Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa jew se jieħu fid-dawl tad-diversi rapporti li wasluli dwar drenaġġ li qed ifur għall-bajja sabiħa ta' San Ġiljan, faċċata tar-restaurant Ċiniż li hemm qrib il-monument LOVE?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma għamlet spezzjoni fl-inħawi u rriżulta li kien hemm sadd fis-sistema tad-drenaġġ liema sadd ġie miftuħ.
Jista' l-Ministru jgħid mill-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu, kemm hemm minnhom li jokkupaw kariga fil-PN, fil-kumitati tal-PN jew jaħdmu ma' xi kumpanija tal-PN? Għandhom permess li jagħmlu dan mill-Kap tas-Servizz Ċivili? Dawn ma jistax ikollhom xi konflitt ta' interess fil-qadi ta' dmirijiethom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għada qed tingabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26869 u jgħid x'inhi r-raġuni għala l-provvista ta' l-elettriku qiegħda tiġi sospiża b'mod regolari ma' Malta kollha u b'mod partikolari b'mod frekwenti ħafna fl-inħawi ta' H'Attard?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li numru ta' sospenenzjonijiet fil-provvista ta' l-elettriku kienu kkaġunati minn ħsarat fuq l-impjant tal-ġenerazzjoni u fuq HV Cables. Dawn il-ħsarat affetwaw partijiet varji f'Malta.
Partijiet minn Ħ'Attard kienu affetwati tlett darbiet, darba fil-15 u darbtejn fit-18 ta' Ġunju.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu d-diskussjonijiet ma' l-Enemalta sabiex jiġi provdut street lighting fil-bypass ta' l-Imtarfa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Enemalta mhix responsabli biex tiprovdi "street lighting'' fil-by pass ta' l-Imtarfa.
Għaldaqstant, nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid fhiex wasal il-proċess ta' l-għażla tal-programmi fuq il-PBS għall-istaġun li ġej, wara li dawk li kienu magħżula mill-bord editorjali tal-PBS ġew irtirati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi skond il-Programme Statement of Intent, id-deċiżjoni dwar il-programmi għandha tittieħed mill-Bord tad-Diretturi f'Lulju.
Jista' l-Ministru jgħid fhiex wasal ix-xogħol sabiex tissaħħaħ il-provvista ta' l-elettriku fil-housing estate ta' Verdala Bormla?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li diġa sar xogħol ta' tisħiħ fl-inħawi msemmija u ma jirriżultax li hemm bżonn ta' aktar tisħiħ.
Biex tkun tista issir investigazzjoni aktar profonda ta' xi post partikolari jkun hemm bżonn ta' l-indirizz ta' fejn qiegħed jiġi allegat li hemm problema.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet imwaqqfa mill-gvern? X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet? Jista' jagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom inqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jispjega għaliex kellu jkun hemm persentaġġ daqshekk għoli ta' computers bi problemi li nxtraw taħt l-E-Procurement System? Min kien responsabbli li jiżgura li dawn il-computers jiġu kkonfermati u iċċertifikati tajbin meta ġew delivered fid-dipartimenti konċernati? Kemm-il ditta kien hemm li ttieħdu passi kontra tagħha minħabba li ġew delivered computers mhux ta' livell mixtieq u x'kienu l-passi meħuda? Kemm-il IMO għamel rapport kontra min iddeliverja dawn il-computers mhux ta' kwalita' u lil min ġew indirizzati dawn ir-rapporti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-E-Procurement Framework (CIMU T 0003:2004) jistabbilixxi prinċipji ċari li l-Gvern jistenna u jippretendi li s-suppliers li jagħżlu li jipparteċipaw f’din l-iskema jiggarantixxu li l-prodotti li sejrin jipprovdu u l-proċessi li jħaddmu huma ta’ l-aqwa’ kwalita’. Kull supplier li għażel li jipparteċipa kellu jiffirma dikjarazzjoni (Declaration of Conformance) li huwa sejjer isegwi ma’ l-obbligi kollha stipulati f’dan il-Framework. L-istess Framework jagħmila ċara li l-Gvern jista’ jagħmel spezzjonijiet ‘ad-hoc’ biex jivverifika li dak li qed jigi pprovdut mis-suppliers huwa skond l-istess kundizzjonijiet tal-Framework.
Għaldaqstant, ir-responsabilta’ li tiġi garantita il-kwalita tal-kompjuters provduti lill-Gvern, hija kompletament tas-suppliers.
L’amministrazzjoni ta’ l-E-procurement mill-bidu bdiet tirċievi lmenti, verbali u bil-miktub, mingħand il-Procurement Officers u IMOs. Wara li l-MITTS ġiet assenjata l-inkarigu biex tamministra din is-sistema, u peress li l’ilmenti mill-Procurement Officers u IMOs baqgħu deħlin, ir-rapprezentant tal-MITTS fil-Performance Monitoring Board fil-laqgħa li saret f’Awwissu 2006 spjega li kien qed ikun hemm nuqqasijiet serji f’deliveries ta’ kompjuters fid-Dipartimenti u li din is-sitwazzjoni ma setgħetx tibqa tiġi ttollerata.
