B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 29931, jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Gvern biex jieħu lura l-pussess taċ-ċwievet tal-fond imsemmi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar qed tagħmel l-investigazzjoni neċessarja sabiex jiġi stabbilit x'inhi r-raġuni li l-post hawn imsemmi qed jiġi identifikat bħala vakanti.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuni li qed japplikaw għal kull assistenza għal diżabilità qed jintalbu sabiex jagħtu rendikont tar-riżorsi kapitali tagħhom u kull dħul ieħor inkluż jekk humiex azzjonisti jew sħab f'xi kumpanija u kemm hu n-numru u l-valur tal-ishma u d-dividendi li jirċievu? Jista' jgħid din taffettwax l-ammont ta' assistenza li tingħata lill-applikant?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bir-riforma li tikkonċerna l-Assistenza ta’ Diżabilità, hija l-Assistenza Miżjuda Għal Diżabilità Severa (ISDA) biss, li m’għandhiex bżonn tat-test tal-mezzi.
Għal din ir-raġuni, persuni li japplikaw għal Assistenza għal Diżabilità Severa (SDA), Assistenza għal Persuni b’Vista Batuta (BLD) kif ukoll Assistenza għal Diżabilita` (DA) iridu jissottomettu dikjarazzjoni u jipprovdu dokumenti dwar id-dħul kollu li mhux ġej minn xogħol.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16339 u jgħid jekk hemmx pjanijiet sabiex jinbidel l-operat eżistenti tal-Aġenzija Appoġġ? U jekk iva, jista’ jgħid x’inhuma dawn il-pjanijiet u meta se jidħlu fis-seħħ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi matul din is-sena, il-management tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali, se jkun qiegħed jaħdem biex dak kollu li joħroġ mill-Abbozz Nru 45 dwar il-Protezzjoni tat-Tfal (Harsien Alternattiv) u li għadu kif ġie appprovat mill-Parlament, jitwettaq skont id-dispożizzjonijiet tal-istess Att.
Minbarra hekk, il-
management
tal-FSWS se jkun qiegħed jieħu l-passi meħtieġa biex il-wegħda elettorali li tgħid:
“Inwaqqfu Ċentru għall-Addozzjoni u Fostering biex iservi ta’ punt fokali u ta’ servizz f’ dan il-qasam biex jipprovdi assistenza għal koppji interessati”
titwettaq ukoll matul din is-sena.
Il-bidliet kollha hawn fuq imsemmija ġew spjegati lir-rappreżentanti tal-ħaddiema u qed isiru laqgħat mal-istess ħaddiema, sezzjoni, sezzjoni biex dan it-tibdil jiġi mfiehem lilhom.
Djar residenzjali għall-persuni b’diżabilità – Konsultazzjoni fuq Standards
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17166 u jgħid ma’ min saret konsultazzjoni (jekk saret) fit-tfassil tal-Istandards għad-Djar Residenzjali għall-Persuni b’Diżabilità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, d-Dipartiment Standards għall-Ħarsien Soċjali huwa responsabbli għat-twaqqif tal-Istandards Nazzjonali fil-qasam tal-ħarsien soċjali. Id-Dipartiment għaqqad grupp ta’ ħidma li huwa responsabbli għall-i¿vilupp tal-Istandards Nazzjonali għall-Faċilita Residenzjali li jakkomodaw persuni b’di¿abilita’. Il-grupp ta’ ħidma għamel dan billi addatta, għall-kuntest lokali, d-diversi standards Nazzjonali li japplikaw għad-Djar Residenzjali għall-persuni b’Di¿abilita’ fl-Iskozja, li huma maħruġa u implimentati mill-Care Inspectorate. Il-grupp ta’ ħidma ġab flimkien persuni li għandhom għarfien u/jew li huma professjonisti fis-settur. Il-grupp ta’ ħidma kien immexxi mis-Sezzjoni tat-taqsima Research and Development Standards Unit fi ħdan l-istess dipartiment taħt is-supervi¿joni tal-Awtorita’ għall-Affarijiet tal-Kompetizzjoni u l-Konsumatur.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li membri oħra li kienu fil-grupp ta’ ħidma u ġejjin minn entitajiet oħra huwa kif imsemmija hawn taħt:
Ministeru għall-Affarijiet Barranin
Santa Marta Day Centre
