Legislature:
Category:
Reset
Active:

Medigrain Ltd — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista tal-Management u l-ħaddiema kollha li kien hemm impjegati mal-Medigrain Ltd. kull sena f'dawn l-aħħar ħames snin? Jista' ukoll jgħid x'kienu s-salarji ta' kull individwu kull sena matul l-istess perijodu?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

World Economic Forum — Networked readiness index markings 2003

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li skond global information technology report maħruġ mill-World Economic Forum f'dak li huwa networked readiness index markings 2003 Malta tinsab fis-27 post filwaqt li tinsab fit-13-il post fost l-Istati Membri tal-UE? Kif tipparaguna ma' acceding countries oħrajn tal-UE?

Response (GATT, AUSTIN)

Nikkonferma li Malta tinsab fis-27 post minn 102 pajjiżi fir-rapport "The Networked Readiness Index Rankings 2003" maħruġ mill-World Economic Forum, u tinsab fit-13-il post fost l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Malta tinsab fit-tieni post (wara l-Estonja), meta ikkomparata mal-pajjiżi li daħlu fl-Unjoni Ewropea ma' Malta f'Mejju 2004. Malta tinsab ferm qabel il-pajjiżi applikanti ġodda tal-UE.

Ċirkewwa — Bozoz

Question

Peress illi l-bozoz taċ-Ċirkewwa ilhom ma jixegħlu diversi xhur u għadhom ma ġewx mibdula u peress li biex isir l-irbit tal-vapuri fil-għaxija d-dawl qed ikun permezz ta' spot light tal-vapur, jista' il-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata mhux biss biex il-ħaddiema jkunu jistgħu jaħdmu aħjar imma anke għal skopijiet ta' sigurta'?

Response (GATT, AUSTIN)

It-tweġiba għall- Mistoqsija Parlamentari diġa' ngħatat f' P.Q. 7487.

Interprint

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta twaqqfet l-Interprint? X'inhu sehem il-gvern? Kemm kien hemm ħaddiema kull sena mit-twaqqif tagħha?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Interprint twaqqfet fl-1975 u ħadet post is-St.Paul's Press. Hija kollha kemm hi tal-Gvern. L-informazzjoni l-oħra mitluba hija kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra.

Tug Malta — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta twaqqfet it-Tug Malta? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema dakinhar u kemm hu llum? Kemm għandhom tugs, liema huma u ta' liema sena huma?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li Tug Malta twaqqfet l-24 ta' Lulju, 1979, wara li ttieħdet id-deċiżjoni sabiex tiġi nazzjonaliżżata l-industrija ta' l-irmonk f' Malta. Il-Kumpanija bdiet taħdem fl-1 t'Otubru 1980. L-ewwel impjegati tagħha kienu meħudin miż-żewġ kumpaniji privati tal-irmonk li kienu ħadmu sa dak in-nhar. F'Ottubru 1980, il;-Kumpanija kienet timpjega 68 ruħ. Illum wara l-implementazzjoni ta' sistema ta' xift f'Marzu 2003, in-numru ta' impjegati huwa ta' 91. Il-Kumpanija topera sitt (6)tugs illum, ħamsa (5) minnhom propjeta tal-Kumpanija, waqt li l-oħra hija chartered mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. It-tugs huma dawn: Sea Salvor - mibnija 1998 Mari - mibnija 1983 Lieni - mibnija 1991 Felica - mibnija 1981 Grez - mibnija 1974 Vitorin - mibnija 1972

Malta Enterprise — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati tal-Malta Enterprise f'kull wieħed minn dawn il-gradi: Senior Analysts, Co-ordinators, Managers, Heads, Chief Officers u Chief Executive Officer?

Response (GATT, AUSTIN)

L-informazzjoni mitluba hija din - Senior Analysts 3 Co-ordinators 5 Managers 10 Heads 16 Chief Officers 3 Chief Executive Officer 1

Birżebbuġa — Triq il-Grolli - kanna ta' l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx problema ta' ilma, cioe' kanna li qed tinfaqa sikwit, fi Triq il-Grolli Birżebbuġa? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta se jsir ix-xogħol neċessarju?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kumpannija li joperaw f'Malta

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-kumpanniji li kabbru l-operat tagħhom f'Malta b'investiment minn barra - fl-ewwel seba' xhur ta' din is-sena? Kemm kien dan l-investiment?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li fl-ewwel seba' xhur ta' din is-sena kien hemm ħdax il-kumpanija b'investiment barrani li kabbru l-operat tagħhom hawn Malta. L-investiment globali ta' dawn il-proġetti ser jammonta mill-inqas għal LM16.2 miljuni fuq perjodu ta' tlitt snin li ġejjin. Il-Malta Enterprise ġabret din l-informazzjoni fuq proġetti approvati matul dan il-perjodu u l-figuri jirriflettu l-investimenti proġettati għat-tielet sena ta' l-operat tagħhom. Statistika fuq investiment attwali li sar matul l-aħħar seba' xhur m'hijiex disponibbli mill-Malta Enterprise u tista' tiġi miġbura mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika. L-Onor. Interpellant jifhem li l-kumplament ta' l-informazzjoni hija ta' natura kunfidenzjali.

