Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu jew le li meta tmexxew l-interviews l-ewwel darba għal post ta' manager ta' records management fl-MMA waqfu? Jista' jgħid x'salarju, fringe benefits u allowances oħra għandu l-manager ta' records management?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-interviews għall-post ta’ records management manager saru kif kien stabbilit. Is-salarju marbut ma’ dan il-grad hu ta’ Lm10,046. Ma jingħatawx l-ebda fringe benefits u lanqas allowances.
Jista' il-Ministru jgħid min kienu l-membri tal-bord ta' l-interview li mexxew l-intervisti għal għażla ta' manager ta' records management fl-MMA it-tieni darba li tmexxew l-intervisti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-interviews għall-għażla ta’ records management manager saru darba biss u l-bord kien kompost minn:
Dr David Attard
Godwin Callus
Antoinette Caruana
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinħolqu iktar pożizzjonijiet fid-dipartiment ta' records management fl-MMA, apparti skrivani li hemm sejħa għalihom? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'pożizzjonijiet hemm il-ħsieb li jiżdiedu u kemm uffiċjali f'kull każ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien informat li ma hemmx il-ħsieb li jkun hemm aktar pożizzjonijiet minn dawk indikati.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn opri tal-baħar reġistrati llum u x'tip huma?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita Marittima iżżomm żewġ tipi ta' reġistri ta' opri tal-baħar. Wieħed,li jissejjaħ Small Ships Register li huwa ntenzjonat għal dawk l-opri li joperaw fl-ibħra territorjali Maltin u l-ieħor li jissejjaħ "ir-Reġistru tal-Bastimenti Merkantili" li huwa ntiż għall-yachts, opri tal-baħar kif ukoll għall-bastimenti li joperaw ukoll fl-ibħra internazzjonali.
Għaldaqstant,in-numri maħruġin taħt ir-reġistru tas-Small Ships ta' l-Awtorita Marittima, sa 22 ta' Settembru 2006, wasal sa 16902. Minn dawn, hemm 12855 opra tal-baħar li huma attivi. Dawn huma maqsuma kif ġej:
Opri mingħajr magna taħt 12 il-pied 2330
Opri mingħajr magna il-fuq minn 12 il-pied u
opri bil-magna sa 10 HP 5221
Opri b'magna ta' l fuq minn 10 HP iżda inqas minn 25 HP 754
Opri b'magna ta' l fuq minn 25 HP iżda inqas minn 50 HP 1198
Opri b'magna ta' l fuq minn 50 HP iżda inqas minn 75 HP 725
Opri b'magna ta' l fuq minn 75 HP iżda inqas minn 150 HP 1898
Opri b'magna ta' 'l fuq minn 150 HP 729
Total 12855
Rigward ir-reġistru tal-bastimenti Merkantili,l-informazzjoni għal perjodu li jagħlaq fl-aħħar ta' Settembru 2006 għada qed tinġabar u tkun inkluża fir-rapport annwali ta' l-Awtorita Marittima ta' Malta għas-sena Ottubru 2005 - Settembru 2006 li jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra tad-Deputati kemm jista' jkun malajr skond il-provveimenti ta' l-artikolu 20 ta' l-Att ta' l-1991 dwar l-Awtorita Marittima ta'Malta.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' cruise liners li daħlu fil-portijiet ta' Malta u Għawdex kull sena mill-2001 sa l-aħħar ta' Ġunju 2006? X'kien in-numru ta' passiġġieri fuq dawn il-cruise liners? Fuq kemm-il ġurnata kull sena kien imqassam id-dħul tal-cruise liners?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li n-numru ta' Cruise Liners li daħlu fil-portijiet ta' Malta u Għawdex mit-2001 sa l-aħħar ta' Ġunju 2006 u li jinkludu n-numru ta' passiġieri fik ukoll fuq kemm-il ġurnata kull sena kienu mqassma d-dħul ta' dawn il-cruise liners huma dawn:
Sena
2001
2002
2003
2004
2005
2006
(Jannar- Ġunju)
Numru ta'
Cruise Liners
358
407
418
334
327
137
Numru ta' Passiġieri
273,516
357,401
389,361
291,821
320,263
132,370
Numru ta'
Ġranet
207
217
222
214
187
83
Awtorita' Maltija għall-komunikazzjoni — Uffiċini fil-bini tal-Waterfront
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'wasslet lill-awtorita' Maltija għall-komunikazzjoni li tagħżel spazju fil-bini tal-Waterfront bħala uffiċini tagħha? Segwiet il-proċeduri ta' l-offerti pubbliċi f'għażla bħal din?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta ta' pq 20438 b'riferenza għall-pq 18044.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20277 u jgħid għaliex it-toilets il-ġodda li nbnew fil-crafts village f'Ta' Qali baqgħu magħluqa? Kemm fil-fatt ilhom magħluqin u meta se jinfetħu sabiex il-pubbliku u t-turisti jkollhom post aktar diċenti minn dak eżistenti?