Ability for Disability Association
Awtorita’ għas-Saħħa u s-Sigurta’ fuq il-Post tax-Xogħol
Inspire
Universita’ ta’ Malta
Health Care Standards Directorate
Health Inspectorate Services, Dipartiment għas-Saħħa Ambjentali
Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Di¿abilita’
Dar il-Kaptan
Care Malta
Forum for Organisations Providing Residential Care for Disabled Persons
Minsiteru għal Għawdex
Għaqda tal-Ġenituri ta’ Persuni b’Di¿abilita’
Ħbieb ta’ Aġenzija Sapport
Sptar ta’ Rijabilitazzjoni Karin Grech
Fondazzjoni Wens
Counsellors li jispeċjali¿¿aw fil-qasam tad-Di¿abilita’
Id-Dar tal-Providenza
Fondazzjoni Ħajja Indipendenti
Aġenzija Sapport
Equal Partners Foundation
Terapisti fil-qasam
Il-grupp ta’ ħidma twaqqaf f’Ottubru 2013 u l-ewwel laqgħha saret fis-6 ta’ Novembru 2013.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23601 u jgħid kemm kien jammonta fi flus l-investiment li sar fir-Residenza San Vinċenz de Paul, sena b’sena, bejn Jannar 2009 u Jannar 2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-investiment li sar minn San Vinċenz de Paul ġewwa l-istess Residenza minn Jannar 2009 sal-lum huwa kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27765 jindika kemm kien in-numru ta’ persuni li applikaw biex jagħmlu użu mill-inizjattiva Live in Carer li kienet tħabbret fil-baġit tas-sena li għaddiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni li applikaw sabiex jagħmlu użu mill-Inizjattiva Live in Carer (li issa qed jissejjaħ Carer at Home), matul l-2016 kien ta’ 184.
Fl-2017, sal-24 ta’ Jannar, daħlu 26 –il applikazzjoni ġdida, biex issa in-numru ta’ applikanti jlaħħaq il-210.
Inizjattiva Live in Carer – Persuni li qed jagħmlu użu
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27766 u jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li sal-lum qed jagħmlu użu mill-inizjattiva ta` Live in Carer li kien nieda l-Gvern sena ilu waqt id-diskors tal-baġit?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ persuni li qed jibbenefikaw minn din l-inizjattiva preżentament huwa ta’ 68.
Jista' l-Ministru jelenka s-servizzi kollha li toffri preżentament l-Aġenzija Appoġġ u kemm hemm persuni impjegati għal kull servizz li jingħata?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Aġenzija toffri servizz f’dawn l-oqsma :
Addozzjoni, Programm ta’ Adoloxxenti, Primary Health Care B’Kara/Bormla, Servizz fil-Komunita’ – Birkirkara, Besmatonline, Servizz fil-Komunita’ – Kottonera, Monitoring ta’ Protezzjoni ta’ tfal, Investigazzjoni ta’ Protezzjoni ta’ tfal, Qrati u Żjarat ta’ Aċċess taħt Superviżjoni, Vjolenza Domestika, Embark for Life, Employee Support Programme, Fostering, Xelter – Għabex, Saħħa f’Għawdex, Saħħa Mentali, Homestart Malta, Housing, Homestart Gozo, High Support, Intake and Family Support, Lokked After Children, Managing Agressive Behaviour, Mater Dei Hospital Social Work Unit, Ħidma Soċjali fl-Isptar Karen Grech, Out of Home Care Program, Istitut Paolo Freire, Proġett Ulied Darna, Servizz fil-Komunita – Qawra, Samoc, Siblings Home Qormi, Support Line 179, Residenza Sta Venera, Servizzi fil-Komunita – Valletta Servizz Youth in Focus, Residenza Sptar San Vincenz, 24/7 Afterhour Service, Management.
L-ammont ta’ impjegati huwa ta’ 295.
Jista’ l-Ministru jara għaliex mhemmx sticks taz-zokkor fid-Dar tal-Anzjani ż-Żejtun tant li l-anzjani qed jintalbu jieklu qabel ma jagħtuhom l-insulina għax l-istaff m'għandhomx mod kif ikunu jafu kemm hu l-blood glucose tal-anzjani sabiex jirregolaw l-insulina?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, id-dar tal-Anzjani taż-Żejtun tirċievi l-provvista ta’ sticks taz-zokkor mid-dipartiment tal- MMMU ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule.
