Dekasteru tal-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — direct orders mogħtija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14684 uċjoè jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’-direct orders bid-dettalji ta’ kull direct order li ngħataw minn dawn l-entitajiet matul l-2014:
(a) il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar;
(b) MIMCOL;
(ċ) MGI;
(d) Projects Malta;
(e) MITA;
(f) MCA;
(g) MGA;
(h) Malta Enterprise; u
(i) Malta Industrial Parks?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Il-Belt Valletta, il-Furjana, Tal-Pietà, il-Ħamrun, il-Marsa u SantaVenera – intrapriżi
Question
Jista’ l-Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14702 u ċjoè jgħid kemm hemm intrapriżi li għandhom liċenzji tal-kummerċ fil-lokalitajiet tal-Belt Valletta, il-Furjana, Tal-Pietà, il-Ħamrun, il-Marsa u Santa Venera?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha s-Sezzjoni Liċenzi tal-Kummerċ, l-għadd ta' intrapriżi li għandhom liċenza tal-kummerċ f'dawn il-lokalitajiet li ġejjin, huma:
Belt Valletta: 748
Il-Furjana: 114
Tal-Pieta': 153
Il-Ħamrun: 578
Il-Marsa: 371
Santa Venera: 260
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-proġetti kollha ta’ investiment barrani li l-Malta Enterprise irnexxiela ġġib fl-2015? Għal kull każ, jista’ jagħti:
a) in-natura tal-investiment;
b) in-nazzjonalità tal-investitur jew il-
parent company
li qed tinvesti; u
c) in-numru ta’ ħaddiema ġodda li se tkun qed tingaġġa f’pajjiżna u meta se tingaġġahom?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — pagamenti
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ pagamenti ta’ aktar minn €2,000 li saru matul l-ewwel disa’ xhur tal-2015 mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet li huma fid-dekasteru tiegħu u għal kull każ jgħid:
a) id-data meta sar il-pagament;
b) min irċieva l-pagament;
c) għal xiex tħallas il-pagament;
d) min approva l-ispiża; u
e) kienx qed isir pagament wara lil min tħallas kien rebaħ
tender
jew intgħażilx b’mod dirett?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Dekasteru tal-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — direct orders mogħtija
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ direct orders bid-dettalji għal kull direct order li ngħata minn dawn l-entitajiet matul l-2015:
(a) il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar;
(b) MIMCOL;
(ċ) MGI;
(d) MITA;
(e) KGT;
(f) MCA;
(g) MGA;
(h) Malta Enterprise;
(i) Malta Industrial Parks; u
(j) Malta Freeport Corporation?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dar kemm hemm liċenzji ta’ negozji fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għadd ta’ liċenzi ta’ negozji f’San Pawl il-Baħar (li jinkludi wkoll il-Qawra, Burmarrad, Buġibba u x-Xemxija) li l-ħruġ tagħhom jaqa’ taħt ir-responsabilità tad-departiment tal- Kummerċ hu ta’ 511.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il posta (stall) huma permessi li jarmaw il-bejjiegħa tal-Monti li għandhom permess li jarmaw fil-Monti tal-Belt (jiġifieri dak li jarma mit-Tnejn sas-Sibt fi Triq il-Merkanti tal-Belt)?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li It-total ta' permessi huwa dak ta 74.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern intrabatx mal-kumpanija li ngħatat il-kuntratt sabiex tiġġenera u tamministra s-Suq tal-Belt, sabiex jirriloka l-Monti tal-Belt (jiġifieri dak li jarma mit-Tnejn sas-Sibt fi Triq il-Merkanti tal-Belt) minn quddiem l-istess Suq tal-Belt?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-bejjiegħa liċenzjati tal-Monti tal-Belt (jiġifieri dak li jarma mit-Tnejn sas-Sibt fi Triq il-Merkanti tal-Belt) ingħatawx offerta ta’ kumpens biex iċedu l-posta tagħhom fil-Monti??
