Peress li ftit tax-xhur ilu saret Triq il-Gurbell, Paola jista' l-Ministru jgħid jekk hux sodisfatt bix-xogħol, peress li ma' l-ewwel xita kien hemm ħafna għadajjar kbar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-ADT għada f’diskussjonijiet mall-kuntrattur minħabba xi problemi li hemm fil-wiċċ ta’ din it-triq L-ADT qed iżomm 25% ta’ l-ammont dovut sakemmm isir ftehim fuq ix-xogħol li għandu jsir.
Issa li beda staġun ieħor tax-xita, jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa fi Triq Kottonera, Birgu peress li t-triq faċċata tad-De La Salle iżomm ħafna ilma?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-ADT ser tagħmel speżżjoni fuq il-post sabiex tara x’inhi l-problema u x’jista’ jsir.
Jista' l-Ministru jara li x-xogħol ta' trinek li qiegħed isir mill-Enemalta fl-inħawi ta' l-iskola primarja tal-Mosta jitlesta malajr kemm jista' jkun għax dan ix-xogħol qiegħed ikun ta' inkonvenjent kbir għall-istudenti u l-ġenituri tagħhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-Onorevoli Nterpellant huwa mitlub jaghmel il-mistoqsija lill- Ministru kkoncernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu permess li jgħabbi tfal ta' l-iskola mini van? Huwa permess li f'mini van jitgħabbew 18-il tifel uħud minnhom bil-wieqfa?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li skond ir-Regolamenti dwar Vetturi bil-Mutur fejn ikun qed isir trasport ta’ tfal li ma jkollhomx aktar minn 10 snin, jistgħu jiġu trasportati tlett’itfal fuq seats li normalment jistgħu joqogħdu fuqhom żewġ passiġġieri basta jkunu jistgħu joqogħdu bilqiegħda b’kumdità.
Ir-regolamenti jipprovdu wkoll għal meta jkun hemm taħlita ta’ studenti li jkunu qegħdin jiġu trasportati f’
minibuses,
jiġifieri taħlita ta’ tfal li jkollhom sa 10 snin u tfal li jkollhom aktar minn 10 snin. Fejn dan ikun il-każ, ikunu jistgħu jitgħabbew erbat’itfal aktar min-numru ta’ passiġġieri li jkun jidher fiċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni tal-vettura.
Fi kwalunke każ, qatt m’għandhu jkun hemm tfal bil-wieqfa.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 24760 fejn il-Ministru qal li x-xogħlijiet fl-area ta' Sur Santa Liena, Bormla kienu mistennija jibdew fil-ġimgħat li ġejjin fejn anke ħarġet tender, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li llum 5 xhur wara li saret din il-mistoqsija għadu ma sar xejn? Jista' jgħid meta se jibda dan ix-xogħol u kemm hu mistenni li jdum?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninfurma lill-Onor. Interpellant li l-ADT tikkonferma li xogħlijiet f'din it-triq se jinbdew fil-ġranet li ġejjin peress li kien hemm id-diskussjonijiet bejn l-entitajiet li ħadu daqsxejn żmien aktar milli mistenni. Dawn id-diskussjonijiet waslu fil - final u kif ikunu ffinalizzati l-kuntrattur jkun jista' jibda x-xogħol.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat min-naħa tad-Dipartiment tat-Toroq jew xi enti oħra pubblika li t-triq li twassal għall-Qormi Clay Shooting Club f’Tal-Ħandaq tiġi rranġata flimkien mal-parking area li hemm biswit dan l-istess club? Jekk iva, meta se jsir dan?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi ser issir speżżjoni biex nistħargu aħjar sabiex nkunu f’pożiżżjoni li nieħdu deċiżjoni.
Jista' l-Ministru jikkunsidra li jirrakkmanda li ssir zebra crossing bil-pelican lights fil-bypass ta' l-Imtarfa peress li din saret popolari ħafna mal-pedestrians mindu ġiet riabilitata? Inħoss li l-post ideali jkun faċċata tat-triq li tagħti għal Mtarfa?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ADT qed tikkunsidra din il-
proposta u d-design uit ser taħdem biex tkun ippjanata din il-
pelican crossing.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-direzzjoni tat-traffiku li tgħaddi minn Triq l-Għaqdiet tal-Ħaddiema u t-toroq tal-madwar inbiddlet diversi drabi għad-detriment ta' ħafna mir-residenti li joqogħdu fiz-zona ta' Għajn Dwieli, Raħal Ġdid?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li t-tibdil fid-direżżjoni tat-traffiku fi Triq Għaqdiet tal-Ħaddiema kien riżultat tat-tibdil fid-direżżjoni tat-traffiku fi Triq Wied Blandun. Dan it-tibdil fid-direżżjoni tat-traffiku fi Triq Wied Blandun kien fuq strużżjonijiet diretti mill-puliżija. Kopja ta’ l-ittra datata 15 ta’ Frar 2007 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Wara li ntlaħaq ftehim bejn il-kunsilli lokali tal-Fgura u ta’ Raħal Ġdid, l-Awtorita’ Dwar it-Trasport u l-Puliżzija, sar it-tibdil fi Triq Għaqdiet tal-Ħaddiema li kien meħtieg sabiex jikkomplimenta t-tibdil fi Triq Wied Blandun. Kopja tal-minuti ta’ laqgħa li saret fit-12 ta’ Ġunju qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Iżda dawn l-arranġamenti kienu maqbula għal perjodu ta’ prova ta’ tlett xhur, liema perjodu sewa bħala prova għas-sistema.
