Jista' il-Ministru jinformani f'liema stadju huwa l-proġett ta' slipway f'Pembroke? Jekk dan se jsir, hemm xi timeframe? Kemm hi l-istima ta' spejjeż li se jinħarġu mill-gvern ċentrali? Hemm xi parteċipazzjoni mill-kunsill lokali ta' Pembroke?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l–permess għall-ewwel pożizzjoni ta’ dan is-
slipway
li nħareġ mill-
MEPA
kellu jinbidel peress
W.S.C.
espremit tħassib dwar dan is-
slipway
minħabba li kien wisq viċin ta' l-
inlet main pipe
ta’
R.O plant
f’ Pembroke.
Għaldaqstant instabet pożizzjoni oħra meqjusa li mhix ta’ periklu għall-istess R.O. Din l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata mill-MEPA u ġie mitlub li ssir E.I.A. minħabba xi speċi rari u endemici li hemm f’dawn l’akwati.
It-timeframe ta’ dan il-proġett tkun tista’ tiġi mfassla hekk kif jinħareġ il-permess mill-MEPA. Barra minn hekk wieħed irid jieħu inkonsiderazzjoni s-sit imsemmi minħabba li hu suġġett għal maltemp u għaldaqstant programm b'dati stipulati ma jkunx jista' jiġi ffissat.
L-istima għax-xogħol fuq dan is-slipway tammonta għal madwar Lm29,184 u l-finanzjament se jsir mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, l-MTAC u l-MRAE.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21147 u jgħid: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21032 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' peress li xhur ilu ġejt imwiegħed f'risposta għall-mistoqsija parlamentari li se ssir spezzjoni ta' garaxx tal-gvern li għandu mikri għandu persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, minħabba periklu ta' saqaf bil-ħsara, jista' il-Ministru jgħid meta se ssir l-ispezzjoni meħtieġa peress li baqgħet ma saritx?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-każ qed jiġi kkunsidrat minn diversi aspetti, fosthom dawk legali u kuntrattwali u għalhekk l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant ser tingħata f'xi seduta oħra hekk kif l-informazzjoni kollha relatata mal-każ tkun ġiet preżentata.
Jista' il-Ministru jinformana għaliex ma kienx ikkonsidrat li jsiru shelter u ħawt għaż-żwiemel li hemm fejn Howard Gardens, Rabat meta sar il-proġett? Jista' jinformana għaliex il-ministeru ppermetta li ssir din il-moħqrija u nuqqas ta' rispett lejn dawn iż-żwiemel? Fil-fatt kien hemem talba mill-kunsilli ta' l-Imdina u tar-Rabat biex isiru dawn ix-xogħlijiet?
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21032 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' peress li xhur ilu ġejt imwiegħed f'risposta għall-mistoqsija parlamentari li se ssir spezzjoni ta' garaxx tal-gvern li għandu mikri għandu persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, minħabba periklu ta' saqaf bil-ħsara, jista' il-Ministru jgħid meta se ssir l-ispezzjoni meħtieġa peress li baqgħet ma saritx?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra r-rapporti kollha li saru mill-awtorita' tar-riżorsi dwar boreholes tal-Barcielo Riviera Resort wara lmenti mill-bdiewa ta' l -inħawi li l-ispejjer tagħhom kienu qed jisfaw bla ilma?
Response (ZAMMIT, NINU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport mitlub mill-Onor. Interpellant, kif ukoll dokumenti oħra dwar il-boreholes tal-Barcelo Riviera Hotel.
a) Rapport fuq l-idroloġija;
b) Ittra mill-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi sabiex jingħalqu l-boreholes;
c) Ċertifikat mingħand il-Perit Sant li tikkonferma l-għeluq tal-boreholes.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ikkummissjonati rapporti fid-dekasteru tiegħu kull sena għal dawn l-aħħar erba' snin? Kemm swew kull wieħed u x'inhuma dawk pendenti?
