Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsill Malti għall-isport — Ġbir ta' flus minn kirjiet lill-għaqdiet sportivi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inġabru flus mill-kunsill Malti għall-isport mill-kirjiet li ngħataw lill-għaqdiet sportivi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li skond ir-records tal-Kunsill Malti għall-Isports, l-ammont tal-flus li nġabru mill-kirjiet li ngħataw lill-għaqdiet sportivi hu ta' Lm172,825.95.

Kottonera — Kumpless sportiv

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk l-għaqdiet sportivi li qegħdin jagħmlu użu mill-kumpless sportiv tal-Kottonera? Kemm qed iħallsu dawn l-għaqdiet separatament sabiex jagħmlu użu minn din il-faċilita` sportiva?

Response (GALEA, LOUIS)

No response available.

Kottonera — Kumpless sportiv

Question

Jista' il-Ministri jgħid fil-kumpless sportiv tal-Kottonera hemm xi parti li hija mikrija lil xi ħadd fuq bażi privata u mhux għaqda sportiva? Jista' jgħid kemm qed idaħħal il-kunsill Malti għall-isport minn din il-kirja u għal kemm żmien saret?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-kumpless Sportiv tal-Kottonera, il-partijiet li huma mikrija fuq bażi privata huma : Il-'Catering u Child Care Playing Facilities' huma f'idejn il-'Health Pit Cottonera Ltd'. Dawn huma mikrija għall-ħames snin bir-rata ta' Lm4,000 fis-sena. Il-'Fitness Centre' huwa mikri lill-'Health Pit Operators Ltd' bir-rata ta' Lm2,350 fis-sena għal perjodu ta' 5 snin.

Ħ'Attard — Skola Tumas Dingli - kumpless sportiv

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 224 u 1735, jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi dwar il-kumpless u cioe' jekk ingħatax l-award tat-tender? Meta se jibda x-xogħol? Kemm se jiġi jiswa dan ix-xogħol? Jista' jipprovdi kopja tal-pjanti ta' kif ġej il-kumpless sportiv? Min se jkun responsabbli mix-xogħlijiet u meta hu maħsub li x-xogħol jitlesta?

Response (GALEA, LOUIS)

S'issa ma kienx hemm żviluppi ġodda x'nista nirraporta.

Kumitat ministerjali dwar l-edukazzjoni inklussiva — Membri

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri tal-kumitat ministerjali dwar l-edukazzjoni inklussiva? Kemm–il darba ltaqa’ dan il-kumitat u x’kienu s-suġġetti diskussi fih? X’kien il-frott ta’ dawn il-laqgħat u d-diskussjoni li saret waqt dan il-kumitat għall-ġid tal-persuni bi bżonnijiet speċjali?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-Ministeru qed jaħdem fuq review tal-policy u l-istrateġija dwar l-edukazzjoni inklussiva, il-kumitat imsemmi ma ġiex imġedded minn wara l-elezzjoni li għaddiet. Qed ikolli laqgħat regolari maċ-Chairman u ċ-Chief Executive tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' fuq il-kwestjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-edukazzjoni.

Skejjel speċjali — Ikel servut lill-persuni b'diżabilita'

Question

Jista' il-Ministu jghid jekk waslux rapporti għandu jew inkella fid-divizjoni ta’ l-edukazzjoni dwar il-kwalita` ħażina ta’ l-ikel li qed jiġi provdut fl-iskejjel speċjali lill-persuni b’diżabilita`? Jekk le, jista’ jinvestiga ftit u jara jekk hux minnu li dan l-ikel mhux ta’ kwalita` tajba u lanqas huwa addattat għal kull student b’diżabilita`?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tirċievi rapporti mill-kapijiet ta' l-iskejjel speċjali kull meta l-kuntrattur li jipprovdi l-ikel għall-istudenti ikun naqas minn xi kundizzjoni imsemmija fit-tender. Il-kuntrattur imbagħad ikun avviċinat u informat b'dan in-nuqqas. Dawn il-każijiet m'humiex spissi u l-kuntrattur dejjem obda għat-talbiet tad-Diviżjoni. Informat li l-ikel provdut huwa kunsidrat li hu ta' kwalita' tajba. It-tender ta' l-ikel huwa mfassal b'tali mod li jieħu ħsieb il-kundizzjonijiet ta' kull student b'diżabilita'.

