Legislature:
Category:
Reset
Active:

Marsa Open Centre — Third Country Nationals

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Third Country Nationals fl-Open Centre tal-Marsa u jaqsam l-informazzjoni skont kemm minnhom huma rġiel, nisa u tfal taħt is-16-il sena?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi fl-Open Centre tal-Marsa hemm 116 il-resident u huma kollha rġiel.

Marsa Open Centre – xogħol kapitali u ta’ manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’xogħol kapitali u ta’ manutenzjoni fl-Open Centre tal-Marsa fl-2013, 2014, 2015 u fl-2016 s’issa u jagħti l-informazzjoni sena b’sena?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Uffiċjali tal-Forzi Armati ta’ Malta — polza ta’ assigurazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk uffiċjali professjonali tal-Forzi Armati ta’ Malta humiex koperti minn polza tal-assigurazzjoni għal claims għal danni li jistgħu jiffaċċjaw jekk jagħtu għajnuna lill-persuni barra l-ħin tax-xogħol tagħhom?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat illi s-sitwazzjoni għadha kif kienet fi żmien amministrazzjoni preċedenti.

Uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili — polza ta’ assigurazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili humiex koperti minn polza tal-assigurazzjoni għall-claims għal danni li jistgħu jiffaċċjaw jekk jagħtu għajnuna lill-persuni barra l-ħin tax-xogħol tagħhom?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat illi s-sitwazzjoni għadha kif kienet fi żmien amministrazzjoni preċedenti.

Uffiċjali tal-Pulizija — polza ta’ assigurazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk uffiċjali tal-Pulizija humiex koperti minn polza tal-assigurazzjoni għall-claims għal danni li jistgħu jiffaċċjaw jekk jagħtu għajnuna lill-persuni barra l-ħin tax-xogħol tagħhom?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat illi s-sitwazzjoni għadha kif kienet fi żmien amministrazzjoni preċedenti.

Forzi Armati ta’ Malta – Bord tal-Inġustizzji — każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ġie trattat mill-Bord tal-Inġustizzji tal-Forzi Armati ta’ Malta u li jmur lura għall-1980, 1981 u 1982? Kemm kien il-kumpens ordnat u r-rimedju mogħti għal kull wieħed minn dawn il-każijiet?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li l-Bord tal-Inġustizzji tal-Forzi Armati ta’ Malta tratta tmien każijiet li jmorru lura fl-imsemmija snin, b’ħamsa minnhom jinstab li kellhom raġun. Ir-rimedji mogħtija f’dawn il-ħames każijiet, illi jinkludu inġustizzji li ġie pprovat li saru mal-persuni konċernati sas-sena 2001, kienu promozzjonijiet bil-maġġoranza tagħhom għal snin aktar qabel ma’ oriġinarjament kienu ingħataw l-istess gradi. Il-promozzjonijiet kienu għall-gradi ta’ ; - Lance Bombardier - Bombardier - Sergeant - Staff Sergeant - Warrant Officer 2 - Warrant Officer 1 Il-kumpens totali ta’ dawn il-każijiet kien jammonta għal wieħed u tletin elf u wieħed u disgħin ewro u disgħa ċenteżmi - €31,091.09. Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fuq parir tal-Kummissarju tad-Data, l-informazzjoni mitluba qed tingħata fil-kollettiv.

Rapid Intervention Unit – membri bil-liċenzja tas-sewqan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28108 u jaċċerta lill-Kamra li kull membru tar-Rapid Intervention Unit (RIU) għandu liċenzja tas-sewqan?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li kull membru tar-Rapid Intervention Unit(RIU) għandu liċenzja tas-sewqan.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – talbiet lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data dwar l-operat tal-Ministeru

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27199, jista’ l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tagħha u ċjoè li jiġi indikat l-eżitu tat-talbiet li saru quddiem il-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi talba minnhom li kienet tirrigwardja l-korp tal-pulizija, ġiet investigata u rriżulta li ma kienx hemm ksur ta’ l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data. It-talba l-oħra kienet tikkonċerna Agenzija li fil-preżent m’għadhiex taqa’ taħt dan il-Ministeru, imma ġejna nfurmati li l-każ ġie magħluq ukoll.

Bejjiegħa li jkunu qed ibiegħu bla permess

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'passi tieħu l-pulizija għal dak li jikkonċerna bejjiegħa (b'mod partikolari f'postijiet turistiċi) li jkunu qed ibiegħu bla permessi? X'tip ta' permessi tivverifika l-pulizija f'dawn il-każi?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi fir-rigward ta’ bejjiegħa fit-toroq, il-pulizija twettaq spezzjonijiet regolari, inklużi f’postijiet turistiċi. Waqt dawn l-ispezzjonijiet jiġu vverifikati li dawn il-bejjiegħa ikollhom il-permessi meħtieġa. Meta bejjiegħ jinstab li ma jkollux il-permess maħruġ mid-Dipartiment tal-Kummerċ jew li b’xi mod ieħor ikun qed jikser ir-regolamenti jew kundizzjonijiet tal-Liċenzja jew il-permess tal-Kunsill Lokali fejn applikabbli, jinħarġulu l-akkużi relattivi għall-qorti.

