Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mosta — Triq Filippo Apap Bologna

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet li saru mis-segretarjat għan-negozji żgħar fi Triq Nikol Muscat kantuniera ma' Triq Filippo Apap Bologna, Mosta li permess tagħhom ingħalqet it-Triq Filippo Apap Bologna inkluż speċi ta' flower pot kbir kienx kopert bil-permessi tal-MEPA meħtieġa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li t-triq imsemmija minn dejjem kienet magħluqa permess ta' ħajt tas-sejjieħ. Dan il-ħajt kien qed jifred parti ta' din it-triq minn oħra peress li hemm diżlivell ta' madwar metru u metru u nofs. Din iż-żona kienet ukoll post fejn ta' sikwit kien jintrema skart. Peress li inħasset il-ħtieġa li titnaddaf din l-area, waqa' dan il-hajt u tela’ ieħor minfloku li kien ukoll jinkorpora post fejn jitħawlu xi sigar. Madankollu, billi x-xogħlijiet saru fi triq li hija proġettata skond l-Iskemi ta' 1988 (Provvedimenti Temporanji) u l-Pjan Lokali rispettivament, dawn ix-xogħlijet jinħtieġu permess ta' żvilupp. Għalhekk, ser jittieħdu l-passi meħtieġa mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) kif stabbilit mill-Att Dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp.

Mosta

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 25930 u jgħid jekk ix-xogħlijiet li saru mis-segretarjat għan-negozji żgħar fi Triq Nikol Muscat kantuniera ma' Triq Filippo Apap Bologna, Mosta li permess tagħhom ingħalqet it-Triq Filippo Apap Bologna inkluż speċi ta' flower pot kbir kienx kopert bil-permessi tal-MEPA meħtieġa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 25930.

Ħajt madwar sit ta' kostruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jivverifika l-pożizzjoni li ħajt ta' lqugħ li nbena madwar sit ta' kostruzzjoni fit-tarf ta' Triq Birbal, Balzan/B'Kara peress li dan inbena fit-tarf tal-bankina bil-konsegwenza li llum ma fadalx bankina għan-nies li jgħaddu minn din it-triq traffikuża, b'periklu kbir għalihom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li wara investigazzjoni mit-Taqsima għall-Infurzar ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) irriżulta li f'tarf Triq Birbal, Ħal Balzan, qiegħed isir xogħol ta’ tħammil kopert b'permess PA4235/04. Kif stipulat fil-kundizzjonijiet tal-permess, ittella’ ħajt ta' lqugħ li però qiegħed f'tarf il-bankina. Kien ikkuntatjat il-perit responsabbli u dan ikkonferma li minħabba n-natura tal-blat u d-djuq tal-bankina eżistenti, il-ħajt ta’ lqugħ kellu jittella’ hekk. Min-naħa tiegħu l-perit kiteb lill-Awtorità dwar it-Trasport u din irrakkomandat li fiċ-ċirkostanzi għandha ssir zebra crossing temporanja. Ġie notifikat ukoll il-Kunsill Lokali u dan qabel mal-proposta u għandu jinforma lill-perit fejn tista’ ssir din iż-zebra crossing. Kemm id-Dipartiment tat-Toroq kif ukoll il-Pulizija ġew infurmati b'dan ix-xogħol.

Ikel lill-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji l-għajnuna f'forma ta' ikel li kienet qed titqassam lill-anzjani issa twaqqfet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jíċċara għal liema forma ta’ ikel qiegħed jirreferi.

Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent — Dħul ta' l-Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati fid-dipartimenti jew dekasteri li jaqgħu taħtu li matul is-sena 2006 qalgħu bejn paga/allowance/bonus/overtime minn a) 8,000 sa 9,000 b) 9,000 sa 10,000 c) 10,000 sa 12,000 d) aktar minn 12,000 e) anqas minn 5,000?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt: Servizz Pubbliku Numru ta' Impjegati Anqas minn 5,000 305 8,000 - 8,999 32 9,000 - 9,999 12 10,000 – 12,000 20 Aktar minn 12,000 19 Settur Pubbliku Numru ta' Impjegati Anqas minn 5,000 150 8,000 - 8,999 49 9,000 - 9,999 60 10,000 – 12,000 63 Aktar minn 12,000 60

Majjal imrobbi lokalment

Question

Fir-rigward tal-kumpens li l-gvern qiegħed jgħaddi lil min jixtri l-laħam tal-majjal imrobbi lokalment, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-gvern qiegħed iħallas dan il-kumpens minflok ma jara li jinqatel majjal lokali meta hu fatt magħruf li dan il-kumpens inħareġ sabiex jinqatel il-majjal lokali u fil-fatt mhux qed jiġri dan? Jista' jgħid x'passi se jittieħdu sabiex is-suq lokali jiġi salvagwardjat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispjega eżatt xi jrid jgħid bil-Mistoqsija tiegħu.