Fondazzjoni għall-iskejjel t'għada — Xogħol ta' l-arti

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-prassi meta l-fondazzjoni għall-iskejjel t’għada tkun teħtieg xi biċċa xogħol ta’ l-arti? Xi kriterji jintużaw sabiex tintagħzel il-persuna li se tagħmel dan ix-xogħol? Jintalbu kwotazzjonijiet lill-artisti oħra ta’ l-istess qasam artistiku?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li il-prassi hija li ma' kull proġett kbir, il-Fondazzjoni tikkommissjona biċċa xogħol ta' l-arti minn artist jew artista lokali stabbilit/a. Ma jagħmilx sens li jinħareġ tender għal biċċa xogħol ta' l-arti, għaliex l-għażla ma tkunx biss fuq bażi ta' prezz, imma l-enfasi ssir fuq li jiġu kkommissjonati artisti f'oqsma diversi bħal ċeramika, murals, pittura, installations, eċċ. Hemm il-ħsieb li fil-futur qarib, meta in-numru ta' kummissjonijiet mistenni jikber, li jinħatar Bord sabiex jirrakkomanda l-għażla kemm ta' l-artist kif ukoll tat-tip ta' xogħolijiet artistiċi.

Skola San Franġisk t'Assisi — Suġġett tal-Home Economics

Question

Jista' il-Ministru jara x’inhi r-raġuni li fl-iskola San Frangisk t’Assisi jiena nformat li żewġ klassijiet tal-Form 4 m’ għandhomx prattika fil-Home Economics? Jekk dan jirriżulta li huwa minnu, jista' jara li s-sitwazzjoni titranġa u dan ħalli jgawdu l-istudenti li fl-aħħar mill-aħħar se jkollhom anke l-prattika fl-eżami?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li tender 'service works and conversion of two rooms into food and physics labs' ġiet mogħtija fil-11 ta' Frar 2004. Il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Æada qed tagħmel dak kollu possibli biex ix-xogħol jitlesta skond kif hemm fit-tender ħalli is-sitwazzjoni tiġi għan-normal.

Bormla — Skola sekondarja Erin Seracino Inglott - eżami ta' nofs is-sena

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk waslux ilmenti fil-Ministeru jew fid-divizjoni dwar l-eżami ta’ nofs is-sena fil-Biology tar-raba’ sena fl-iskola Sekondarja Erin Seracino Inglott ta’ Bormla, fejn f’din il-karta ma ħareġ xejn minn dak li kienu għamlu l-istudenti fil-klassi? Jekk le, jista' jara jekk dan hux minnu jew le?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li id-Dipartiment tal-Kurrikulu ma rċieva l-ebda ilment mill-iskola Erin Serracino Inglott dwar l-eżami tal-Bijoloġija tal-Form 4 ta' nofs is-sena.

Kunsilli lokali — Użu mill-faċilitajiet ta' l-iskejjel ta' l-istat

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel ta' l-istat li jippermettu lill-kunsilli lokali tal-lokalità tagħhom jagħmlu użu mill-faċilitajiet ta' l-istess skejjel wara l-ħinijiet ta' l-iskola u jekk dan isirx taħt xi forma ta' ftehim, eċċ? Jekk fl-affermattiv, jista' jqiegħed kopja tagħhom fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt informat li m'hemmx regola jew prattika ġenerali li tapplika l-istess f'kull lokalita' ta' Malta u Għawdex. L-użu ta' l-iskejjel tal-gvern minn Kunsilli Lokali ivarja minn skola għal oħra kif ivarjaw ukoll il-kondizzjonijiet li taħthom jintużaw l-iskejjel. Hemm każijiet fejn isir ħlas kontanti skond l-attivita' jew inkella ikun kumpens b'mod ieħor (eż. kiri ta' kotba, xi xogħol fl-iskola ). M'hemm l-ebda dokument patikolari li jista' jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kors tal-masters fil-Psikoloġija