Gozo Channel — Servizz tal-vapur

Question

Jista' il-Ministru jgħid għalfejn wara s-6.00 p.m. qed jintuża vapur wieħed biss kuljum? Jista' in oltre jgħid jekk mis-6.00 p.m. hux qed ikun hemm l-istess shift jew jekk hux qed jinbidel f'xi ħin?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-vjaġġi kollha ta' wara s-sitta ta' fil-għaxija jinħadmu bl-istess vapur. Ix-xift tal-kru li jkunu fuq dak il-vapur jibda fis-17.45 u jispiċċa fil-01.45 ta' fil-għodu. Ir-raġuni prinċipali li l-vjaġġi jkun qed jagħmilhom l-istess vapur huwa sabiex il-vapuri l-oħrajn jkun jista' jsir ix-xogħol tagħhom ta' manutenzjoni, safety drills, charters tal-fuel, bunkering , u rutini oħra neċessarji.

Sezzjoni tad-drenaġġ — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm tnaqqis fil-ħaddiema mas-sezzjoni tad-drenaġġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Fid-diviżjoni tal-Wastewater tal-KSI, hemm numru kbir ta' ħaddiema żejda kif ukoll xibka sħiħa ta' prattiċi ta' xogħol skaduti u mmirati biss biex iżidu l-ispiża tal-Gvern. Matul is-sena li ġejja l-Gvern ser jara li l-ispiża ta' din id-diviżjoni tkun ikkontrollata bl-aħjar mod possibbli.

Ħal Qormi — Bini ta' Substation

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-Enemalta milli tibda tinbena s-substation fi Triq ix-Xitwa, Ħal Qormi skond il-permess ta' żvilupp PA5738/02 maħruġ mill-MEPA u wara li l-art imsemmija ġiet rilaxxata mill-joint office skond il-pubblikazzjoni fil-gazzetta tal-gvern ta' nhar il-Ħamis 24 ta' Lulju 2004?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħ'Attard — Xogħol ta' drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm sewa x-xogħol ta' drenaġġ li tlesta dan l-aħħar fi Triq iz-Zahar, Triq it-Taħħan u Triq il-larinġ, Ħ'Attard?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li x-xogħol ta' estensjoni tad-drenaġġ li sar dan l-aħħar f'Tal-Pantar, li jinkludi wkoll Triq iż-Żahar, Triq it-Taħħan u Triq il-Larinġ, Ħ'Attard għadu kemm tkejjel il-ġimgħa l-oħra. Il-kont eżatt għadu ma ġiex iffinaliżżat minħabba raġunijiet ta' verifiki.

Ħad Dingli — Xogħol ta' drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol ta' drenaġġ li qed isir f'Ħad Dingli?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li x-xogħol ta' drenaġġ li qed isir Ħad-Dingli jinkludi mina fonda sewer gallery taħt l-art ta' madwar 130 metru tul u gravity main ta' madwar600 metru tul. Il-mina tħaffret u lesta u jonqos it-tqegħid tal-katusi ġewwa fiha. Ix-xogħol l-ieħor għaddej b'rittmu mgħaġġel u l-parti ta' Triq Ross (li kienet tinkludi trinka fonda madwar 3.5 metri) kważi lesta wkoll. Hu stmat li x-xogħol jitlesta fi żmien xahrejn oħra.

Marsaxlokk — Triq Barthelemy - twaħħil ta' bracket

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni wara n-nuqqas ta' azzjoni da parti tal-korporazzjoni Enemalta konsistenti fit-twaħħil ta' bracket mal-faċċata tal-fond bl-isem ta' CharLaine fi Triq Barthelemy, Marsaxlokk stanteli hemm cable tal-high voltage jista' jitqaxxar peress li qiegħed ma saqaf ta' gallarija? Dettalji qed jintbagħtu separatament.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bormla — Problema ta' drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi se jieħu d-dipartiment tad-drenaġġ biex tissolva l-problema ta' drenaġġ li hemm ħdejn il-Cospicua RangersF.C. f'Bormla?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li uffiċjali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma spezzjonaw l-mejn pubbliku tad-drenaġġ fit-triq indikata u ma rrizzultax li hemm xi problemi f'dan il-mejn. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni ma għandha ebda gurisdizzjoni fuq sufuni u konnessjonijiet privati li jagħtu għal dan il-mejn u investigazzjonijiet dwar dawn normalment isiru mid-Dipartiment tas-Saħħa.

Birgu — Problema tad-drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi se jieħu biex tissolva l-problema tad-drenaġġ ħdejn il-klabb tar-Regatta tal-Birgu?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li peress illi m'hemmx main tad-drenaġġ għaddej minn quddiem ir-Regatta Club tal-Birgu, l-Onor. Interpellant hu mitlub jispeċifka xinhi l-problema li qed jirreferi għaliha.

Maltacom — Sistema tal-Giraff

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari W101 u t-tweġiba li ngħatat, filwaqt li nifhem it-tweġiba mogħtija, jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija sa dak il-perjodu li l-Maltacom ġiet ikkwotata fuq l-istock exchange?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress illi jidhirli li l-interess fir-risposta hu biss wieħed storiku u fi kwalunkwe każ id-dokumentazzjoni relattiva hi f'idejn il-Maltacom, jiddispjaċini li ma nistax nagħti risposta dettaljata.