Majjal lokali u dak importat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibilta' hemm li l-majjal lokali jibda jiġi gradad u li l-majjal importat jiġi wkoll mogħti grading u ppakkjat b'mod li jintgħaraf minn dak lokali? Fin-nuqqas ta' tali grading u distinzjoni ta' kwalita' u dan sabiex il-produtturi tal-majjal lokali ma jisfawx fix-xejn appena jonqos is-sussidju, jista' jgħid hemmx ħsieb ta' xi għajnuna alternattiva?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-majjal lokali diġà hu suġġett għall-klassifikazzjonijiet skond is-sistema ‘Scase’. Rigward il-parti tal-Mistoqsija dwar ippakkjar, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din lill-Ministru kkonċernat.

Qtil tal-majjal

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibilta' hemm li tinbidel is-sistema preżenti u ċioe' li l-majjal jinqatel skond il-grazzja ta' l-individwu u tidħol waħda ta' roaster li tirrifletti permezz ta' persentaġġ il-kwota li kull produttur jiddetjeni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-booking tal-qatla huwa f’idejn il-Koperattiva tal-Produtturi tal-Majjal.

MEPA — Applikazzjonijiet li jikkonċernaw irziezet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-MEPA qiegħda tkaxkar saqajha fl-evalwazzjoni ta' applikazzjonijiet li jikkonċernaw irziezet tat-trobbija ta' annimali, fosthom majjal, meta din l-evalwazzjoni kellha ssir sabiex l-istess irziezet ikunu compliantmar-rekwiżiti ta' l-Unjoni Ewropea sa l-aħħar ta' Mejju 2007?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) tiprijoritizza l-ipproċessar ta' dawn l-applikazzjonijiet. Dan l-aħħar twaqqaf ukoll tim żgħir ta' nies li qiegħed jikkonċentra speċifikament fuqhom, b'koordinament sħiħ mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, mas-Servizzi Veterinarji u ma’ dipartimenti oħrajn. Wieħed irid iżomm f'moħħu li dawn huma applikazzjonijiet kumplessi ta' rziezet li tipikament ikunu kbar u li għandhom diversi impatti fuq, fost l-oħrajn, l-ambjent tal-madwar, ir-residenti li joqogħdu fil-qrib u fuq l-ilma tal-pjan. Għalhekk, biex jiġu pproċessati dawn l-applikazzjonijiet ikun hemm bżonn ukoll ta' informazzjoni minn diversi dipartimenti u awtoritajiet oħrajn, kif ukoll, diversi drabi, mill-periti u l-konsulenti ta' l-applikanti. Iż-żmien li jittieħed biex tasal din l-informazzjoni sfortunatament bilfors itawwal iż-żmien biex jiġu determinati l-applikazzjonijiet. L-irziezet iridu jkunu konformi mar-rekwiżiti ta' l-Unjoni Ewropea sa l-ewwel ta' Mejju 2008, u mhux sa l-aħħar ta' Mejju 2007 kif indikat mill-Onorevoli Interpellant. Għaldaqstant huwa ċar li mhuwiex minnu li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) qed “tkaxkar saqajha” kif allega l-Interpellant.

Sussidju mill-EU — Bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' sussidju ħadu l-bdiewa mill-Unjoni Ewropa? Kemm kienet tammonta? Kemm ġew irrifjutati talbiet u x'kienu t-talbiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li mill-2004 s’issa tħallsu madwar €20,781,680.23 mill-fondi tal-Pjan għal Żvilupp Rurali li jirrigwardaw il-miżuri: Agri-Ambjentali, Ad Hoc, Less Favoured Areas, Meeting Standards, Technical Assistance u State Aid Complement. Barra minn dawn il-fondi li jikkonsistu f’Guarantee Payments, s’issa saru wkoll Guidance Payments ta’ madwar €2,480,295.71 bbażati fuq Fondi Strutturali għall-miżuri 3.1 u 3.2 dwar investimenti mill-bdiewa u r-raħħala kif ukoll mill-agro-proċessuri. Mill-applikazzjonijiet għall-miżuri ta’ Guarantee , l-ebda applikazzjoni ma tiġi rrifjutata biss dawn ikunu evalwati għall-eliġibbilità tagħhom biex isir ħlas skond il-valutazzjoni u r-regoli li japplikaw għal kull miżura. Mill-applikazzjonijiet għall-miżuri ta’ Guidance , kien hemm 616 u 57 applikazzjoni li minnhom intgħa¿lu 120 u 27 għall-miżuri 3.1 u 3.2 rispettivament. L-applikazzjonijiet kienu għall-investimenti fl-irziezet u farm holdings kif ukoll marketing u pproċessar ta’ prodotti agrikoli.

