Jista' l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward bżonn ta' servizz mill-Enemalta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat li l-Enemalta plc tkellmet mal-persuna indikata u spjegatlu l-proċeduri meħtieġa biex jirċievi s-servizzi li jeħtieġ.
Passaġġ tal-ajru tat-tieni ġenitur – kura barra l-pajjiż
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li fl-2015 bbenefikaw mill-miżura li permezz tagħha l-Gvern beda jħallas għall-passaġġ tal-ajru tat-tieni ġenitur li jakkumpanja lil ibnu jew lil bintu għall-kura barra l-pajjiż? X’kienet l-ispiża fuq din il-miżura?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-ewwel ta’ Jannar 2014 meta dahlet fis-sehh din il-mizura, sa Dicembru 2015 kien hemm 359 –il familja li bbenefikaw mill-mizura li l-passagg tat-tieni persuna li takkumpanja pazjenti taht it-tmintax il-sena li imorru ghall-kura barra il-pajjiz jigi kopert mil-gvern.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20329 u jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid jekk il-membri, inklużi ċ-Chairperson u s-Segretarju ta' dawn il-bordijiet jieħdux xi remunerazzjoni? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hi r-remunerazzjoni, li kull sena jirċievi ċ-Chairperson, is-segretarju u kull membru, separatament, ta' kull bord?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Sptar Ġenerali t’Għawdex – xogħol ta’ mmodernizzar
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19739, fejn il-Ministru qal “li hemm pjanijiet avvanzati għall-żvilupp estensiv fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex li se twassal għall-qabża kbira fis-servizz tas-saħħa f’Għawdex” jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni hekk kif mitluba fil-mistoqsija u ċjoè: x’inhi r-raġuni li sar xogħol ta’ mmodernizzar fil-kuriduri tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex, imma r-reception area tal-Outpatients tħalliet fi stat ħażin ħafna u ma sar l-ebda xogħol ta’ refurbishment f’din l-area? Jaħsibx il-Ministru li dan ix-xogħol hu wkoll ikkunsidrat bħala żvilupp u qabża ta’ kwalità fl-Isptar?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11307 u jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid għal kemm kienet tammonta l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet fis-sena 2012, fl-2013 u fl-2014?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Issa li qed jingħad li ġie ffinalizzat il-ftehim dwar it-tmexxija tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid x’ammont, f’termini ta’ infiq, hu stmat li se jħalli dan il-proġett jiġifieri dak ta’ turiżmu mediku?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-progett tal-Isptar Generali t’Ghawdex u l-Iskola Medika ta’ Barts se ikunu ta’ beneficcju ghall-Ghawdxin fuq diversi oqsma. L-Ghawdxin mhux biss se jkollhom sptar tal-oghla livell minn fejn jiehdu l-kura taghhom, izda l-gzira Ghawdxija se titpogga ukoll fuq il-mappa dinjija fil-qasam mediku.
L-ekonomija Ghawdxija se tkun qed tibbenifika direttament mit-turizmu mediku, kif ukoll mill-istudenti u lecturers ta’ Barts.
Barts School of Medicine – Malta Medical Students Association
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21438, jista’ l-Ministru jgħid jekk fost l-oġġezzjonijiet tal-istudenti tal-mediċina hemmx is-segwenti: (a) li l-istudenti barranin ta’ Barts mhux se jkollhom Medical Maltese bħal m’għandhom l-istudenti tal-fakultà tal-Università ta’ Malta (2) l-istudenti ta’ Barts se jieħdu post l-istudenti Maltin biex jagħmlu l-prattika f’Mater Dei u (3) li minħabba l-istudenti ta’ Barts, se tinħoloq problema fuq in-numru ta’ studenti Maltin li jistgħu jidħlu fil-Foundation Course?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dipartiment tas-Sahha iltaqa mal-istake holders kollha kkoncernati. Id-diskusjonijiet bejn l-Universita ta’ Malta u l-Gvern jinsabu fi stadju avvanzat, tant li fil-jiem li gejjin ser ikun qed jigi ffirmat il-ftehim bejn iz-zewg partijiet fuq dan ir-rigward.