L-Awtorita’ Dwar it-Trasport flimkien mall-puliżija eżzaminat u sar monitoraġġ tas-sistema tat-traffiku w sussegwentement sar qbil li jsiru xi xogħolijiet zgħar ta’
upgrading
fuq ir-roundabout ta’ Wied Blandun sabiex Triq Wied Blandun u Triq Għaqdiet tal-Ħaddiema jerggħu għal li kienu. Dwar dan irid isir qbil ukoll mall-kunsill lokali ta’ Raħal Ġdid u tal-Fgura.
Jista' l-Ministru jara billi llum hemm madwar tliet lukandi qrib il-Marfa jistgħux isiru arranġamenti biex l-aħħar karozza mill-Belt ma titlaqx fit-8.30 p.m. għaliex dan qed ikun ta' inkonvenjent għal diversi turisti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li din is-sena kien hemm żieda fil-ħinijiet tar-rotot diretti bejn iċ-Ċirkewwa, Buġibba, Paceville u viċi versa u l-ħinijiet ġew miżjuda sa l-10.00 ta’ filgħaxija.
Jien infurmat ukoll li sar servizz speċjali bejn nofs il-lejl u 3.00 ta’ filgħodu bejn Paceville, Buġibba u Ċirkewwa.
Hemm l-ħsieb li għas-sajf li ġej jiżdiedu l-ħinijiet mill-Belt sabiex inkomplu dejjem intejbu is-servizz tat-Trasport Pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni fuq il-ground ta' l-iskola primarja ta' Bormla, u cioe' jekk għadx hemm il-ħsieb li taħtu jsir car park? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta hemm il-ħsieb li dan jibda?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-Gvern għadu għaddej bin-negozjati dwar l-izvilupp ta' Bacir Nru l. Il-Gvern qiegħed jara kif l-izvilupp tal-Car Park ta' Santa Margarita jista jiġi integrat ma' l-izvilupp taż-żona madwar Baċir Nru l.
Jista' l-Ministru jgħid fhiex waslu l-pjanijiet tal-Baċir Nru. 1? Meta jaħseb li xi darba jistgħu jibdew ix-xogħlijiet fuq dan il-proġett, liema proġett ilu jiġi mwiegħed għal ħafna snin?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
In-negożjati mal-Konsorzju u d-diskussjonijiet/konsultazzjonijiet mal-MEPA għadhom għaddejin fuq bażi regolari. Malli dawn jiġu konklużi, il-Gvern ikun jista jgħaddi Riżolużżjoni Parlamentari.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tal-gvern ċentrali biex jasfalta toroq li jinsabu fi stat ħażin fil-Madliena?
Liema toroq huma pproġettati li jsiru fis-sena 2007 u separatament fis-sena 2008?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi diġa saru numru ta’ toroq fil-Madliena, dawn jinkludu:-
Triq Manwel Aguis
Triq Esprit Barthet
Triq il-Markiż Scicluna
Triq il-Veduta
Triq is-Slielen p/o
Dawn kienu parti mill-programm ta’ toroq maħruġ mill-Awtorita’ Dwar it-Trasport. Saru wkoll xogħlijiet ta’ major patching fi Triq Pedidalwett. Filwaqt li fil-ġranet li ġejjien ser jibda xogħol fi Triq id-Dielja, Triq il-Ġmiel u Triq il-Militar li wkoll jifffurmaw parti minn dan il-programm.
Minħabba l-ispeed tat-traffiku li jkun għaddej kif ukoll id-diffikulta' għall-pedestrians biex jaqsmu, jistgħux isiru zebra crossings kemm fi tmiem Triq Birkirkara, Kappara qabel ma wieħed jaqbad ma' Naxxar Road kif ukoll f'tarf Naxxar Road innifisha, f'San Gwann qrib l-ex Half Way Bar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn ricerka li saret fir-records tat-Taqsima ghall-Immanigjar tat-Traffiku sa mis-sena 2003 irrizulta li ma kien hemm l-ebda talba mill-kunsill lokali San Gwann jew mill-pubbliku ghal tali pedestrian crossing fi tmiem Triq Birkirkara.
