Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur – European Consumer Summit – interventi taċ-Chairperson
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 26738, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-interventi li għamel iċ-Chairperson fil-European Consumer Summit li sar fi Brussel f’Ġunju 2015?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li ċ-Chairperson tal-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur ma kellux interventi waqt il-Consumer Summit.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il laqgħa pubblika organizza l-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur minn Ġunju 2013 ‘il hawn? Meta ġew organizzati dawn il-laqgħat u x’kienu t-temi diskussi?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li minn Ġunju 2013 ‘l hawn saret laqgħa waħda ma’ l-awtoritajiet fejn kienet mistiedna l-media. Din kienet Business Lunch intitolata Il-Kultura tal-Customer Care fi ħdan l-Awtoritajiet: Kemm hija effetiva? Fil 13 ta’ Ġunju 2014.
Minn Ġunju 2013 ‘l hawn il-kunsill kellu ukoll laqgħat oħra ma diversi Awtoritajiet li pero’ ma kienux miftuħin għall-pubbliku.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 26738, tista’ l-Ministru tgħid jekk iż-żewġ assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi humiex ser ikollhom rwol bħala ADR entity? Jekk mhux ser ikollhom rwol tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni? Jekk ser ikollhom rwol x’ser tkun il-funzjoni tagħhom?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur, l-‘Awtorità Kompetenti’ għall-ADR, bi tħejjija għall-introduzzjoni ta’ l-ADR, stiednet lill-Għaqdiet tal-Konsumaturi għal laqgħat ta’ informazzjoni filwaqt li nkuraġġithom sabiex jassumu l-irwol ta’entità tal-ADR. Madankollu, minħabba kwistjoni ta’ nuqqas ta’ rizorsi umani dawn ma applikawx sabiex isiru entitajiet tal-ADR.
Kumitat Reġjonali għal Għawdex tal-MCESD — proposti
Question
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-proposti li ġew imressqa mill-Kumitat Reġjonali għal Għawdex tal-MCESD lill-Gvern għall-Budget għas-sena 2017?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba
Direttur Ġenerali – talbiet għall-ħruġ ta’ interim measures
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il talba għall-ħruġ ta’ interim measure kellu d-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) minn Marzu 2013 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u liema setturi dawn kienu jikkonċernaw? Kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa? Jekk hemm xi talbiet li ma ġewx milqugħa, tista’ tgħid, għal kull każ, x’kienu r-raġunijiet li dawn it-talbiet ma ġewx milqugħa?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li d-Direttur Ġenerali kellu żewġ talbiet għall-ħruġ ta’ interim measure. Is-setturi kienu dawk tal-energija u tad-divertiment. Filwaqt, li fil-każ tal-ewwel talba nirreferi lil Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal-mistoqsija 25821, l-Uffiċċju qed jevalwa t-tieni talba.
MCCAA – Uffiċċju tal-Konsumatur – operaturi li joffru s-servizz tat-televiżjoni – bdil ta’ channel line ups
Question
Wara li l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-MCCAA f’Settembru 2011 kien laħaq konformità volontarja ma’ operaturi li joffru s-servizzi tat-televiżjoni, li isimhom qed jingħata separatment, fejn biddlu t-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom u taw id-dritt lill-konsumatur li jagħżel jibqax mal-operatur konċernat wara li dan ikun biddel iċ-channel line up tiegħu fir-rigward tas-servizz tat-televiżjoni taħt ċertu kundizzjonijiet, tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur hux qed isegwi t-tibdil li jkun hemm fiċ-channel line ups minn dawn l-operaturi u kif dan qed isir? Tista’ tgħid, sena b’sena, minn mindu l-uffiċċju laħaq dan il-ftehim, kemm tneħħew stazzjonijiet minn dawn iż-żewġ operaturi miċ-channel line ups? Tista’ tgħid jekk l-Uffiċċju hux qed jinforma l-konsumaturi b’dan it-tibdil fiċ-channel line ups taż-żewġ operaturi? Jekk dan mhux qed isir, tista’ l-Ministru tgħid għaliex?
Response (DALLI, HELENA)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni fi ħdan l-MCCAA għamilx kontribuzzjoni għall-konsultazzjoni pubblika, li kienet miftuħa bejn Novembru 2015 u Frar 2016, imnedija mill-Kummissjoni Ewropea taħt it-titolu Empowering the National Competition Authorities to be more Effective Enforcers? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kontribuzzjoni tal-Uffiċċju?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni kien bagħat il-kontribuzzjoni tiegħu bir-risposti għall-mistoqsijiet li kienu onlajn fi Frar 2016. Ma nistax inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kontribuzzjoni tal-Uffiċċju bħal għadd ta’ awtoritajiet, fi stati membri oħra, l-uffiċċju kien għażel li t-twegibiet fil-kwestjonarju jintbagħtu fuq bazi kunfidenzjali u ma jiġux ippubblikati. Madankollu t-tweġibiet gew inkluzi fl-istatistika li ġiet ippubblikata sabiex jinħarġu xejriet għar-risposti tal-konsultazzjoni.