Response (ZAMMIT, NINU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Ħal Qormi — Xogħlijiet f'Wied Inċita u Wied is-Sewda
Question
Jista' il-Ministru jagħti d-dati tal-ġranet tax-xogħol matul dawn l-aħħar xhur meta impjegati tad-dipartiment kienu qed jagħmlu xogħol ta' tindif, manutenzjoni u tiswijiet f'Wied Inċita u Wied is-Sewda f'Ħal Qormi? Jista' jagħti wkoll dettalji tax-xogħol li sar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li x-xogħol f'Wied Inċita sar minn nofs sa l-aħħar ta' Settembru 2006, filwaqt li x-xogħol f'Wied is-Sewda nbeda fil-bidu ta' Settembru 2006 u għadu sejjer.
F'Wied Inċita sar xogħol ta' tħammil ta' materjal minn ġewwa l-medda tal-wied ħdejn il-ġibjun li hemm wara l-isptar Monte Karmeli. Ix-xogħol kien jinkludi tneħħijja ta' materjal mit-triq li tagħti għal-ġibjun, twittijja ta' materjal u ħamrija madwar l-akwata tal-ġibjun, bini ta' sump u tiswijja ta' medda katusi biex jintela l-ġibjun.
F'Wied is-Sewda x-xogħol kien jikkonsisti fi tneħħijja ta' materjal mormi llegalment, tixmir ta' materjal li kien waqa' minn mal-ġenb tal-wied, tranġar u bini mill-ġdid ta' tlett ilqugħ ta' l-ilma li kienu ġarrbu ħsarat kbar. Qed jitkompla x-xogħol ta' tranġar u bini ta' l-aħħar żewġ ilqugħ oħra li hemm f'dan il-wied.
Jista' il-Ministru jinvestiga għaliex persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ilha snin sħaħ biex minn general hand tilħaq supervisor?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-individwu, li d-dettalji tiegħu ngħataw mill-Onorevoli Interpellant, laħaq General Hand fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura fl-4 ta’ Frar, 1992.
Minn dak in-nhar sa llum, ħarġu tlett sejħiet għal Supervisor f’dan il-Ministeru. Għall-ewwel żewġ sejħiet, l-individwu ma tefax applikazzjoni għal dawn il-postijiet. Huwa tefa’ applikazzjoni għas-sejħa taċ-Ċirkulari 121/01 tal-MPO, fejn ma ġiex magħżul għall-post ta’ Supervisor.
B'riferenza għat-tweġibiet ta' mistoqsijiet parlamentari 18315, 19826, 20642 u 20788, peress li skond l-informazzjoni li ngħatat għall-aħħar domanda parlamentari, jiġifieri mistoqsija 20788, l-arloġġ ta' l-Isla jaqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura u dan skond l-Att dwar ir-Ristrutturar tat-Tarznari, jista' il-Ministru jirrimedja biex dan l-arloġġ, li ilu li għadda għand il-Gvern Malti żmien ġmielu, isir funzjonabbli u restawrat?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li f’dan l-istadju ser jiġi mqabbad Perit mis-Sezzjoni tar-Restawr biex iħejji rapport dwar il-kundizzjoni ta’ l-Arloġġ ta’ l-Isla.
Jista' il-Ministru jara li tkun irranġata s-sitwazzjoni ta' Triq San Pawl, it-triq li tieħu minn Bormla għall-Isla, liema triq saret dan l-aħħar u minħabba x-xogħlijiet li saru fuqha ngħalqu l-ispralli b'konsegwenza li meta tagħmel ix-xita din it-triq qed tegħreq?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura ma kienx involut fix-xogħlijiet imsemmija.