Peress li diversi sewwieqa tal-minibuses u coaches qed jilmentaw għaliex ikollhom jilbsu ċ-ċintorin tas-sigurta', jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx l-ħsieb li dawn is-sewwieqa jiġu eżentati milli jilbsu ċ-ċintorin bħalma huwa l-każ tas-sewwieqa tat-taxis?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat min-naħa ta’ l-Awtorità dwar it-Trasport li m’hemmx il-ħsieb li s-sewwieqa tal-minibuses u l-coaches ikunu eżenti milli jilbsu ċ-ċintorin tas-sigurtà. Tajjeb li s-sewwieqa ta’ dawn il-vetturi japprezzaw li ċ-ċintorin tas-sigurtà biex isalva l-ħajja. Jien infurmat ukoll li l-eżenzjoni fir-rigward tas-sewwieq tat-taxis tgħodd biss fil-ħin li huma jkunu qegħdin iġorru l-passiġġieri u din kienet ingħatat meta saru r-regolamenti dwar l-użu taċ-ċintorin tas-sigurtà għal raġunijiet ta’ sigurtà personali waqt li jkunu qegħdin iġorru l-passiġġieri, partikolarment matul il-lejl.
Jista' l-Ministru jikkonferma li bħalissa qegħdin isiru taħdidiet bejn l-ADT u l-ATP dwar il-liberalizzazzjoni tat-trasport pubbliku? F'liema stadju waslu dawn it-taħdidiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddejjin taħdidiet bejn l-ADT u l-ATP dwar riforma ħolistika fil-qasam tat-Trasport Pubbliku bi skeda, liema riforma qiegħda tiġi nnegozjata b’ konformita ma’ l-obbligi ta’ l-Unjoni Ewropeja, fejn jirrigwardja l-ogħti ta’ kuntratti fil-qasam tas-servizz tat-Trasport Pubbliku.
It-taħdidiet bejn l-ADT u l-ATP bħalissa huma ffukati fuq l-obbligi li joħorġu minn tali kuntratt.
Oqsma oħra tar-riforma li qiegħdin jiġu diskussi jinkludu:-
· Aktar effiċjenza u titjib fl-iskeda;
· Introduzzjoni ta’ teknoloġiji ġodda;
· Titjib fl-infrastruttura;
· Bdil ta’ xarabanks m’oħrajn ġodda
Jista' l-Ministru jara li l-bus shelters li kien hemm fuq iż-żewġ naħat ta' Triq is-Siġġiewi (Haz-Zebbuġ) fejn l-uffiċji tal-GO jerġgħu jitwaħħlu peress li huma mportanti ħafna għat-tfal ta' l-iskola?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-Kuntrattur Faces LTD informa lill-ADT li dawn il-Bus Sheters ser jiġu nstallati fit-3 ġimgħa t'Ottubru, 2007.
Jista' l-Ministru jara li t-triq li tagħti mill-pont tal-Mosta sa San Pawl tat-Tarġa (fuq il-wied, Santa Margherita) tiddawwal peress li din it-triq saret ħafna traffikuża u n-nuqqas ta' dawl adegwat jista' jwassal għal inċidenti serji?
Peress li fl-iskeda tat-trasport pubbliku suppost li kull ċertu ħin tgħaddi karozza minn tal-Hawli, Birgu, jista' l-Ministru jgħid x'suppost huma dawn il-ħinijiet? Jista' jara li dawn il-ħinijiet jinżammu għall-benefiċċju tar-residenti ta' din l-akkwata?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-iskeda tar-Rotta 1 li titlaq mill-venda tal-Birgu u taqdi lir-residenti tal-Ħawli għandha il-ħinijiet segwenti:-
06.00 am
06.30 am
07.00 am
07.30 am
08.00 am
08.30 am
09.00 am
09.30 am
10.00 am
Wara l-10.00 ta' fil-għodu, l-karozzi jitilqu mill-Belt Valletta u jgħaddu via tal-Ħawli. L-ħinijiet huma:-
10.15 am
11.15 am
12.15 am
13.15 am
14.15 am
15.15 am
16.15 am
17.15 am
18.15 am
19.15 am
20.15 am
21.15 am
22.15 am
Jista' l-Ministru jinfurmani jekk hemmx pjanijiet li ssir Triq Josef Calleja fi Swieqi? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill Onorevoli Nterpellant illi Triq J Calleja fis-Swieqi hija waħda mit-toroq li tinsab fil-lista ta’ toroq li jridu jsiru sas-sena 2008. Fil-ġimgħat li ġejjien ser jibda xogħol fuq il-bankini.
Sadattant għaddej ukoll il-proċess ta’ esproprijazzjoni biex din it-triq tkun tista’ tingħaqad ma’ Triq il-Mensija skond il-pjan lokali.