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18044, cioe': Jista' il-Ministru jgħid kemm se tonfoq l-Awtorita' ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni biex tmur f'uffiċini ġodda, kemm f'dik li hi kera kif ukoll l-ispiża totali li ser tintnefaq biex il-post fil-Valletta Waterfront jista' jiġi wżat mill-awtorita' (jiġifieri l-ispiża kapitali)? Jista' jikkonferma wkoll jekk il-VISET kenux issottomettew offerta meta din kienet inħarġet mill-MCA? Approvaha l-Ministru din l-ispiża? X'kienu l-fatturi li wasslu biex l-awtorita' għażlet il-Valletta Waterfront u mhux l-offerti l-oħra li kienu sottomessi? Jista' jgħid ukoll kemm nefaq il-persuna li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament f'safar u spejjeż relati, bħal lukandi, subsistence allowances, eċċ. bejn Jannar u Diċembru 2005? X'kienu d-destinazzjonijiet u l-iskop ta' kull vjaġġ? Kemm dam barra mill-uffiċċju tul dan is-safar, li tweġiba għaliha kellha tingħata f'seduta oħra?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-kera ta' l-uffiċini l-ġodda se tkun ta' Lm30,400 fis-sena mingħajr VAT (Lm38 għall-kull metru kwadru) filwaqt li l-ispiża kapitali tammonta għal Lm150,000 mingħajr VAT. Infurmat ukoll li l-VISET ma kienux issottomew offerta.
Dawn l-ispejjeż ġew inklużi u approvati fil-Business plan 2006-2008 ta' l-MCA. Il-kera kienet approvata mill-Ministeru tal-Finanzi.
Id-deċiżjoni ta' l-għażla kienet ibbażata fuq l-aħjar offerta wara negozjati ma' kumpaniji li ġew shortlisted u li kienu jissodisfaw il-kundizzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa mill-Awtorita'.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex bolli postali maħruġa qabel u sa l-1997 ma baqgħux validi biex jintużaw fuq posta (ittri, eċċ.) impustati lokalment? Ma jaħsibx li din hi azzjoni legali, li tali bolli maħruġa mill-posta qabel iż-żmien indikat, jiġu dikjarati invalidi? Taħt liema provvediment tal-liġi jista' isir dan?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li dan sar bil-għan li ma jkunx hemm abbuż mill-bollol li jistgħu jkunu falsifikati.
Il-provediment tal-liġi relattiva hu "Att tal-Posta (XXXV ta'l-1975) Parti V, Klawsola 15(3) u kif ġie emendat bl-Att postali 2002 (Kap 254), Parti V, Klawsola 36(2).
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20302 u jgħid jekk segretarjat parlamentari li jaqa' taħtu organizzax żjara bejn it-2 u s-7 ta' Lulju fl-Emilia Romagna għall-attivita' dwar "Fashion and Design"? Jista' jagħti l-ismijiet kollha ta' dawk li ħadu sehem f'din iż-żjara u l-lokalita' li ġejjin minnha?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li s-Segretarjat Parlamentari organiżża żjara bejn it-2 u s-7 ta' Lulju f'Emilia Romagna għall-attivita' dwar il-Fashion and Design.
Din iż-żjara hi waħda miż-żjarat li permezz tagħhom il-Gvern huwa mpenjat permezz tas-Segretarjat li jgħin 300 self employed jipparteċipaw f'dawn il-programmi.
