Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #31484 Sitting 733 2002-05-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Xitel — Ħlas

Question

Jista' l-Ministru jgħid min se jħallas għax-xitel tal-basal li ħadu l-istaff tal-Ministeru? Kemm ħadu xitel u x'kien l-iskop li ttieħed?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li, kull sena, fl-Għammieri jinżergħu madwar erba’ tmiem żrieragħ tal-basal biex minnhom jitħawlu kampjuni għal esperimenti fl-Għammieri kif ukoll biex jinbiegħ lill-pubbliku bħala xitel għat-tħawwil. Kull sena wkoll, impjegati tad-Dipartiment tal-Biedja u tal-Ministeru li jkunu interessati jingħataw bla ħlas minn dawn ix-xtieli tal-basal, partikolarment minn dawk il-kampjuni li jibqgħu ma jinbigħux. Dan ma sarx biss din is-sena, iżda wkoll fis-snin l-imħhoddija, inklużi fis-snin 1997 u 1998 meta l-Onor Interpellant kien il-Ministru responsabbli mill-biedja. Jien infurmat li fl-ebda sena ma jinżammu rekords ta’ xtieli tal-basal li jkunu tqassmu b’xejn. Tajjeb li jingħad li filwaqt li ż-żriegħ tal-basal ikun bejn wieħed u ieħor l-istess kull sena, din is-sena nbiegħu b’kemm jiswew Lm1,041.20 xtieli (bil-prezz ta’ 30c kull mitt xitla). Filwaqt li fis-snin 1997 u 1998 inbiegħu biss b’kemm jiswew Lm596.60 u b’Lm586.50 xtieli rispettivament. Dan ifisser kważi n-nofs li nbiegħ din is-sena. Dak iż-żmien ukoll il-prezz kien ta’ 30c kull mija. Dawn iċ-ċifri jitkellmu waħedhom u persważ li jifhimhom kulħadd.
Leg 9 PQ #31487 Sitting 733 2002-05-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Rapporti — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus għar-rapporti li saru mill-ministeru u jew id-dipartiment u jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul l-1999, 2000 u 2001? Liema kienu dawn ir-rapporti separatament u kemm minnhom tpoġġew fuq il-mejda tal-kamra?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jekk l-Onor. Interpellant jippreċiżali x'tip ta' rapporti għandu f'moħħu u jekk jindikali l-iskop għalfejn qiegħed jitlob tagħrif dwar in-nefqa għal kull rapport li sar fuq perjodu ta' tliet snin sħaħ, inkun nista' niddeċiedi jekk inhix ġustifikat li nordna li jintużaw ir-riżorsi meħtieġa biex tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #33204 Sitting 733 2002-05-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Trasferiment ta' Qbiela

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-iżviluppi dwar mistoqsija parlamentari nru. 19734 peress li kull min qiegħed jitlob trasferiment ta' qbiela bejn l-aħwa għadu bla risposta?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li qegħdin ikunu diskussi diversi emendi fil-liġi li tikkontrolla l-kiri tar-raba'. Fost l-oħrajn għandha tiġi ċċarata darba għal dejjem l-interpretazzjoni ta'membru tal-familja. Għal dan l-iskop diġa' saret laqgħa bejn uffiċjali tat-Taqsima għas-Servizzi Rurali u l-uffiċjali mill-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali.
Leg 9 PQ #31434 Sitting 732 2002-05-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mis-sussidji kollha li jingħad l-UE għanda tagħti lill-Malta għall-iżvilupp tas-setturi tal-Biedja u s-Sajd ingħataw lill-Gvern Malti matul l-1999, 2000 u 2001 għall-iżvilupp u ristrutturar ta' l-industrija lokali tal-iproċessar tal-produzzjoni tal-ħaxix frisk.

