Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità għall-Ippjanar għandhiex quddiemha applikazzjonijiet għall-estensjoni tal-Port tal-Imġarr f'Għawdex? Min ressaq din l-applikazzjoni, jekk saret, u meta hu mistenni li fil-fatt tiġi kkunsidrata?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Gejt nfurmat mill l-Awtorità tal-Ippjanar li l-istess Awtorita għandha quddiemha applikazzjoni (Outline Application) bin-numru PA 03051/03 - Tina for Malta - Environment and feasability studies. Main breakwater, Mgarr Harbour -Construction of berth on seaward side.
L-applikant hu s-Sur James Piscopo f'isem Transport Malta.
Skont l-aħħar komunikazzjoni mill-perit datat 08/09/2016, l-applikant jinsab f'diskussjonijiet mal-Awtorità tal-Ambjent u r-Risorsi (ERA) sabiex jiġu konklużi l-istudji ambjentali neċessarji.
Il-proċess tal-applikazzjoni għall-iżvilupp jitkompla meta jiġu konklużi l-istudji ambjentali.
L-Awtorità tal-Ippjanar ghandha wkoll quddiemha applikazzjoni oħra (Full Development Application) bin-numru PA 03862/16 - Refurbishment and repairing of quayside structures, including slipways, installation of additional moorings, and dredging operations to facilitate such increased mooring.
L-applikant hu s-Sur James Piscopo f'isem Tranport Malta.
Din l-applikazzjoni sarilha l-proċess tal-iscreening fl-24/08/2015 fejn intalbu numru ta' sottomissjonijiet fosthom Project Description Statement, Construction Management Plan u studji ambjentali. Din l-applikazzjoni tiġi validata u pproċessata la darba jiġu sottomessi d-dokumumentazzjoni kollha mitluba fl-iscreening letter.
Għawdex — Applikazzjonijiet għal tkabbir jew bini ġdid ta’ yacht marina
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk f'Għawdex hemmx applikazzjonijiet pendenti għat-tkabbir, jew bini mill-ġdid ta' yacht marinas? Jekk hemm tali applikazzjonijiet, liema huma dawn l-applikazzjonijiet, meta saru, u meta hu mistenni li jiġu deċiżi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab nfurmat mil-Awtorità tal-Ippjanar li l-istess Awtorita għandha quddiemha applikazzjoni (Full Development Application) bin-numru PA 03862/16 - Refurbishment and repairing of quayside structures, including slipways, installation of additional moorings, and dredging operations to facilitate such increased mooring - Mgarr Harbour
L-applikant hu s-Sur James Piscopo f'isem Tranport Malta.
Din l-applikazzjoni sarilha l-proċess tal-iscreening fl-24/08/2015 fejn intalbu numru ta' sottomissjonijiet fosthom Project Description Statement, Construction Management Plan u studji ambjentali. Din l-applikazzjoni tiġi validata u pproċessata la darba jiġu sottomessi d-dokumumentazzjoni kollha mitluba fl-iscreening letter.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x'taħriġ għall-istaff qiegħed isir ġewwa l-Uffiċċju Elettorali? Jista' l-Prim Ministru jgħid ġietx ingaġġata kumpanija privata biex tipprovdi dan it-taħriġ u b'liema mod sar dan l-ingaġġ? X'inhu l-ħlas li l-Uffiċċju Elettorali mistenni jagħmel għal dan is-servizz mingħand din il-kumpanija privata?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk is-segwenti turbini/combined cycle għadhomx f'good working condition, u ċjoè:
(i) l-AEG open cycle gas turbine (Frame 6) tal-Marsa;
(ii) iż-żewġ John Brown open cycle gas turbines (Frame 6) ta' Delimara;
(iii) il-combined cycle f'Delimara (żewġ gas turbines Frame 6 + recovery boiler + steam turbine)?