Jista' il-Ministru jara li jitranġa ċ-ċint ġdid li sfronda f'Howard Gardens fejn il-latrina? Peress li ilu 15-il jum li sfronda u huwa perikoluż, jista' jinvestiga ukoll jekk din il-parti biswit il-foss ta' l-Imdina jeħtieġ li tinbidel kollha sabiex ikunu evitati xi inċidenti fatali peress li din il-parti tkun frekwentata ħafna mill-pubbliku li jsegwi l-logħob tal-5-a-side li jsir fil-ground ta' taħt il-ġnien in kwestjoni? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat illi x-xogħol imsemmi ma jaqax taħt ir-responsabilta’ tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura.
Jista' il-Ministru jinformana bil-pożizzjoni tax-xogħlijiet maħsuba li jsiru fil-wied ta' Burmarrad?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li ladarba jiġu approvati l-permessi neċessarji jkunu jistgħu jibdew ix-xogħlijiet.L-applikazzjoni għal dan il-proġett saret lill-MEPA fit-2 ta’ Diċembru 2004. F’nofs Awissu 2006 tlestew l-istudji dwar l-impatt ambjentali, dwar l-ekoloġija tal-post u dwar il-Wirt Kulturali u dawn ġew sottomessi lill-MEPA.
Jista' il-Ministru jgħid kemm se jiġi jiswa r-restawr tal-knisja magħrufa bħala ta' San Girgor fiż-Żejtun? Minn fejn se jitħallsu dawn il-fondi u min qed jagħmel dan ix-xogħol ta' restawr? Meta huwa maħsub li dan ix-xogħol tant meħtieġ jitlesta?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li r-restawr minn barra tal-knisja, magħrufa bħala ta' San Girgor fiż-Zejtun, qed isir minn ħaddiema tat-Taqsima tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura. Huwa stmat li r-restawr ser jiswa s-somma ta' madwar Lm21,800 li jinkludu Lm5,000 materjal li ser jitħallas mill-Parroċċa taż-Żejtun u Lm16,000 huma l-valur tal-pagi tal-ħaddiema nvoluti. Ix-xogħol għandu jitlesta' sa l-aħħar tas-sena. Ta' min jinnota li barra x-xogħol ta' restawr imsemmi hawn fuq, ser isir tisbiħ/embellishment tal-bankina u passaġġi li jdawwru l-istess knisja kif ukoll ser isir is-sistema ta' l-illuminazzjoni neċessarja.
Jista' il-Ministru jara li ssir tindifa ġenerali tal-foss ta' l-Imdina, kemm għar-rispett tal-Maltin li jżuru l-Imdina kif ukoll għal aktar minn 800,000 turist fis-sena li jiffrekwentaw dawn l-inħawi? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (ZAMMIT, NINU)
Peress li l-gnien imsemmi jaqa' taht ir-responsabbilta' tal-Ministeru ghall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, l-Onor. Interpellant huwa mitlub jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jara li jitnaddfu u jinżebgħu aħjar il-faċilitajiet tat-tennis court li jinsabu fil-foss ta' l-Imdina peress li fil-mument huma traskurati u abbandunati? Peress li minn din il-parti jgħaddu xejn inqas minn 750,000 turist biex jidħlu jżuru l-Imdina matul is-sena, jista' il-Ministru jikkordina l-bżonn ta' dawn ix-xogħlijiet ma' enti u dipartimenti oħra konċernati ħalli l-problema tiġi rimedjata mingħajr telf ta' żmien?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi ż-żona msemmija ma taqax taħt ir-responsabilta' tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura iżda taħt il-Kunsill Lokali konċernat.
B'riferenza għax-xogħlijiet li saru f'Howard Gardens, ir-Rabat, jista' il-Ministru jinformana għaliex it-tomba tal-ġnien ma ġietx irranġata aħjar milli biss ftit żebgħa mal-ħadid u l-bankijiet?
Response (ZAMMIT, NINU)
Peress li l-msemmija xogħlijiet f'dan il-ġnien saru mill-Ministeru għat-Turiżmu u l-Kultura, l-Onor. Interpellant huwa mitlub jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.