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 31427.
Leg 9 PQ #31435 Sitting 732 2002-05-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mis-sussidji kollha li jingħad l-UE għanda tagħti lill-Malta għall-iżvilupp tas-setturi tal-Biedja u s-Sajd ingħataw lill-Gvern Malti matul l-1999, 2000 u 2001 għall-iżvilupp u ristrutturar ta' l-industrija lokali tal-iproċessar tal-produzzjoni tal-frott frisk?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 31427.
Leg 9 PQ #31436 Sitting 732 2002-05-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mit-Lm 8 miljuni li l-Gvern qed jivvota għall-iżvilupp u ristrutturar tas-settur tal-Biedja u s-Sajd għall-din is-sena, 2003 u 2004 ġew mill-EU?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd qed iħejji skemi biex tingħata l-għajnuna meħtieġa ħalli jsir ir-ristrutturar kemm fil-qasam tal-biedja kif ukoll f'dak tas-sajd. Dawn l-iskemi se jkunu diskussi ma' l-Unjoni Ewropea biex jintlaħaq ftehim dwar co-financing.
Leg 9 PQ #31461 Sitting 732 2002-05-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mis-sussidji kollha li jingħad l-UE għanda tagħti lill-Malta għall-iżvilupp tas-setturi tal-Biedja u s-Sajd ingħataw lill-Gvern Malti matul l-1999, 2000 u 2001 għall-iżvilupp u ristrutturar tal-packing system f'Ta Qali

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 31427.
Leg 9 PQ #31462 Sitting 732 2002-05-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mis-sussidji kollha li jingħad l-UE għanda tagħti lill-Malta għall-iżvilupp tas-setturi tal-Biedja u s-Sajd ingħataw lill-Gvern Malti matul l-1999, 2000 u 2001 għall-iżvilupp u ristrutturar tal-Pitkalija Ċentrali

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 31427.
Leg 9 PQ #31463 Sitting 732 2002-05-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mis-sussidji kollha li jingħad l-UE għanda tagħti lill-Malta għall-iżvilupp tas-setturi tal-Biedja u s-Sajd ingħataw lill-Gvern Malti matul l-1999, 2000 u 2001 għall-iżvilupp u ristrutturar tal-fabrika tal-ġdida tal-ħalib?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 31427.
Leg 9 PQ #31428 Sitting 731 2002-05-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mis-sussidji kollha li jingħad l-UE għanda tagħti lill-Malta għall-iżvilupp tas-setturi tal-Biedja u s-Sajd ingħataw lill-Gvern Malti matul l-1999, 2000 u 2001 għall-iżvilupp u ristrutturar ta' l-industrija lokali tal-poultry

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 31427.
Leg 9 PQ #31429 Sitting 731 2002-05-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mis-sussidji kollha li jingħad l-UE għanda tagħti lill-Malta għall-iżvilupp tas-setturi tal-Biedja u s-Sajd ingħataw lill-Gvern Malti matul l-1999, 2000 u 2001 għall-iżvilupp u ristrutturar ta' l-industrija lokali tal-ħalib frisk

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 31427.
Leg 9 PQ #31430 Sitting 731 2002-05-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mis-sussidji kollha li jingħad l-UE għanda tagħti lill-Malta għall-iżvilupp tas-setturi tal-Biedja u s-Sajd ingħataw lill-Gvern Malti matul l-1999, 2000 u 2001 għall-iżvilupp u ristrutturar ta' l-industrija lokali taċ-ċanga friska

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 31427.
Leg 9 PQ #31431 Sitting 731 2002-05-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mis-sussidji kollha li jingħad l-UE għanda tagħti lill-Malta għall-iżvilupp tas-setturi tal-Biedja u s-Sajd ingħataw lill-Gvern Malti matul l-1999, 2000 u 2001 għall-iżvilupp u ristrutturar ta' l-industrija lokali tal-fniek

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 31427.
Leg 9 PQ #31432 Sitting 731 2002-05-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mis-sussidji kollha li jingħad l-UE għanda tagħti lill-Malta għall-iżvilupp tas-setturi tal-Biedja u s-Sajd ingħataw lill-Gvern Malti matul l-1999, 2000 u 2001 għall-iżvilupp u ristrutturar ta' l-industrija lokali tal-iproċessar tal-laħam abjad u aħmar

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 31427.
Leg 9 PQ #31433 Sitting 731 2002-05-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mis-sussidji kollha li jingħad l-UE għanda tagħti lill-Malta għall-iżvilupp tas-setturi tal-Biedja u s-Sajd ingħataw lill-Gvern Malti matul l-1999, 2000 u 2001 għall-iżvilupp u ristrutturar ta' l-industrija lokali tal-iproċessar tat-tadam