Ir-rappreżentant tas-suppliers fuq l’E-Procurement Monitoring Board oġġezzjona li jkun impost fuq is-suppliers li jkollhom standards ta’ kwalita bħal ISO jew standards ekwivalenti. Wieħed irid jirrimarka li l-Framework kien mill-bidu nett jimponi dan l-obligu u kull supplier li daħal fl-iskema iffirma għal dan l-obbligu. Biss l-istess ir-rappreżentant tas-suppliers kien oġġezzjona għal-dan mac-CIMU (li dak iz-zmien kien risponsabbli ghall-amministrazzjoni tas-sistema) u din ta l-aħħar, sabiex tipprova taġevola dil-pozizzjoni, kienet aċċettat li dawn l-obbligi fuq s-suppliers ma jiġux infurzati sakemm is-suppliers jipprovdu kompjuters u servizzi ta’ kwalita’ li wieħed jippretendi mingħajr ħafna osservazzjoni kif kien l-iskop tal-Framework.
Sfortunatament, peress li r-rappreżentant tas-suppliers baqa’ joġġezzjona li jiġu applikati il-quality standards stipulati fil-Framework, gie deciz li immedjatament kienu se jigu ntrodotti mekkanizmi ta’ spezzjonijiet fuq kompjuters u Laptops li jkunu ġew mibjugħa lid-Dipartimenti.
Min dak iz-żmien saru żewġ spezzjonijiet differenti u r-riżultat tagħhom kienu kkomunikat lis-suppliers konċernati. Ir-riżultati ta’ spezzjoni oħra li għadha kemm giet mitmuma qegħdin jiġu finalizzati.
Ma kien hemm l-ebda ditta li ttieħdet azzjoni kontra tagħha iżda dawk li instabu li jpprovdu kompjuters li ma kienux skond il-kwalita stabbilita, kienu infurmati bil-miktub li jekk ma jirrangawx il-pozizzjoni tagħhom jistgħu ma’ jiħallewx jippareteċipaw aktar f’din is-sistema. Għaldaqstant is-suppliers kollha li jipparteċipaw fl-E-Procurement ġew mitluba li jagħmlu ‘self-audit’ tal-kompjuters kollha li jpprovdu lill-gvern mill-1 ta’ Settembru 2006 ‘l hawn.
Jista' l-Ministru jinvestiga ilmenti ta' residenti ta' Luqa Briffa Street, Gżira fil-parti li tmiss mal-Msida li qed jiġu trakkijiet bir-raw sewage u jiddumpjawh fl-apert ħdejn il-pumping stationli hemm fl-istess triq kantuniera ma' Rue D'Argens għaliex dan qed joħloq inkonvenjent kbir għar-residenti tal-lokal anki mill-aspett ta' saħħa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Wastewater Unit iġġorr ir-‘raw sewage’ ġo bowsers apposta u mhux ġo trakkijiet.
Kemm dan is-sewage kif ukoll dak ta’ bowsers privati jintrema f’postijiet approvati mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma. Il-Gżira Pumping Station mhix waħda min dawn il-postijiet.
Ġie li jkun il-każ li xi materjal jintefa fil-Gżira Pumping station temporanjament, iżda dan ma jkunx ‘raw sewage’.
Jista' l-Ministru jinvestiga it-tappiera li hemm fi Triq Luqa Briffa kantuniera ma' Triq G Tua, Gżira li ma kull maltempata speċjalment dik ta' ftit jiem ilu qegħda tfawwar ħafna drenaġġ b'inkonvenjent għar-residenti tal-inħawi? Jista' jsir liaison mad-Dipartiment tas-Saħħa dwar dan? Huwa minnu li dan ic-cesspit mhuwiex jintuża iżda xorta waħda huwa mimli drenaġġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li meta tagħmel xita qawwija is-sistema tad-drenaġġ f’ħafna każi ma tlaħħaqx ma l-ilmijiet li jintefgħu ġo fiha illegalment madwar Malta kollha.
Il-Wastewater Unit tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma għadha kemm naddfet is-sistema ta’ drenaġġ fi Triq Luqa Briffa u Triq G.Tua il-Gżira u għalhekk m’hemmx problemi fis-sistema tad-drenaġġ f’dawn l-inħawi li hija normali.
“Il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta’ l-Ilma konsistentement tikkordina investigazzjonijiet dwar fawran ta’ drenaġġ ma’ l-awtoritajiet sanitarji li huma responsabbli biex jittiehdu passi meta dan il-fawran ikun ġej minn servizzi privati. Ma jidhirx li dan hu l-każ fiċ-ċirkostanzi li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant.
Ma hemm ebda fossa (cesspit) fit-toroq indikati.
Jista' l-Ministru jinvestiga ilment tar-residenti ta' Marand's Flats, Luqa Briffa Street, Gżira li qed ikollhom ilma kollu sadid?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li billi kien hemm problema ta’ sadid fl-akkwati ta’ Triq Luqa Briffa, Gżira, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-ilma ħadet passi biex tibdel is-sistema ta’ l-ilma kollha li twassal għal din it-triq .