MCCAA – Investigazzjoni fuq żieda ta’safe deposit boxes
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 26744, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawk it-termini u l-kundizzjonijiet għas-servizz imsemmi li kienu misjuba li jmorru kontra l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li primarjament it-termini tal-kundizzjonijiet tal-kuntratt in kwistjoni kienu jikkonsistu f’drittijiet tal-Bank filwaqt li l-konsumatur ma kien jissemma xejn. Dawn it-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt kienu jirrigwardjaw it-tul u t-tiġdid tal-kuntratt. Għalhekk l-Uffiċċju għall-Konsumatur intervjena sakemm ġiet miksuba konformita’ mal-liġi permezz tal-verżjoni riveduta tat-28 ta’ Ottubru 2015 fejn id-drittijiet tal-konsumatur ġew imħarsa.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawk it-termini u l-kundizzjonijiet għas-servizz imsemmija li kienu misjuba li jmorru kontra l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur immarkati bl-isfar.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 26738 tista’ l-Ministru tgħid għaliex il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur ma ddiskutiex il-kwistjoni dwar iż-żieda fit-tariffi fit-trasport għat-tfal tal-iskola u l-kwistjoni dwar pompa tal-petrol lokali li ma tħallietx traħħas il-prezz tal-petrol u d-diesel f’Jannar tas-sena l-oħra?
Response (DALLI, HELENA)
Il-Kunsill Għall-Affarijiet tal-Konsumatur ma ddiskutiex l-kwistjoni dwar iz-zieda fit-tariffi fit-trasport għat-tfal tal-iskola u l-kwistjoni dwar pompa tal-petrol lokali li ma tħallietx traħħas il-prezz tal-petrol u d-diesel f’Jannar tas-sena l-oħra għaliex dawn jaqgħu taħt l-ambitu tal-Kompetizzjoni (Kap 379 L-Att dwar il-kompetizzjoni) u għaldaqstant huma barra l-ambitu tal-Kunsill.
Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur – logo ġdid
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 26738, tista’ l-Ministru tgħid kif intgħażel id-designer sabiex jagħmel logo ġdid għall-Kunsill, x’kienu l-kriterji tal-għażla u effettivament kemm tħallas id-designer li finalment ġie magħżul sabiex għamel dan il-logo l-ġdid?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-logo intgħażel wara li Kunsill Għall-Affarijiet tal-Konsumatur gab tlett kwotazzjonijiet u ntgħażel fuq il-kriterju ta' l-irħas spiża. L-spiża kienet ta’ 400 ewro.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienu l-individwi li biddlu l-ġeneru uffiċjali tagħhom fuq iċ-ċertifikat tat-twelid minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li kien hemm wieħed u sittin (61) persuna.
B’referenza għad-deċiżjoni maħruġa mill-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni fl-4 t’Ottubru 2016 rigward sid ta’ pompa ta’ petrol li ma tħalliex iraħħas il-prezz tal-fuel, tista’ l-Ministru tgħid jekk id-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) kellux talba minn persuni, kumpaniji jew organizzazzjonijiet sabiex tinħareġ interim measure? Tista’ tgħid b’kollox kemm-il talba kien hemm? Tista’ tgħid jekk min għamel it-talba ġiex infurmat mid-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) jekk it-talba tagħhom ġietx milqugħa jew le? Jekk dawn ma kenux infurmati tista’ tispjega għalfejn dan ma sarx u għalfejn it-talba tagħhom ma ġietx milqugħa?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li d-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) rċieva talba waħda sabiex joħroġ interim measure. Għal kumplament tal-mistoqsija, nirreferi lil Onorevoli interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari 28521.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 26741, tista’ l-Ministru tispjega għaliex l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur m’għamilx analiżi sabiex jara x’inhuma l-alternattivi għall-ġenituri biex ma jħallsux tariffi għola? Tista’ l-Ministru tikkwota dik il-parti tal-Att li tistabilixxi l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur jew l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur li l-Uffiċċju ma għandux il-kompetenza biex ma jagħmilx din l-analiżi?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li ma kienx hemm bżonn ta’ analiżi ulterjuri wara li ġie stabbilit li ma kienx hemm ksur tal-liġi tal-konsumatur.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 26739, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-analiżi li għamel l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur li turi li l-ilment imsemmi imur oltre l-kompetenzi ta’ dan l-Uffiċċju?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lil Onor Interpellant li kif spjegajt fit-tweġiba tiegħi għal Mistoqsija Nru. 26739 din il-kwistjoni tirrigwardja l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni u mhux l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur.
L-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur ma jipprovdix li ssir din l-analiżi. Barra minhekk huwa fatt magħruf li f’suq liberalizzat ma jistgħux jiġu kkontrollati t-tariffi.
Il-liġi tistabillixxi l-funzjojnijiet regolatorji ta’ dan l-Uffiċċju speċifikament relattivi għall-investigazzjonijiet amministrattivi liema funzjonijiet ma jinkludux il-kontroll ta’ tariffi.