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 31427.
Leg 9 PQ #33144 Sitting 731 2002-05-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Marina Palace — Msida

Question

Jista' l-Ministru jara li s-siġar li hemm quddiem id-dar tal-anzjani Marina Palace ġo Msida Rd, Msida jinżabru għaliex qed ifixklu il-veduta tar-residenti billi issa ffullaw ħafna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li t-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tkun mistħarrġa. Ta' min isemmi li ż-żabra tas-siġar titwettaq skond il-bżonn u t-tip tas-siġra, kif ukoll iż-żmien u l-effetti li żabra spissa jista' jkollha fuq l-għeruq u strutturi viċin tas-siġar.
Leg 9 PQ #33175 Sitting 731 2002-05-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Siġra tal-Acacia

Question

Nirriferi l-Ministru għas-sigra kbira tal-Acacia li hemm fi Ġnien tal-privat quddiem Vista Court, Bella Vista Str, San Ġwann billi din qed tkun ta' inkonvenjent kbir għas-saħħa tar-residenti kemm dawk li jbatu bil-hay fever kif wkoll minħabba l-għadd kbir ta' nemus li tiġbox fuqha, jistax is-sid jiġi avviċinat bil-kelma it-tajba mill-awtoritajiet biex ineħħija biex forsi jiġi mgħelub dan l-inkonvenjent?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li t-Taqsima tas-servizzi Agrikoli u Żvilupp Rurali ma tistax tindaħal f'dak li jitkabbar f'ġonna privati. M'hix prassi lanqas li t-Taqsima tiddiskrimina kontra l-Acacia meta m'hemmx bażi jew prova xjentifika għal dan l-aktar ukoll meta l-pollen fl-arja ġej minn diversi pjanti u siġar oħra.
Leg 9 PQ #31379 Sitting 730 2002-05-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Laħam tal-Majjal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur f'ċifra ta' flus tal-laħam tal-majjal li pproduċiet l-industrija lokali s-sena li għaddiet? Jista' jgħati l-istess informazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998, 1997, 1996 u 1995?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-valur tal-laħam tal-majjal prodott mill-industrija lokali f'dawn l-aħħar seba' snin kien kif jidher hawn taħt: Sena Valur (miljuni Maltin) 1995 Lm 6.89 1996 Lm 7.23 1997 Lm 8.42 1998 Lm 8.59 1999 Lm 8.50 2000 Lm 7.90 2001 Lm 8.09
Leg 9 PQ #31380 Sitting 730 2002-05-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pitkalija Ċentrali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur f'ċifra ta' flus tal-ħaxix u frott li ddaħal il-pitaklija ċentrali f'Ta' Qali s-sena li għaddiet? Kemm kienet il-kummissjoni li tħallset fuqu? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998, 1997, 1996, u 1995 rispettivament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-valur fi flus tal-ħaxix u frott li ddaħħal fil-Pitkalija Ċentrali kienu hekk: 1995 Lm4,983,922 1996 Lm5,441,500 1997 Lm5,295,820 1998 Lm5,710,300 1999 Lm5,498,782 2000 Lm4,998,420 2001 Lm5,322,506 Il-kummissjoni li titħallas lill-pitkal fuq il-bejgħ sal-1995 kienet ta' 6.25% imħallsa kollha mill-bdiewa. Mill-1996 il-kummissjoni saret ta' 8% li 1.75% jitħallsu mill-Gvern.
Leg 9 PQ #31381 Sitting 730 2002-05-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Grading tal-Prodott

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm matul dawn l-aħħar tliet snin saru laqgħat, korsijiet lill-bdiewa sabiex dawn jitħarġu fuq kif isir il-grading ta' l-prodott tagħhom? Minn kien l-uffiċjal/uffiċjali nkarigati minn dawn il-laqgħat u fejn saru?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li matul dawn l-aħħar tliet snin saru diversi laqgħat mal-bdiewa fuq grading b'mod informali. Il-bdiewa dejjem ġew avżati biex jieħdu l-prodott tagħhom fil-Pitkalija, magħżul kif suppost, biex il-prodott tagħhom iġib l-aħjar prezzijiet.