Ħal Qormi — Triq l-Imdina - operaturi tal-bejgħ ta' karozzi second hand

Question

Jista' l-Ministru jara li tittieħed azzjoni sabiex jinqata' l-abbuż sfrenat li qiegħed isir minn ċertu operaturi tal-bejgħ ta' karozzi second hand li jinsabu fi Triq l-Imdina Ħal Qormi fejn dawn ta' kuljum qegħdin joħorġu l-karozzi tagħhom f'din it-triq u jokkupaw il-ftit parkeġġi li hemm għad-dispożizzjoni tar-residenti?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi l-pulizija tad-distrett konxja mill-abbuż ta` ċerti operaturi tal-bejgħ ta` karozzi second hand fi Triq l-Imdina Ħal Qormi meta dawn joħorġu l-karozzi tagħhom u jokkupaw diversi parkeġġi illegalment fl-istess triq. Infatti, spezzjonijiet isiru regolarment mill-Pulizija tad-distrett kif ukoll mill-pulizija tas-Sezzjoni tat-Traffiku biex dan l-abbuż jinqata` u din is-sena nħarġu diversi ċitazzjonijiet kontra dawk il-persuni li kissru il-liġi bl-aġir tagħhom.

Traffic offence tickets

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27197, jista’ l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tagħha u ċjoè li jiġu indikati dettaljatament it-traffic offence tickets maħruġa?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li ninsab infurmat illi l-figura ta’ seba u sittin elf, mitejn u ħdax (67,211) li ngħatat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27197 kienet tinkludi t-traffic offence tickets u ċ-ċitazzjonijiet li nħarrġu matul is-sena 2015. Id-detttalji jidhru fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — talbiet lill-Uffiċċju tal-Ombudsman dwar l-operat tal-Ministeru

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27198, jista’ l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tagħha u ċjoè li jiġi indikat l-eżitu tat-talbiet li saru quddiem l-Ombudsman?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li għad fadal żewġ każijiet pendenti. Il-każijiet l-oħra kienu kollha magħluqin.

Forzi Armati ta’ Malta – sensitive items

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk minn Marzu 2013 sal-lum kienx hemm rapporti ta’ serq u/jew telf ta’ sensitive items mill-Forzi Armati ta’ Malta? Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv , jista’ jagħti d-dati meta seħħ dan is-serq u/jew telf? Jista’ jagħti wkoll id-dettalji ta’ x’kienu s-sensitive items irrappurtati misruqa u/jew mitlufa u jekk ittieħdux passi dixxiplinari kontra membri tal-Armata inkonnessjoni ma’ dan?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Forzi Armati ta’ Malta – membri – facebook account

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux permessibli u aċċettabbli li membru tal-Forzi Armati ta’ Malta jkollu Facebook Account taħt isem fittizju u fl-imsemmi Facebook Account itella’ posts, jagħmel kummenti u jagħmel shares ta’ posts ta’ terzi?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta huma marbuta b’linji gwida fir-rigward tal-użu tal-media soċjali.

Korp tal-Pulizija – membri – facebook account

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux permessibli u aċċettabbli li membru tal-Korp tal-Pulizija jkollu Facebook Account taħt isem fittizju u fl-imsemmi Facebook Account itella’ posts, jagħmel kummenti u jagħmel shares ta’ posts ta’ terzi?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Intepellant li ninsab infurmat li fuq l-użu ta’ kull sit soċjali membri tal-Korp juma gwidati mill-kontenut ta’ żewġ ċirkulari interni. F’każ li jkun hemm xi ksur ta’ dak li hemm miktub jittieħdu passi dixxiplinarji.

Rapid Intervention Unit – membri bil-liċenzja tas-sewqan

Question

Jista' l-Ministru jaċċerta lill-Kamra li kull membru tar-Rapid Intervention Unit (RIU) għandu liċenzja tas-sewqan?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.

12-il Distrett Elettorali – ċitazzjonijiet mill-pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ingħataw ċitazzjonijiet mill-pulizija, f’kull lokalità tat-Tnax-il distrett elettorali, kull xahar, din is-sena?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Ġlieda fir-residenza tal-ex Prim Ministru Dom Mintoff — investigazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Pulizija hux se tieħu passi legali kontra l-ġlieda allegatament b'arma li taqta’ li saret fir-residenza tal-ex Prim Ministru Dom Mintoff u fejn allegatament fil-ġlieda kienu involuti kemm bint l-ex Prim Ministru s-Sinjura Yana Bland Mintoff li hi ex-kandidata tal-Partit Laburista u konsulenta tal-gvern kif ukoll binha? Fid-dawl li persuna barranija li kienet fir-residenza fil-ħin tal-ġlieda u li għadu qed jinżamm fit-taqsima tal-kura intensiva f’qagħda serja, l-pulizija bdiet l-interrogazzjonijiet tagħha u dan il-każ qed jitqies bħala każ ta’ attentat ta’ omiċidju?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-investigazzjonijiet f’dan il-każ qed ikomplu u għadhom mhux konklużi anke fid-dawl li waħda mill-persuni involuti, għadha rikoverata l-Isptar. Malli l-investigazzjonijiet jitlestew u allura ir-riżultati jkunu magħrufa, jittieħdu il-proċeduri kollha kif mitlub mill-liġi. Barra minn dan, hija ħasra li l-oppożizzjoni tagħti laqta politika fuq każ li huwa ta’ natura privata.

Pulizija – Każijiet ta’ sparaturi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-każijiet ta’ sparaturi li seħħew fl-aħħar għaxar snin? Meta seħħew? Kemm minnhom ħallew vittmi fatali? Kemm minnhom ħallew persuni midruba? Kemm minnhom la ħallew vittmi u lanqas midruba? Liema minn dawn ġew solvuti?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Pulizija — Każijiet ta’ tqegħid ta’ bombi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ każijiet li kienu jinvolvu tqegħid ta’ bombi ma’ karozzi jew ma’ proprjetà privata fl-aħħar għaxar snin? Meta seħħew? Kemm minnhom ħallew vittmi fatali? Kemm minnhom ħallew persuni midruba u kemm minnhom la ħallew vittmi u lanqas midruba? Liema minn dawn ġew solvuti?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.