Kemm-il siegħa ġie mħaddem kull apparat fis-snin 2013, 2014, 2015 u 2016?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li l-impjanti imsemmija, li ilhom jintużaw bejn 18 u 27 sena, jiffurmaw parti mit-taħlita tas-sorsi tal-ġenerazzjoni tal-elettriku tal-Kumpanija. Dawn l-impjanti, li jaħdmu billi jaħarqu d-diesel, jiġu miżmuma f’kundizzjoni tajba permezz ta’ programm ta’ manutenzjoni kontinwa hekk kif speċifikat mill-kumpaniji li għamluhom. Minħabba l-fjuwil li jużaw, l-emissjonijiet u l-livelli ta’ effiċċjenza tagħhom, dawn l-impjanti huma aktar adekwati biex jinżammu bħala riserva għal meta impjanti oħrajn ma jkunux disponibbli, jew f’xi każi ta’ emerġenza. L-użu ta’ dawn l-impjanti f’dawn l-aħħar snin huwa kif ġej:
SenaMarsaxlokk (Delimara)
Running hrsMarsa
Running hrs
JB GT1JB GT2NP1NP2ST3GT9
20103801415515740315940427
2011503634309047145311283
201218361478282730313031645
201310475341228303413166
2014229228283234033862125
20153720813091178145039
2016245549444 9
Proprjetajiet li mill-knisja jridu jgħaddu għand il-gvern
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid mill-ftehim li hemm bejn l-Istat u l-Knisja li jiskadi fi ftit snin oħra, x’qed jagħmel dan il-gvern biex isolvi l-problemi kbar li hemm pendenti, relatati ma’ proprjetajiet li għad iridu jgħaddu għand il-gvern?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid issa li l-liġi tal-Awtorità tal-Artijiet għaddiet mill-proċessi kollha parlamentari, fiex wasal il-proċess b’mod tanġibbli?
Lands – sistema ta’ files li tinqaleb għal dik diġitali
Question
Peress li fil-budget intqal li s-sistema kurrenti ta’ files fil-Lands se tinqaleb għal waħda diġitali biex tassigura aktar effiċjenza u trasparenza fil-proċess amministrattiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid meta se tiġi attwata din il-wegħda u x’vantaġġi se jkun fiha?
Peress li fil-budget kien intqal li se jitfasslu standards dwar kif għandhom isiru l-valutazzjonijiet tal-proprjetà, jista’ l-Prim Ministru jgħid kif u meta se jiġi attwat dan kollu?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30392 u jgħid kemm applikazzjonijiet daħlu minn ħaddiema tas-Servizz Pubbliku biex jiġu seconded għal ma’ Organizzazzjoni Volontarja mill-2013 sal-lum? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew milqugħa u kemm ġew irrifjutati skont il-Ministeri fejn saru l-applikazzjonijiet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Annessa tinsab l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant li tikkonċerna impjegati li huma parti mid-dekasteru tiegħi.
Tabella
2013
2014
2015
2016
Applikazzjonijiet approvati:
1
1
3
3
Applikazzjonijiet mhux approvati:
0
1
0
0
TOTAL
1
2
3
3
Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar – proġetti infrastrutturali
Question
Jista' l-Prim Ministru jindika liema proġetti infrastrutturali mistennija jsiru fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar matul l-2017??
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30137 datata 23 ta' Jannar 2017, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kmamar fejn il-miżbla ta’ Wied Fulija limiti taż-Żurrieq li qabel kienu jintużaw mill-watchman ta’ din il-miżbla, humiex proprjetà tal-Gvern jew le? F’idejn min qegħdin preżentament dawn il-kmamar? Jekk dawn il-kmamar preżentament qegħdin f’idejn terzi, kif għaddew għandhom?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant li l-kmamar li-kienu jintużaw mill watchman f’Wied Fulija huma tal-Gvern. Skond ir-rekords tat-Taqsima Propjeta tal-Gvern, dawn il-kmamar mhux mikrija lill terzi.