Federation of Estate Agents kontra Direttur Ġenerali
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Kummissjoni Ewropea ġietx infurmata bis-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali tat-3 ta’ Mejju 2016 fl-ismijiet Federation of Estate Agents kontra Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni)? Jekk iva, meta ġiet infurmata l-Kummissjoni Ewropea? Jekk ma ġietx infurmata il-għaliex dan ma sarx?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni informa lil-Kummissjoni Ewropea bis-sentenza fid-9 ta’ Mejju 2016.
Awtorità għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur – rapport annwali
Question
B’referenza għall-pagna 9 tar-rapport annwali tas-sena 2015 tal-Awtorità għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur b’mod partikolari għas-sezzjoni ntitolata Main Operations, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-deċiżjonijiet, anke f’format mhux kunfidenzjali, tal-wieħed u erbgħin każ li ġew riżolti?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Uffiċċju għall-Kompetizzjoni – investigazzjoni dwar xandir ta’ sports
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni kkonkludiex l-investigazzjonijiet tiegħu rigward ix-xandir ta’ sports, partikolarment tal-football, wara li din il-kwestjoni tqajmet fis-sajf tal-2010? Jekk iva, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja, anke f’format mhux kunfidenzjali, tad-deċiżjoni? Jekk din l-investigazzjoni għada mhux konkluża meta huwa mistenni li tiġi konkluża?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li fis-sajf tal-2011 mill-analiżi li kien għamel l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni dak iż-żmien ma nstabitx evidenza li kien hemm ‘concurrence of wills’ u ‘coordinated conduct’ bejn iż-żewġ operaturi li kienu qed jiġu investigati.
Skont l-analiżi li kien għamel l-Uffiċċju dak iż-żmien ma nstabx li kien hemm ksur tal-liġi.
Għalkemm qatt ma inħarġet deciżjoni finali, ftit wara, iċ-ċirkostanzi inbidlu tali li l-kwistjoni ma baqatx ta’ prijorita' ai termini tal-artikolu 15 tal-Kap 510 tal-liġijiet ta' Malta.
Dan għaliex l-Uffiċċju jikkunstata li ċ-ċirkustanzi li infetħet l-investigazzjoni inbiddlu. Fiċ-ċircostanzi tali kwistjoni ma baqatx relevanti.
Tista’ l-Ministru tgħid f’liema stadju waslu l-pjanijiet sabiex is-settur tal-volontarjat ikun aktar megħjun sabiex ikun infurmat u jutilizza aħjar il-fondi, mhux biss taħt dan il-Ministeru, li huma indirizzati għall-istess settur, u x’għodda se tintuża sabiex dan il-għan jintlaħaq?
Response (DALLI, HELENA)
Għall-ewwel darba ġie imnhedi sit elettroniku minn fejn l-organizzazzjonijiet volontarji ser ikunu mgħarrfa dwar il-fondi disponibbli għalihom mid-diversi entitajiet pubbliċi. Dan is-sit, www.vofunding.org.mt, ser ikollu l-informazzjoni dwar l-oġġettivi tal-fondi partikolari, iż-żmien meta joħorġu l-applikazzjonijiet rispettivi, l-applikazzjonijiet online, jew link diretta skond kif ikun il-każ, kif ukoll ir-riżultati tal-fondi.
Aktar tard din is-sena dan is-sit, li huwa b’sistema ‘responsive’ sabiex tkun aċċessibli anka mill-‘mobile phones’, ser tkun marbuta ma’ ‘mobile application’ sabiex dawk interessati jirċievu l-informazzjoni fl-aqsar ħin possibbli. Dan is-sit u l-istruttrura marbuta miegħu, li qed tkun imħaddma mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat, tkompli tiggarantixxi aċċessibilita’, kontabilita’ u trasparenza ta’ fondi pubbliċi indirizzati għas-settur tal-volontarjat.
Regolamenti Ġenerali tal-Protezzjoni tad-Data — implimentazzjoni
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’tħejjijiet qed isiru għall-implimentazzjoni tar-Regolament Ġenerali tal-Protezzjoni tad-Data?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li internazzjonalment il-Ministeru u l-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data qegħdin jieħdu sehem f’laqgħat mal-Kummissjoni Ewropea, ma’ entitatjiet superviżorji tal-protezzjoni tad-data u kif ukoll qed isiru diversi laqgħat ma’ membri stati oħrajn.
Il-Ministeru, bil-kollaborazzjoni tal-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, qiegħed jinvolvi ruħu f’laqgħat kontinwi ma’ Ministeri differenti biex janalizzaw u jaġġornaw liġijiet ta’ Malta u b’hekk ikunu konformi mal-liġi l-ġdida.
Tista’ l-Ministru tgħid liema huma dawk l-Istandards Nazzjonali li l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) ippubblikat fl-aħħar tliet snin biex tkun żgurata sigurtà lill-pubbliku? Liema huma dawk l-Istandards nazzjonali li l-Awtorità qed tipprepara biex tippubblika fix-xhur li ġejjin? Min qed jipparteċipa fi-iżvilupp ta’ dawn l-Istandards?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.