Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — tenders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tenders li ħarġu mid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu sena b’sena mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minnhom ġew aċċettati/approvati? Kemm għadhom pendenti u kemm ġew irtirati? Fil-każ tal-aħħar, x'kienu r-raġunijiet? Kemm mit-tenders approvati tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu u x'inhi ċ-ċifra f'somma ta' flus tal-pagamenti mħallsa u pendenti separatament?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' mobile phones li ntużaw u tħallsu mill-voti tal-Ministeru tiegħu kull sena mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Min huma l-persuni li qed jużaw dawn il-mobile phones u kemm kienet l-ispiża ta kull mobile phone separatament sena b' sena?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

Għalf għat-tjur, bhejjem u ħut — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid, skont it-tagħrif li għandu l-Uffiċċju tal-Istatistika, x'tip ta' għalf għat-tjur, bhejjem u ħut ġie importat għall-industrija tal-biedja u tal-akwakultura f'Malta u Għawdex separatament matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena? Minn liema pajjiż ġie impurtat dan l-għalf u f'kemm kwantitajiet?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirefferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Biedja u rziezet – arloġġi tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' arloġġi tad-dawl li huma reġistrati mal-Korporazzjoni Enemalta u li jservu għall-biedja, separatament għall-farms u rziezet oħra tal-annimali u kemm għas-serer u faċilitajiet agrikoli oħra? Fejn jinsabu, lokalità b' lokalità?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirefferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

San Pawl il-Baħar – Salini – produzzjoni tal-melħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li s-Salini fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar jgħaddi taħt il-kontroll tal-Ministeru, u jekk hux ser ikun il-Ministeru tiegħu li ser ikun responsabbli mill-produzzjoni tal-melħ?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall- Mistoqsija Parlamentari numru 25610

Prodotti agrikoli — spezzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid humiex isiru spezzjonijiet ta’ prodotti agrikoli importati u miġjuba f’Malta bil-baħar u jekk dawn l-istess prodotti humiex jiġu importati skont il-kundizzjonijiet li titlob l-Unjoni Ewropea? Jista’ jgħid kemm-il spezzjoni saret fuq din it-tip ta’ merkanzija matul is-snin 2013, 2014 u 2015?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirefferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 15238.

Dipartiment Veterinarju – programm tal-preservazzjoni tal-mogħża Maltija

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi programm għandu d-Dipartiment Veterinarju sabiex jippreserva r-razza tradizzjonali tal-mogħża Maltija? Dan il-programm jinkludi wkoll studju għall-miljorament ta’ din ir-razza?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment Veterinarju m’għandu l-ebda programm ta’ preservazzjoni kif msemmi fil-Mistoqsija Parlamentari. Min-naħa l-oħra, id-Direttorat tal-Agrikoltura, fl-Għammieri, għandu programm tat-tkattir tar-razza tal-mogħża Maltija. Fl-istess waqt id-Direttorat għad-Diversifikazzjoni u l-Kompettività qiegħed f’taħdidiet ma’ NGO lokali li l-għan tagħha hu li tikkonserva razez ta’ annimali indiġeni Maltin. Hemm il-ħsieb li flimkien ma’ dan id-Direttorat isiru xi studji fuq ir-razzez Maltin u anke programmi ta’ konservazzjoni li jinvolvu l-parteċipazzjoni ta’ raħħala madwar Malta u Għawdex.

Institute of Earth Systems tal-Università – esperimenti fuq tjur u bhejjem ta’ razez Maltin

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema tjur u bhejjem ta’ razez 'Maltin' qed isiru esperimenti dwarhom mill-Institute of Earth Systems tal-Università?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Dipartiment tal-Agrikoltura – twaqqif ta’ Producer Organisations