Il-kanna li tissuplixxi ‘l dawn l-akwati inbidlet b’waħda ġdida meta sar dan il-proġett fi Triq Rue d’Argens.
Ir-residenti ta’ l-inħawi issa jirċievu ilma dirett mill-impjant tar-‘reverse osmosis’, ta’ Pembroke – ilma li hu ta’ kwalita’ superjuri meta imqabbel ma’ l-ilma li kellhom qabel.
Riżultat ta’ test li sar fuq kampjun meħud mill-post imsemmi fl-14 ta’ Gunju juri li ma hemmx problema ta’ sadid.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24005 u jgħid issa li l-Maltapost biddlet il-kodiċi postali tal-pajjiż kollu, meta se joħroġ ktejjeb biex jagħti l-kodiċi postali l-ġodda u dan biex ma jkunx hemm taħwid u dewmien fit-tqassim tal-posta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minflok il-ktejjeb, il-Maltapost ser tikkomunika l-kodiċi postali l-ġodda permezz ta:
Post Code Finder fuq il-website tal-kumpanija www.maltapost.com. Din il-Post Code Finderli hija magħmula minn Search Engine u Databasebl-indirizzi ta' kull residenza f'Malta u Għawdex li tiġi aġġornata f'ħin rejali.
Għal dawk in-nies li m'għandhomx aċċess għall-Internet, ikunu jistgħu iċemplu il-Maltapost Customer Care fuq Freephone numru 80072244 mis-0730hrs sa 1600hrs mit-Tnejn sal-Ġimgħa.
Il-Maltapost se tniedi inizjattiva fejn sejra tiċċirkula kartolini bil-kodiċi postali f'kull residenza. Dawn il-kartolini ikunu jistgħu jintbagħtu lill-qraba kemm ġo Malta u barra minn Malta biex tinforma lill-qraba bil-kodiċi l-ġdid ta dik ir-residenza partikulari. Dawn il-kartolini jistgħu jintbagħtu mingħajr bżonn ta' bolla u jinġarru b'xejn mill-Maltapost.
Apparti dan kollu l-pubbliku ser jiġi nfurmat bil-kodiċi postali l-ġodda b'kampanja ta' nformazzjoni fil-media kollha nkluż it-TV.
Malta Enterprise/Malta Industrial Parks — Fabbriki
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' fabbriki reġistrati mal-Malta Enterprise u mal-Malta Industrial Parks? Jista' jaqsamhom skond is-setturi differenti? Jista' jgħid ukoll kemm hemm impjegati f'kull settur?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill- Onor Interpellant li għall-ewwel parti tal-mistoqsija, jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru 23493.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat li din it-tip ta' informazzjoni ma tinżammx.
Għall-aħħar parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' elettriku ġenerat li qed jintilef qabel ma dan jasal għand il-konsumatur?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-persentaġġ ta' l-elettriku ġġenerat li qed jintilef qabel ma dan jasal għand il-konsumatur huwa ta' 15.8%, kif indikat fil-Financial Statements tal-Korporazzjoni għas-sena li tagħlaq fit-30 ta' Settembru 2005. Huwa stmat li 5% huma technical losses u l-kumplament jinkludu serq, meters weqfin, stimi żbaljati eċċ.
Jista' l-Ministru jagħti l-isem tal-kumpanniji li jinsabu joperaw fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija Għawdex? X'tip ta' prodotti jimmanifatturaw u kemm hemm impjegati f'kull fabbrika?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħix x'sejjer isir mill-ħwienet li kien hemm fil-port tax-xatt ta' l-Imġarr, Għawdex u li kienu mikrija mill-Lands lil terzi? Jista' jgħid jekk dawn it-terzi humiex sejrin jinstabulhom ħwienet alternattivi jew jekk huma humiex se jingħataw xi forma ta' kumpens?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Indipendentement mir-riservi li għad għandna dwar il-mod kif ġie strutturat it-tendertal-leasing ta' l-IT għas-servizz pubbliku u l-iskejjel tal-Gvern kif ukoll dwar it-timing tiegħu, jikkonferma jekk it-tender kienx ristrett għal pajjiżna biss jew jekk ġiex miftuħ għall-EU-wide tendering process? Jekk jirriżulta li dan kien miftuħ għall-kumpanniji kollha fl-istati membri ta' l-Unjoni Ewropea, jista' jgħid meta dehret is-sejħa/posting fl-official journal ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-tender tal-'leasing ta' l-IT' għas-servizz pubbliku u l-iskejjel tal-Gvern ma kienx ristrett għal pajjizna biss izda kien miftuħ għall 'EU wide tendering process' skond ir-regoli stipulati fil-'Procurement regulations' tal-Gvern u l-EU.
It-tender ġie ppublikat fl-Official Journal ta' l-Unjoni Ewropea u deher fil-25 t' April 2007 taħt ir-referenza 2007/S 78-095606.