SEA audit — Uffiċjali maħtura

Question

Jista' l-Minsitru jgħid min kienu l-uffiċjali kollha maħtura mill-gvern sabiex iservu fuq il-kumitat tas-SEA audit fl-2006 fl-eżerċizzju li l-gvern sejjaħ rationalisation of development boundaries? Minn meta ġie maħtur kull membru u sakemm żammew il-kariga u fuq liema kriterji ġew maħtura? Min kien jew min kienet l-uffiċjal tas-SEA audit teamli qatagħha li m'hemmx ħtieġa ta' environment impact assessment f'dan l-eżerċizzju ta' żoni ġodda ta' żvilupp, ċioe' r-rationalisation of development boundaries?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-membri tas-SEA Audit Team maħtura bis-saħħa ta’ l-Iskeda Sitta ta’ l-Avviż Legali Numru 418 ta’ 2005 bl-isem Regolamenti ta’ l-2005 dwar Stima Ambjentali Strateġika kienu Dr Ing. Christopher Ciantar bħala Chairman fil-kapacità tiegħu ta’ uffiċjal pubbliku u l-Av. Simone Borg u s-Sur Jacques Sciberras bħala membri fil-kapacità tagħhom ta’ avukat u soċjo-ekonomista rispettivament. Il-membri ġew appuntati mill-Kabinet nhar is-27 ta’ Ġunju 2006. Il-membri għadhom iservu sal-lum ħlief l-Av. Simone Borg li rriżenjat mill-Bord xi ġimgħat ilu minħabba raġunijiet personali. Id-deċiżjoni li ż-żoni ta’ żvilupp ma għandhomx jiġu suġġetti għal Stima Ambjentali Strateġika ħadha l-Audit Team skond id-deċiżjoni li ġiet ikkomunikata fil-pubbliku s-sena li għaddiet.

Chadwick lakes — Aforestation

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex it-triq rurali fiċ-chadwick lakes li qiegħda fi stat ħażin ħafna tiġi rranġata bħala parti mill-pjan ta' aforestation? Din it-triq li hija wżata minn ħafna nies għall-mistrieħ iżda wisq aktar mill-bdiewa tal-lokal qiegħda toħloq inkonvenjent kbir.

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-Pjan ta’ Afforestazzjoni huwa mmirat biex jitħawlu siġar f’siti rurali u mhux mat-toroq. Madanakollu, jien infurmat li l-Ministeru tiegħi, dak għar-Riżorsi u l-Infrastruttura (MRES), u l-Awtorità dwar it-Trasport (ADT) għadhom kif għamlu xi xogħlijiet ta’ tiswija ta’ ħitan tas-sejjieħ, tindif, tneħħija ta’ tankijiet, qtugħ ta’ ħaxix u patching fit-triq li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant.

Twaqqiegħ ta' bini

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-obbligi ta' l-iżviluppaturi eċċ. fil-konfront ta' terzi meta jkunu qegħdin iwaqqgħu xi bini li jmiss ma' proprjeta' residenzjali ta' persuni oħra u dan fil-kuntest ta' xi jrid jagħmel l-iżviluppatur biex ma jqiegħedx f'riskju ta' saħħithom u periklu għal ħajja lil dawn it-terzi persuni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Żwiemel

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex m'humiex qed jitħallew jidħlu żwiemel mit-Tunisia meta dawn qed jiġu esportati lejn Franza?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li d-dħul ta’ ekwini mit-Tuneżija huwa permess skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/EC.