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Malta Industrial Parks u Malta Enterprise – spazji industrijali
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-policy li hija in vigore fir-rigward ta’ kif jiġu allokati l-ispazji industrijali mill-Malta Industrial Parks u/jew il-Malta Enterprise?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispazji industrijali jiġu allokati skond l-esiġenza tal-klijent u skond l-ispazzju disponibbli biex jiġi allokat f'dak iż-żmien
Malta Industrial Parks u Malta Enterprise – spazji industrijali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min jieħu d-deċiżjonijiet finali dwar l-allokazzjonijiet tal-ispazji industrijali jekk hux mill-Malta Industrial Parks u/jew mill-Malta Enterprise?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-deċiżjonijiet finali dwar l-allokazzjonijiet tal-ispazji industrijali huma meħuda mill-Malta Industrial Parks.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u l-Intrapriżi Żgħar – pagamenti mħallsa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14598 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ pagamenti ta’ aktar minn €2,000 li saru matul is-sena 2014 mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, u għal kull każ jgħid:
(a) id-data meta sar il-pagament;
(b) min irċieva l-pagament;
(ċ) għal xiex tħallas il-pagament;
(d) min approva l-ispiża; u
(e) il-pagament kienx qed isir wara li min tħallas kien rebaħ tender jew intgħażilx b’mod dirett?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid xi ħlas kienu jirċievu d-diretturi tal-Malta Investment Management Company Limited (MIMCOL) maħtura mil-Gvern, inklu¿ il-perkaċċi kollha li kienu jgawdu minnhom, bejn l-1990 u l-1993?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’seduta oħra.
Malta Development Corporation — ħlasijiet lid-diretturi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi ħlas kienu jirċievu d-diretturi tal-Malta Development Corporation (MDC) maħtura mil-Gvern, inkluż il-perkaċċi kollha li kienu jgawdu minnhom, bejn l-1990 u l-1993?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid min kien iċ-Chairman tal-Bord tal-Awtorità tal-Lotteriji u l-Logħob bejn l-2003 u l-2008 u xi ħlas kien jirċievi, inkluż il-perkaċċi kollha li kien igawdi minnhom?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Iċ-Chairman tal-Bord tal-Awtorità tal-Lotteriji u l-Logħob bejn l-2003 u l-2008 kien Dott. Joseph Zammit Maempel, LL.D.
Ir-Remunerazzjoni kienet ta’ LM6,000 (€13,976) per annum.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — xogħol ta' konsulenza lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa’ Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tax-xogħol li sar mill-Bord tal-Koperattivi fl-2015?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li matul 2015 fil- Bord tal-Koperattivi :
1. Ġew reġistrati żewg koperattivi ġodda.
2. Tkompla jissaħħaħ ix-xogħol regolatorju tal-Bord kemm bħala kuntatt mal-koperattivi, kif ukoll permezz ta’
policy
amministrattiva.
3. Saret konsultazzjoni wiesgħa mal-i
stakeholders
kollha sabiex tħejja dokument dettaljat fuq ir-riforma tal-koperattivi fis-settur pubbliku.
4. Sar xogħol preparatorju u laqgħat ta’ diskussjoni mal-MFSA u
stakeholders
oħra fuq il-kunċett tal-promozzjoni u l-kreazzjoni ta’ Bank Koperattiv.
5. Komplew isiru laqgħat ta’ konsultazzjoni mal-i
stakeholders
sabiex isiru proposti finalizzati għar-riforma fil-Fond Centrali tal-Koperattivi.
6. Sar ix-xogħol preparatorju u tfasslet kampanja ta’ promozzjoni u edukazzjoni fuq il-kunċett koperattiv permezz ta’ kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra u l-mezzi tax-xandir li tnieda fl-2016.
7. Sar taħrig dwar il-kunċett ta’ koperattiva lil numru ta’ persuni li ser jaħdmu fiċ-centri tal-
One Stop Shop
.