Uffiċjali Priċipali fis-Servizz Pubbliku — sejħa għall-post
Question
B'referenza għall-aħħar sejħa għall-post ta' Uffiċjal Priċipali fis-Servizz Pubbliku ta' Malta, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk li għaddew mit-tieni parti li kienet tikkonsisti f'intervista strutturata? Jista' jgħid kemm hemm postijiet vakanti f'dan il-grad?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-riżultati għall-post ta’ Uffiċjal Prinċipali ħarġu u huma pubbliċi.
Il-vakanzi jimtlew skont il-prioritajiet tal-amministrazzjoni wara li saru b’serjeta HR plans għat-tlett snin li ġejjien. Dawn ir-rizultati huma validi għal sentejn.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30440 u jgħid x'inhi l-funzjoni jew kariga li għandu mal-Gvern l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Ma’ liema ministeru jew dipartiment/entità qed jokkupa din il-funzjoni jew kariga? X'remunerazzjoni u/jew perks qed jingħata għall-funzjoni jew kariga?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li li individwu li qed jirreferi għalih ma għamel l-ebda xogħol u ma ha l-ebda remunerazzjoni u/jew perks minn taht l-ebda dipartiment/entita fid-dekasteru tiegħi.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-ġnien/spazju pubbliku li hemm fis-sies ta' bejn il-Knisja ta' San Pawl Nawfragu u l-breakwater ta’ Buġibba, San Pawl il-Baħar ġiex devolut lill-kunsill lokali? Jekk iva, meta saret din id-devoluzzjoni?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Dipartimenti taċ-ċivil – sejħiet għal promozzjonijiet
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 30758, peress li l-informazzjoni li ntalbet kienet għall-‘aħħar sejħiet’, kienu meta kienu, jista’ l-Prim Ministru jagħti l-informazzjoni u ċjoè, jagħti tagħrif dwar liema kienu l-aħħar sejħiet għall-promozzjonijiet f'kull dipartiment taċ-ċivil, dipartiment dipartiment? Liema minn dawn is-sejħiet fil-fatt kellhom il-proċess tagħhom konkluż, u kemm għadhom għaddejjin? Jekk xorta se jkun hemm insistenza dwar perjodu ta' żmien, jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba għall-perjodu minn Marzu 2013 sal-lum?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30757 u jagħti tagħrif dwar kemm kienu l-każi ta' dixxiplina li kien hemm fid-diversi dipartimenti tal-Gvern, skont id-dipartiment li jaħdmu fih, kull sena, dipartiment dipartiment, bejn l-2013 u llum? Kemm kien hemm każi fejn il-persuni konċernati spiċċaw imkeċċija?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi d-differenza bejn person of trust u position of trust, peress li f’mistoqsijiet preċedenti jisemmew kemm persons of trust kif ukoll position of trust f’diversi Ministeri? Hemm massimu kemm Ministru jista’ jkollu persons of trust u position of trust?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Person of trust ikun persuna li mhux impjegat mal-Gvern direttament, li jkun fuq kuntratt indefinit u l-kuntratt tiegħu jista’ jintemm ma’ xi bidla relevanti.
Position of trust huma impjegati tal-Gvern direttament jew tas-settur pubbliku li jingħataw pozizzjoni ta’ fiducja li tkun differenti mill-grad sostantiv tagħhom. Il-kuntratt ikun definit u jintemm ma’ kull bidla relevanti.
Nirreferi l-Onor. Interpellant għall-manwali relatati li t-tnejn li huma tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30682, jista' l-Ministru jgħid għaliex inħarġet vakanza ġdida għal Chief Printer fl-Istamperija tal-Gvern meta diġà jeżisti dan il-post? Jista ' jikkonferma jekk fl-Istamperija tal-Gvern huwiex se jkun hemm żewġ Chief Printers?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-vakanza l-ġdida ghal Chief Printer ħarġet bhala parti mill-istrutturar tal-Istamperija tal-Gvern. Iż-żewġ Chief Printers se jkollhom rwoli differenti u distinti minn xulxin.