Barts School of Medicine – Malta Medical Students Association
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21438, jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġi ffirmat il-ftehim bejn l-Università ta’ Malta u d-Dipartiment tas-Saħħa?
Barts School of Medicine –Medical Association of Malta
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21439, jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġi ffirmat il-ftehim mal-Medical Association of Malta (MAM) fuq kif se jiġu affettwati t-tobba Maltin minħabba l-kuntratt li ġie ffirmat ma’ Barts School of Medicine?
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21440, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-maġġoranza tal-lecturers fil-Fakultà tal-Mediċina mhux qed jaqblu li Barts School of Medicine jużaw l-Isptar Mater Dei għat-taħriġ tal-istudenti barranin għax dan se jkollu impatt negattiv fuq il-pazjenti Maltin, l-istudenti Maltin, il-lecturers Maltin u l-istess Università ta’ Malta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant li mistoqsija parlamentari 22602.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21441, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istudenti ta’ Barts hux se jużaw Għawdex għall-ewwel sentejn akkademiċi u wara jużaw l-Isptar Mater Dei għas-sezzjonijiet prattiċi mal-pazjenti Maltin?
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni għall-estensjoni fuq l-oqbra? Jista' jagħti d-dettalji dwar meta se jibda t-tħaffir u meta hu ppjanat li se jitqassmu lil dawk li diġà ħallsu €2,500?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-granet li gejjin l-individwi li ghandhom konvenji ffirmati fuq oqbra fl-estensjoni tal-Addolorata ser ikunu qed jircievu invit sabiex jigedded il-konvenju.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward kont tad-dawl u l-ilma li minkejja li tħallas, għadu jidher fil-kont?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat l-każ huwa solvut.
Għawdex — Kerċem - Triq Bir Rix f'Santa Luċija - rranġar ta' toqba
Question
Jista' l-Ministru jara li toqba kbira li hemm f'nofs it-Triq Bir Rix f' Santa Luċija, Kerċem, Għawdex u li għandha tingħalaq mill-Enemalta tiġi magħluqa fl-iqsar żmien possibbli stante li din ilha aktar minn sena miftuħa u hija ta' periklu għall-vetturi u nies li jgħaddu minn din it-triq? Jista' jara li siġar tal-palm li ilhom mejtin xhur u li jinsabu fl-area tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex jiġu maqlugħa biex jiġi assigurat li minnhom ma jkomplix jiġi mifrux il-mard li joqtol siġar oħra kif ukoll li ma jkomplux jkerrħu d-dehra ta' madwar l-Isptar ta' Għawdex?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-Enemalta li x-xogħlijiet fit-triq imsemmija, se jsiru fil-ġimgħat li ġejjin, wara li tlesta x-xogħol minn entitajiet oħra konċernati.
Rigward it-tieni mistoqsija, il-palm li qegħdin fl-
area
li taqa’ taħt ir-responsabilta’ tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex qed jiġu ndukrati u mħarsa skont kif ġie mitlub mid-Direttorat tas-Saħħa tal-Pjanti.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20305, jista’ l-Ministru jgħid minn Marzu 2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm saru direct orders għal xiri ta’ mediċini? Ġew irrispettati r-regoli tal-procurement? Mingħand min inxtraw dawn il-mediċini?
San Pawl il-Baħar – Bozoz skonnettjati mill-Enemalta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm bozoz li ġew skonnettjati mill-Enemalta, b’inizjattiva tal-istess Enemalta, f’San Pawl il-Baħar, matul dawn l-aħħar sentejn? Fejn jinsabu dawn il-bozoz li ġew skonnettjati u li ma tneħħewx minħabba xogħol ta’ kostruzzjoni li kien se jsir?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-Enemalta plc li l-kumpanija ma skonnettjat l-ebda bozoz f’San Pawl il-Baħar.