sena separatament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-nefqa fuq xogħol ta' tisbiħ tal-promenades huwa kif jidher hawn taħt: 1996 Marsascala Lm2,000,000 1997 Buġibba/Qawra Lm1,973,981 1998 Marsascala Lm 565,213 Marsaxlokk Lm 526,980 Birżebbuġia Lm 372,519 Buġibba/Qawra Lm 766,105 1999 Buġibba/Qawra Lm 391,043 Marsascala Lm 370,302 Birżebbuġia Lm 245,447 Marsaxlokk Lm 115,250 Sliema Lm 145,078 2000 Buġibba/Qawra Lm 209,524 Marsascala Lm 183,917 Birżebbuġia Lm 113,131 Marsaxlokk Lm 100,255 Sliema Lm 457,314 2001 Buġibba Lm 28,555 Marsascala Lm 45,671 Birżebbuġia Lm 28,520 Marsaxlokk Lm 63,957 Sliema Lm 560,374 San Ġiljan Lm 167,059 2002 (sa 12/06/2002) Sliema Lm 106,401 San Ġiljan Lm 95,647 Buġibba/Qawra Lm 904 Marsascala Lm 1,904 Birżebbuġia Lm 11,283 Marsaxlokk Lm 5,529

Dwejra — Tindif

Question

B'riferenza għax-xogħol ta' tindif li qiegħed isir fid-Dwejra, Għawdex jista' l-Ministru jgħid kemm-il fażi fadallu l-proġett tat-tindif tad-Dwejra? Meta hu ppjanat li jinbeda x-xogħol li fadal u meta hu maħsub li jitlesta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga jekk jeżistux ħsarat fis-sistema tad-drenaġġ fi Triq Sant' Alfonsu Sliema biswit il-fond numru 70? Jekk fl-affermattiv jista' jara li jittieħdu l-passi biex isiru t-tiswijiet meħtieġa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ma hemmx ħsara fis-sistema tad-drenaġġ fi Triq Sant'Alfonsu, Sliema. Li hemm hija ħsara fil-house connection tal-fond bin-numru 70.

Sliema — Promenade - Monument

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-monument White Shadows li ġie inawgurat fil-promenade ta' Tas-Sliema? Jista' jgħid jekk inħarġitx sejħa pubblika għal dan il-monument? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta saret din is-sejħa, meta għalqet, min issottometta l-offerta tiegħu u kull sottomissjoni kemm kienet tammonta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol fuq din l-iskultura kien dan li ġej: Ix-xogħol tal-konkos u ħadid sar minn ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet. L-uniku xogħol li ġie allokat lill-kuntratturi privati kien ix-xogħol ta' l-irħam. F'dan il-każ, minħabba l-urġenza tax-xogħlijiet, ġew allokati żewġ direct orders lid-ditta Hal Mann Ltd għall-valur ta' Lm1,800 għax-xogħol tat- tqegħid u Lm2,300 għall-provvista ta' l-irħam. Nerġa' nieħu din l-okkażjoni biex nirringrazzja lill-Perit Richard England li offra mingħajr l-ebda ħlas jew kumpens ieħor id-disinn tiegħu kif ukoll sorveljanza waqt ix-xogħlijiet.

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru b'riferenza għal domanda parlamentari preċedenti jinforma meta nbidlu t-tappieri tad-drenaġġ ġewwa Triq Dwardu Ellul, Xgħajra, u kemm dawn ġew jiswew?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ma nbidlu l-ebda tappieri fi Triq Dwardu Ellul. Li sar kien illi l-manhole mirduma ġiet livellata mal-wiċċ tat-triq. Dan ix-xogħol sar b'direct labour.

Xogħlijiet Pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema tad-distrett tax-xogħlijiet pubbliċi allokati mal-kunsill lokali tal-Mellieħa? Kemm hemm minnhom allokati fuq xogħol f'Għajn Tuffieħa fuq il-proġett tal-iscouts? Fiż-żewġ każi f'hiex jikkonsisti x-xogħol li qed jagħmlu dawn il-ħaddiema?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li s-Sezzjoni tad-Distretti m'għandha l-ebda nies allokati mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa. Fuq il-proġett ta' Għajn Tuffieħa, is-Sezzjoni tad-Distretti allokat ħamsa min-nies u xufier. Dawn qegħdin jagħmlu xogħol ta' bini ta' ħitan, twittija ta' konkos u xogħol ieħor li jkun hemm bżonn.

Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 33789, jista' jagħti lista tad-direct orders li ngħataw mid-dipartiment tad-drenaġġ (anke dawk li taw wara talba għal quotation) mill-bidu tas-sena 2001 sal-lum? Xi jkopri dan ix-xogħol, lil min ingħata u x'inhu l-valur tax-xogħol li sar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ħaddiema Tekniċi — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu s-sigħat ta' overtime li saru matul is-sena li għaddiet mill-ħaddiema tekniċi, eċċ fid-dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilta'? Kemm minn dawn is-sigħat tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema li ħadmu l-overtime u f'liema dipartiment sar dan l-overitme?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qiegħed nagħti hawn taħt l-informazzjoni mitluba fir-rigward in-numru ta' sigħat li saru matul is-sena li għaddiet mill-ħaddiema tekniċi, eċċ f'kull dipartiment, u s-sigħat li tħallsu minnhom. Dipartiment Numru ta' Numru ta' ħaddiema sigħat li li ħadmu nħadmu l-overtime fl-2001 fl-2001 Ministeru 29 9,690 Finanzi u Amministrazzjoni 80 22,655 Operations Units 90 24,210 Kostruzzjoni u Manutenzjoni 130 56,327 Manifattura u Servizzi 180 37,054 Bini u Inġinerija 30 10,882 Drenaġġ 35 4,556 Immaniġjar ta' l-Iskart u Impl. ta' l-Istrateġija 639 35,979 Kunsill Konsult. dwar l-Industrija tal-Bini 2 774 L-Industrija tal-Bini 2 376 Countryside 20 2,781 Dawn is-sigħat tħallsu kollha.

Mosta — Play School

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li tħalliex tinħoloq ħofra kbira mimlija skart u ntejjen quddiem il- play school li hemm fi Triq Karmenu Dimech il-Mosta, kantuniera ma n/s in Bridge street jew kif inhi magħrufa Triq il-Ħtajriet? Jista' l-Ministru jinvestiga u jawtorizza x-xogħolijiet pendenti? Jekk fl-affermattiv meta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Marsaskala — Triq il-Qaliet - Xogħol ta' Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li x-xogħol tad-drenaġġ fi Triq il-Qaliet, Marsaskala (WD 38/2002) ingħata b'direct order? Min kien l-uffiċjal għoli u l-perit tad-drenaġġ inkarigat minn dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li minħabba problema akuta li ltaqa' magħha d-Dipartiment tad-Drenaġġ fi żmien tal-Milied ta' l-2001, fi Triq il-Qaliet, Marsascala, fejn fuq ilmenti persistenti ta' xi residenti, drenaġġ kien dieħel sewwa f'xi residenzi fl-istess triq, kuntrattur privat ġie mqabbad urġentement iħaffer fuq il-main tad-drenaġġ. Fil-fatt main tad-drenaġġ ma nstabx u d-drenaġġ kien qiegħed għaddej minn taħt l-art ġo spazju li kien imdawwar f'xi postijiet b'xi konkos. Għaldaqstant, ix-xogħol kellu jitkompla għal xi tul sakemm instab l-eqreb main tad-drenaġġ magħmul minn katusi. Dan id-drenaġġ jiġri taħt l-art kien il-kaġun ta' l-infiltrazzjoni qawwija ġo residenza u din kienet sitwazzjoni ntollerabbli u inaċċettabbli li ma setgħetx titħalla. Id-Dipartiment tad-Drenaġġ kienu nkarigati minn dan ix-xogħol uffiċjali.

Riżorsi u Infrastruttura — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu ħaddiema li ma kenux fuq xogħolhom fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tiegħu mill- 1 ta' Jannar 2001 sal-lum? F'liema dipartiment jaħdmu dawn il-ħaddiema u x'inhu l-grad tagħhom? X'passi dixxiplinarji ttieħdu f'dawn il-każi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li mill-1 ta' Jannar 2001 sa llum kien hemm 75 każ fejn ħaddiema nstabu li ma kinux fuq il-post tax-xogħol. Dawn il-ħaddiema jaħdmu fid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni, fid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi, fid-Dipartiment tal-Finanzi u Amministrazzjoni, fid-Dipartiment tad-Drenaġġ u fid-Dipartiment għall-Immaniġjar u Implimentazzjoni ta' l-Istrateġija. Il-gradi tal-ħaddiema huma Senior Tradesman, Heavy Plant Driver, General Hand, Senior Operative, Technical Officer, Operative, Bookbinder, Motor Transport Driver, Tradesman, Quarryman, Marbler, Part Time Instructor, Assistant Technical Officer, Labourer/Watchman, Supervisor, Hospital Auxiliary, Health Attendant 'B' u Senior Public Cleansing Foreman. Sa llum, il-pożizzjoni tal-passi dixxiplinarji f'dawn il-każi hija kif ġej: 38 każ pendenti 12-il każ fejn il-ħaddiema nstabu mhux ħatja 7 każi fejn il-ħaddiema nstabu ħatja u ġew mogħtija twiddiba bil-miktub 14-il każ fejn ingħatat twiddiba serja 3 każi fejn il-ħaddiema skulpaw lilhom infushom każ wieħed fejn mistenni li tingħata twiddiba serja, li għadu pendenti.

Mina tal-Polverista — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li jsir tindif mill-imbarazz u ħmieġ li hemm preżentement wara St Nicholas married quarters bħala parti mill-embellishment li qiegħed isir mill-mina tal-Polverista?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li t-tindif li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant huwa nkluż fil-programm tax-xogħol.

Kalkara — Triq Rinella - Niċeċ

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra li jibgħat persuni kwalifikati sabiex jeżaminaw iż-żewġ niċeċ li hemm ġewwa Triq Rinella, Kalkara billi jidher li ħaqqhom restawr?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li t-Taqsima tar-Restawr ser tieħu ħsieb teżamina ż-żewġ niċeċ imsemmija fi Triq Rinella, Kalkara, biex jiġi verifikat x'restawr jista' jkun meħtieġ.