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – applikazzjonijiet għall-impjiegi
Question
Jista' l-Ministru jgħid, matul is-sena 2016 kemm ħarġu applikazzjonijiet għall-impjieg fil-Ministeru tiegħu jew f'kull entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm ġew impjegati minnhom, kemm abbażi ta' kuntratt definit jew kuntratt indefinit? Jista' jgħid f'kull każ x'kien il-grad u/jew nomenklatura tal-impjieg li ġew imħaddma fih?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba, li hija wahda kumplessa u li trid tinġabar minn diversi entitajiet għadha qed tinġabar u għaldaqstant, it-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jara li jiġi rranġat saqaf ta’ kamra tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, peress li minkejja li rrappurtat dan sena ilu, ħadd għadu ma kellimha? Jista’ jara li l-ħaddiema jaraw l-ilment u jieħdu azzjoni?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minn informazzjoni li għandha l-Awtorità tad-Djar, ma jidhirx li dan l-ilment kien ġie rrapurtat qabel. Madanakollu l-inkwilina msemmija ġiet ikkuntatjata, u ttieħdet nota tal-ħsarat filwaqt li ġiet mgħarrfa li għandha ssir spezzjoni minn uffiċjali tekniċi tal-Awtorità tad-Djar sabiex jiġi vverifikat l-ilment.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' single mothers li joqogħdu l-Mellieħa u n-Naxxar rispettivament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali m’għandux statistika ta’ min huwa single mother ġewwa l-ebda lokalità f’Malta jew Għawdex.
Applikazzjoni għas-sussidju tal-kera – każ ta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward kwistjoni dwar applikazzjoni għas-sussidju tal-kera?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-persuna li, l-applikazzjoni ġiet proċessata u fil-jiem li ġejjin din is-sinjura ser tkun ikkuntatjata mill-Awtorità tad-Djar.
Il-Mosta – Triq il-Gżari – rampa quddiem entratura
Question
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex quddiem l-entratura ta’ Blokk A2, fi Triq il-Gżari fil-Mosta, fil-Qasam tal-Bini tal-Gvern issir rampa għall-ħtiġijiet tar-residenti tal-istess appartament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità tad-Djar għandha bżonn id-dettalji tal-inkwilin jew amministratur tal-blokka flimkien mal-ħtieġa tal-inkwilini, biex tkun tista’ tikkunsidra t-talba tagħhom.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — person of trust u position of trust
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-appartament li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex f'idejn l-Awtorità tad-Djar? Jekk iva, jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din il-proprjetà tingħata għall-akkomodazzjoni soċjali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-appartament imsemmi huwa proprjetà tal-Gvern li tiegħu l-Awtorità tad-Djar m’għandiex il-pussess taċ-ċwievet.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li applikat għall-akkomodazzjoni soċjali b'applikazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, għadha ma ġietx allokata post? Jista' jgħid x'inhuma r-raġunijiet għaliex din il-persuna li għandha l-kura u l-kustodja tat-tifel u kostretta tgħix mal-ġenituri tagħha u ma’ membru ieħor tal-familja f'post żgħir ħafna, ma ġietx allokata post fejn tgħix? Jista' jara li din il-persuna tingħata l-attenzjoni li jixirqilha?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-każ imsemmi minnha qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Belt Valletta — Awtorità tad-Djar - postijiet vakanti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm l-Awtorità tad-Djar għandha postijiet vakanti għall-akkomodazzjoni soċjali fil-lokalità tal-Belt Valletta? Jista' jgħid għaliex dawn il-postijiet għadhom vakanti jekk inhu l-każ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sallum, l-Awtorità tad-Djar għandha 13-il appartament, li fil-maġġoranza tagħhom huma b’kamra tas-sodda waħda, li jinsabu f’sulari differenti fil-lokalità tal-Belt u li jistgħu jiġu allokati għall-akkommodazzjoni soċjali. Il-Bord tal-Allokazzjoni qed jevalwa u jara d-domanda u l-bżonnijiet tal-każijiet.
Belt – Valletta — Awtorità tad-Djar – postijiet vakanti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm l-Awtorità tad-Djar għandha postijiet vakanti għall-akkomodazzjoni soċjali fil-lokalità tal-Belt Valletta iżda li għandhom ħsarat konsiderevoli u li huma inabitabbli? Jista' jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar hijiex se tkun qed tagħmel ir-riparazzjonijiet meħtieġa u jekk iva, meta se jkunu qed isiru dawn ix-xogħlijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interperllant illi, il-postijiet li l-Awtorità tad-Djar għandha fil-pussess tagħha fil-lokalità tal-Belt Valletta, huma proprjetà tad-Dipartment tal-Artijiet jew tal-Uffiċċju Konġunt. L-Awtorità qed tevelwa l-passi meħtieġa dwar propjetajiet ta’ ħsarat konsiderevoli u li huma inabitabbli.