Mosta — Triq Filippo Apap Bologna

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet li saru mis-segretarjat għan-negozji żgħar fi Triq Nikol Muscat kantuniera ma' Triq Filippo Apap Bologna, Mosta li permess tagħhom ingħalqet it-Triq Filippo Apap Bologna inkluż speċi ta' flower pot kbir kienx kopert bil-permessi tal-MEPA meħtieġa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Fabbrika ta' Farsons — Ħruġ ta' duħħan

Question

Jista' l-Ministru jgħid, għal ġieħ ir-residenti li joqogħdu fi Triq Notabile u tal-madwar, jekk l-ammonti ta' duħħan iġġenerati mill-fabbrika ta' Farsons hux skond il-liġi, anke fid-dawl ta' l-obbligi li wieħed irid josserva skond liġijiet Ewropej? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid kif wasal għat-tali konklużjoni u jekk ma jafx, jista' jara li jsir studju mmedjatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li din hija l-ewwel darba li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) rċeviet ilmenti ta` dħaħen minn din il-fabbrika. Għaldaqstant ser issir investigazzjoni f’dan ir-rigward mill-uffiċjali ta’ l-Awtorità.

Kummissjoni Ewropea — Proċeduri legali

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'inhi l-pożizzjoni tal-gvern fir-rigward tal-proċeduri legali mressqa mill-Kummissjoni Ewropea kontra Malta fir-rigward ta' allegat ksur ta' artiklu 11 tad-Direttiva 96/59/EC? Jista' jispjega x'miżuri qed jittieħdu, partikolarment mill-MEPA, sabiex ir-rekwiżiti ta' din id-direttiva jkunu milħuqa kif suppost?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Għall-mistoqsija ta’ l-Onorevoli Interpellant jista’ jingħad li l-Gvern ħejja u bagħat ir-risposta ta’ difiża lill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fir-rigward tal-proċeduri legali mressqa mill-Kummissjoni Ewropea kontra Malta fir-rigward ta' allegat ksur ta' Artiklu 11 tad-Direttiva 96/59/EC. Il-Gvern ħejja l-pjanijiet rikjesti mill-Artiklu 11 tad-Direttiva 96/59/EC u dawn il-pjanijiet ġew ikkommunikati lill-Kummissjoni Ewropea. L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) min-naħa tagħha ħadet ħsieb it-transpozizzjoni tad-Direttiva fil-Liġi Maltija kif ukoll diġà ppreparat pjan ta’ kif għandu jiġi mmaniġġjat l-iskart in kwistjoni.

San Ġwann — Ċint faċċata ta' Triq Ugo Carbonaro

Question

Billi ċ-ċint li hemm faċċata ta' Triq Ugo Carbonaro, San Ġwann mhuwiex għoli skond il-liġi f'dawk li huma filati u qiegħed jintuża spiss bħala rubbish dump, jistgħu jittieħdu passi mmedjati kontra s-sidien privati ta' din l-art sabiex jikkonformaw mal-liġi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Membru jiġbed l-attenzjoni tal-Kunsill Lokali rispettiv ħalli tiġi użata l-proċedura li ġiet stabbilita mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) f’każijiet bħal dawn.

Urban Improvement Fund

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 24806 u 24631 u 25433 u jgħid matul is-sena 2006 liema proġetti f'Malta u Għawdex saru b'fondi (in parti jew totali) ta' l-Urban Improvement Fund tal-MEPA? Liema proġetti se jiġu ffinanzjati minn dan il-fond matul is-sena 2007?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni mitluba tidher hawn taħt: Ħlasijiet mill-fond UIF mindu beda s'issa Lokalitá Proġetti Approvati MARSA Trasferiti lill-Awtorità dwar it-Trasport (sehem minn spejjeż ta’ xogħol fi Triq Ħal Saflieni, Luqa) MSIDA Triq G. DeBono: skavar ta' gandott u kisi b'hot tarmac għal kejbil tad-dawl NADUR Manutenzjoni ta’ Triq San Blas PAOLA Manutenzjoni u bini ta’ parking spaces konessi ma’ Triq il-Belt Valletta Il-kumplament ta’ l-informazzjoni għall-mistoqsija qiegħed jinġabar.

Hoarding tal-ġobon u z-zokkor

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk in-negozjanti li ġew msejħa bħala hoarders mill-Gvern innifsu li kienu responsabbli li wasslu biex Malta teħel penali għall-hoarding tal-ġobon u taz-zokkor qabel is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea? Tista' ssemmihom b'isimhom? Billi qed jingħad li dawn ser ikollhom jagħmlu tajjeb għall-penali li ser ikollha tħallas Malta, jista' jikkonferma meta dawn mistennija jiġu mitluba jroddu dan il-ħlas lill-Gvern Malti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.