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4725, filwaqt li napprezza ferm il-fatt li qed isir sforz biex jerġa' jibda il-kors tal-Masters fil-Psikoloġija, jista' il-Ministru ġentilment jispjega l-ħtieġa li jsir koordinament bejn tliet ministeri differenti? Jaħseb li din hi inizjattiva li trid tittieħed mill-Universita'? Fejn wasal dan il-koordinament bejn it-tliet ministeri? L-Universita' hi rappreżentata jew involuta f'dan l-isforz? X'inhi l-pożizzjoni uffiċjali ta' l-Universita' biex dan il-kors jibda fis-sena akkademika li jmiss? Kemm hi disposta li tagħmel ilparti tagħha l-Universita' biex dan il-kors jibda?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li normalment it-tliet Ministeri msemmija huma responsabbli għal oqsma ta' politika u servizzi li jinħtieġu psikologi u hemm min isostni li t-taħriġ speċjalizzat ta' dan il-personal għandu jkollu kontribut finanzjarju speċifiku minn min jinħtieġu. Jien jidhirli li dan il-kors ta' Masters, bħal diversi korsijiet oħra ta' Masters, għandhom isiru regolari mill-Universita'. Għandu jiġi konsidrat ukoll li, peress li dan ikun kors wara li jkun inkiseb l-ewwel Grad ta' Baċellerat, l-Universita' tistabilixxi ħlas għall-kors u sta imbgħad għal employers prospettivi jiddeċiedu iridux jagħtu kontribut.

Ħal Luqa — Estensjoni ta' l-iskola primarja

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4228, jista' il-Ministru jgħid jekk ix-xogħol strutturali fuq l-estensjoni ta' l-iskola primarja ta' Ħal Luqa huwiex lest?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol strutturali fuq l-ewwel fażi ta' l-iskola primarja ta' Ħal Luqa huwa lest. Wara li t-tfal jiġu trasferiti fl-estensjoni l-ġdida, jkunu jistgħu jibdew ix-xogħolijiet strutturali fuq it-tieni fażi tal-proġett.

Impjiegi — Ħaddiema bis-sensja

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw sensji f'Jannar u fi Frar ta' din is-sena u f'Jannar u Frar tas-snin 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003?

Response (GALEA, LOUIS)

Mistoqsija Parlamentari 4601 Infurmat li in-numru ta’ sensji li ngħataw f’Jannar u fi Frar bejn l-1999 u l-2004 kienu hekk :- Snin Jannar Frar 1999 248 177 2000 264 186 2001 228 170 2002 444 226 2003 253 168 2004 345 240

Birgu — Skola sekondarja Lorenzo Gafa

Question

Bħalma ġara fil-każ ta' skejjel oħra li kienu fi kriżi serja ta' tmexxija u ġew salvati fis-snin li għaddew, tista' tinħatar task force biex tara s-sitwazzjoni mwiegħra ħafna ta' l-iskola sekondarja Lorenzo Gafa u tieħu u twettaq il-passi meħtieġa biex flimkien ma' l-istaff, l-iskola tikseb lura s-serjeta' u l-impenn li kellha meta kienet titmexxa miż-żewġ kapijiet preċedenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni diġa qiegħda tagħmel minn kollox biex lill-iskola Lorenzo Gafa' tagħtihom is-sostenn u l-għajnuna li teħtieġ. L-iskola Lorenzo diġa ingħatat għalliem u amministratur iżjed mill-bżonnijiet normali ta' l-iskola tad-daqs tagħha barra li ngħatat numru ta' midday-break supervisors "extra" biex l-istudenti jkunu sorveljati sew waqt il-ħin ta' rikreazzjoni tagħhom. Qed insegwi l-iżviluppi f'din l-iskola u lest nieħu l-passi li jkun hemm bżonn.

Junior college — Ktejjeb bl-isem "Education in Malta"

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fl-aħħar ġimgħa ta' Frar, 2004 fil-junior college tqassam ktejjeb li jismu Education in Malta li kien pubblikat fi żmien il-Ministru Michael Falzon, jiġifieri jasal sa l-1996 biss?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li, kien numru żgħir ta' kopji tal-ktejjeb "Education in Malta" li minflok ma ntremew tqiegħdu fir-Reception Area tal-Junior College minn membru ta' l-istaff biex studenti jew membri ta' l-istaff interessati f'riċerka dwar l-edukazzjoni qabdu u ħadu kopja. Dawn ma ġewx imqassma kif ġie allegat fil-mistoqsija.

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Kiri ta' vetturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra matul Jannar u Frar ta' din is-sena tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-istess nefqa s-sena l-oħra, 2003?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.