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għadhomx isiru laqgħat bejn l-għaqdiet tal-bdiewa u d-Dipartiment tal-Agrikoltura dwar it-twaqqif tal-Producer Organisations? X'diffikultajiet tqajmu mill-bdiewa u xi stħarriġ qed isir mid-Dipartiment tal-Agrikoltura sabiex jiġu mistħarrġa dawn id-diffikultajiet li qajmu l-bdiewa u l-għaqdiet tagħhom?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi laqgħat dwar twaqqif ta’ għaqdiet tal-produtturi ġodda jsiru jekk ikun hemm talba minn bdiewa jew għaqdiet ta’ bdiewa f’dan ir-rigward sabiex tiġi provvduta l-informazzjoni kollha meħtieġa. Filwaqt li ma kienx hemm talbiet għal dan il-għan riċentement, l-esperjenzi b’għaqdiet tal-produtturi li twaqqfu fl-imgħoddi, ma tantx kienu ta’ inkoraġġiment u ħafna minnhom kellhom ir-rikonoxximent tagħhom mitmum ħesrem minħabba raġunijiet bħal:- · Sitwazzjoni fejn l-għaqda ma kelliex għad-dispożizzjoni tagħha, ir-riżorsi neċessarji u tagħmir adekwat għal funzjoni tagħha biex tilħaq l-għan tal-Pjan Operattiv. · Sitwazzjoni fejn l-għaqda ma setgħetx twettaq l-għan ewlieni tal-attività tagħha li tistabilixxi sistema u torganizza l-bejgħ tal-prodotti tal-membri. · Sitwazzjoni li taffetwa Grupp ta’ Produtturi, fejn l-għan ewlieni kien li jkun hemm sistema konċentrata u organizzazzjoni stabbilità għall-bejgħ u tqegħid fuq is-suq tal-prodotti tal-bdiewa membri · Każijiet fejn l-għaqdiet fasslu sistema ekonomika artifiċjali biex ikabbru l-eleġibbiltà għall-fondi · Każijiet fejn għaqdiet għażlu li jagħlqu volontarjament minħabba nuqqas ta’ rieda mill-membri li jikkonsenjaw il-prodott kollu tagħhom sabiex jiġi mibjugħ mill-għaqda. · Nuqqas ta’ numru suffiċjenti ta’ membri/valur ta’ produzzjoni mibjugħa li jagħmel l-għaqda mhux vijabbli · Nuqqas ta’ riżorsi amministrativi biżżejjed sabiex wieħed iżomm mal-obbligi onerużi ta’ pjanifikazzjoni u rapurtaġġ mitluba mill-Unjoni Ewropea sabiex topera organizzazzjoni ta’ dan it-tip. Id-Direttorat tal-Agrikoltura joqgħod fuq il-pariri tekniċi tal-Bord kompost taħt l-A.L 233 tal-2011 li ripetutament sab nuqqas tal-livell organizzativ professjonali u l-iskala ta’ operazzjoniet neċessarji sabiex jagħmlu dan it-tip ta’ organizzazzjoni vijabbli fir-realtajiet ta’ Malta.

Environment Resources Authority – above grade allowances — persuni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jingħataw above grade allowance fl-Environment Resources Authority u x'inhuma dawn il-karigi?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi li hemm total ta’ erbgħa (4) persuni bl-above grade allowance u dawn fi gradi ta’ Assistant Compliance Officer, Personal Assistant, Senior Environment Technician u Senior Environment Protection Officer.

Żoni agrikoli — afforestazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jispjega l-politika tal-Gvern dwar l-afforestazzjoni ta’ żoni agrikoli u li jkun hemm spazju fejn jinżergħu iktar siġar fihom?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-pjanijiet t’afforestazzjoni tal-Ministeru ma jinkludux artijiet agrikoli. Tħawwil ta’ siġar ġodda jsir u huwa ppjanat li jsir f’żoni fuq art tal-Gvern li, iżda, mhux art agrikola.

Prodotti agrikoli — spezzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex isiru spezzjonijiet u jekk iva, kemm saru spezzjonijiet fis-snin 2013, 2014 u 2015 biex jaraw it-traċċabilità ta’ prodotti agrikoli li qegħdin jiddaħħlu fil-pajjiż bil-vapuri jew katamaran?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirefferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 15238.

Kumpanija – xogħlijiet ta’ konsulenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġitx sejħa jew ingħatax b'direct order ix-xogħol ta' konsulenza mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista' jgħid x'kienu t-termini tax-xogħol tagħhom u x'funzjoni għad għandhom illum li seħħet is-separazzjoni tal-MEPA?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija inkwistjoni qed tagħmel xogħol b’direct orders għal servizz ta’ assistenza maniġerjali u amministrattiv full-time u konsulenza addizzjonali fuq change-management process għall-implimentazzjoni ta’ strutturi u sistemi ġodda.

Environment Resources Authority – temporary staff

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema parti mill-collective agreement qed jiġi applikat fl-ingaġġ ta' persuni bħala temporary staff mal-Environment Resources Authority? Jista' jgħid x'inhi l-iskala tagħhom, x'termini għandhom u kif qegħdin jintgħażlu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-collective agreement tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi u l-gradi li huma annessi ma’ dan l-agreement, ma japplikawx għat-temporary staff li jiġu subcontracted għall-perjodu definit, skont l-esiġenzi tal-awtorità u skont regolamenti nazzjonali f’dan ir-rigward.

Siġar tal-palm

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellna siġar tal-palm li kellhom jinqerdu mill-2012 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, sena b’sena?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Siġar importati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus pubbliċi biex ġew importati siġar mill-2013 sal-lum, sena b’sena? Xi speċi ta' siġar (bl-isem Botaniku u dak Malti jew Ingliż) kienu dawn u x'ammont minn kull speċi ġew importati? Jista' jgħid kemm inxtraw siġar mill-Ministeru tiegħu wara li ġew importati?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Proġetti ta’ afforestazzjoni f’Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti ta' afforestazzjoni saru f’Malta u Għawdex mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti rendikont tax-xogħol, min għamlu, jekk sarx b' tender jew direct order u kemm sewa?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.