Dawk kollha li ħadu sehem f'din iż-żjara huma kif ġej:
Isem u Kunjom
Lokalita' tan-Negozju
Lokalita' tar-Residenza
Mario Genovese
Valletta
Attard
Josef Attard
Ħaż-Żebbug
Ħaż-Żebbuġ
Caroline Vassallo
Mosta
Mosta
Sylvana Zammit
Rabat (Mosta)
Rabat (Malta)
Christopher Hammett
Mosta/Ħamrun/Siema Valletta
Qawra
Godfrey Cosaitis
Valletta
B'Kara
Claire Grech
Mosta
Mosta
Mark Muscat
Rabat ( Malta)
Rabat (Malta)
Julian Micallef
B'Kara/ Paola/Valletta
Fgura
Paul Musu'
Valletta
Valletta
John Cutajar
Mosta/B'Kara/Valletta/Paola
Birżebbuġia
Rita Gatt
Rabat (Malta)
Attard
Ray Cassar
Mosta/Fgura
Mosta
M'Louise Borg
Mosta
Mosta
Colin Micallef
Ħamrun
San Ġwann
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20296 u jgħid għaliex dgħajjes/laneċ liċenzjati li jieħdu t-turisti għal dawra fil-port mhux qed jitħallew jersqu lejn ix-xatt tal-Birgu u b'hekk iċaħħdu lit-turisti minn waħda mill-isbaħ dehriet tal-port tagħna?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li minħabba xogħolijiet infrastrutturali matul l-iżvilupp tal-Marina fil-Cottonera, kien inħareg Avviż lill-Baħħara Nru 16 fl-2003 li jipprojbixxi dħul ta’ bastimenti, inkluż dgħajjes, matul ix-xatt tal-Birgu. Dan isir minħabba raġuni ta' sigurta fuq il-bahar. Dan l-avviż kien imneħħħi mis-seħħ b’Avviż ieħor Nru 21 fl-2006. Għaldaqstant, bħalissa, l-Awtorita Marittima ma ħarget l-ebda projbizzjoni għad-dgħajjes sabiex jersqu lejn ix-xatt tal-Birġu dment li dawn ma jidħlux f’dawk iż-żoni li huma taħt il-kontroll tal-Grand Harbour Marina.”
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni/sidien li joperaw fil-Crafts Village ta' Ta' Qali li ma ffirmawx il-kuntratt propost mill-gvern? X'inhuma r-raġunijiet u x'qed isir biex il-problemi jiġu rimedjati?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jara r-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 20014.
Jista' il-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li jsir xi ordni biex ikunu jistgħu jitpoġġew b'mod komdu d-dgħajjes li jinsabu ħdejn il-klabb tal-boċċi tal-Kalkara u jkun hemm spazju biex dawn id-dgħajjes ikunu jistgħu jitniżżlu u jittellgħu mill-baħar? Min hu ntitolat li jpoġġi dawk id-dgħajjes qrib il-baħar? Hu neċessarju li jkollhom permess jew liċenzja?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex it-toilets il-ġodda li nbnew fil-Crafts Village f'Ta' Qali baqgħu magħluqa? Kemm fil-fatt ilhom magħluqin u meta se jinfetħu sabiex il-pubbliku u t-turisti jkollhom post aktar diċenti minn dak eżistenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni għada qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex dgħajjes/laneċ liċenzjati li jieħdu t-turisti għal dawra fil-port mhux qed jitħallew jersqu lejn ix-xatt tal-Birgu u b'hekk iċaħħdu lit-turisti minn waħda mill-isbaħ dehriet tal-port tagħna?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni għada qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk segretarjat parlamentari li jaqa' taħtu organizzax żjara bejn it-2 u s-7 ta' Lulju fl-Emilia Romagna għall-attivita' dwar "Fashion and Design"? Jista' jagħti l-ismijiet kollha ta' dawk li ħadu sehem f'din iż-żjara u l-lokalita' li ġejjin minnha?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni għada qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk bniedem self-employed li għandu permess ta' ħanut, jispiċċax meta jagħlaq il-61 sena din is-sena?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li persuna self employed tista tibqa taħdem anke wara li tagħlaq il-61 sena, sakelmm tibqa tkun konformi mal-obbligi taghħa fil-kontribuzzjoni tas-Sigurta Soċjali u tinforma lid-dipartiment tas-Sigurta Soċjali dwar dan.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid liema programmi ta' l-Unjoni Ewropea attendew self-employed? Liema programmi kienu u minn liema lokalitajiet kienu?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni għada qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħidilna preċiżament fejn se jew jista' iseħħ xi proġett ta' bini tan-negozji fil-viċinanzi u f'zona ċentrali jekk mhux ġewwa l-Marsa jew Raħal Ġdid u min jista' ikun li jibbenefika minn tali proġett?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispjega f'aktar dettal x'inhi l-informazzjoni li għandu bżonn.