Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #12234 Sitting 215 2000-01-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien — Triq il-Freres - Bozza

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir bozza fil-kantuniera ta' Triq il-Freres ma' Triq id-Dejma, Tarxien minħabba d-dlam li jkun hemm b'periklu għas-sewwieqa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Is-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni Enemalta għall-kunsiderazzjoni tagħha.
Leg 9 PQ #12235 Sitting 215 2000-01-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien — Arblu tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li arblu tad-dawl li hemm fit-Triq id-Dejma kantuniera ma' Triq il-Freres, Tarxien jitneħħa issa li sar l-iżvilupp tal-bini?

Response (BONNICI, JOSEF)

Is-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni Enemalta għall-kunsiderazzjoni tagħha.
Leg 9 PQ #12075 Sitting 214 1999-12-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żejtun — Bozoz

Question

Jista' l-Ministru jara li żewġ bozoz, waħda lejn nofs Triq Sant'Agata u l-oħra fil-kantuniera bejn Triq Sant'Agata u Triq Dun Mikiel Cassar, iż-Żejtun jinbidlu għax huma maqtugħin?

Response (BONNICI, JOSEF)

l-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #12098 Sitting 214 1999-12-17 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Wied il-Għajn — Dawl fi Triq iż-Żonqor

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li Triq iż-Żonqor kif ukoll xi lampa biswit il-Knisja, f'Wied il-Għajn għadhom mitfija minkejja li waslu l-Milied u lejliet il-Millenium fejn bla dubju Wied il-Għajn hu mistenni li se jiġbor fih għadd kbir ta' nies għaliex hu attrazzjoni prinċipali għan-naħat t'isfel ta' Malta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #12106 Sitting 214 1999-12-17 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Fuel Procurement Committee

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min huwa magħmul il-fuel procurement committee ta' l-Enemalta u x'inhuma t-terms of reference ta' dan il-kumitat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #12107 Sitting 214 1999-12-17 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Ħlasijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju dwar l-impatt soċjali ta' l-għoli fil-ħlasijiet tat-telephone?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-implimentazzjoni tal-V.A.T. fuq is-servizz tat-telefon, kif imhabbar fl-ahhar Budget, mistenni li jwassal ghal zieda ta` hamsa fil-mija ta` dan is-servizz. Globalment dan jista` jfisser nefqa addizzjonali ta` hamsa fil-mija ghall-konsumatur jew inkella tnaqqis ta` hamsa fil-mija fl-uzu tas-servizz koncernat, jew xi pozizzjoni intermedjarja. Tajjeb jinghad li l-Gvern ta kumpens ta` Lm10 ghal kull persuna ghall-mizuri mhabbra fil-Budget, inkluza din il-mizura. Tajjeb jinghad ukoll li z-zieda fil-prezz tat-telefon ser tigi riflessa fl-Indici tal-Prezzijiet tas-sena d-diehla u ghalhekk tidhol bhala parti mill-kumpens ghall-gholi tal-hajja tas-sena ta` wara.
Leg 9 PQ #12108 Sitting 214 1999-12-17 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Petrol/diesel — Prezzijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju dwar l-impatt soċjali tal-għoli fil-prezzijiet tad-diesel u tal-petrol?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-implimentazzjoni tal-V.A.T. fuq il-prezz tal-petrol u tad-diesel, kif imhabbar fl-ahhar Budget, ser izid l-ispejjez ghall-konsumatur li jaghmel uzu mill-karozza tieghu. Kull sid ta` karozza privata irid jiddeciedi jekk jibqax juza` l-karozza tieghu bl-istess frekwenza ta` qabel u b`konsegwenza ta` dan jonfoq aktar fuq petrol jew diesel, inkella joqghodx aktar attent fl-uzu ta` dan il-mezz ta` trasport. Ghalhekk l-impatt ser ivarja minn persuna ghal ohra skond l-uzu li jsir mill-karozza privata. Tajjeb jinghad li l-Gvern ta kumpens ta` Lm10 ghal kull persuna ghall-mizuri mhabbra fil-Budget, inkluza din il-mizura. Tajjeb jinghad ukoll li z-zieda fil-prezz tal-petrol u d-diesel ser tigi riflessa fl-Indici tal-Prezzijiet tas-sena d-diehla u ghalhekk tidhol bhala parti mill-kumpens ghall gholi tal-hajja tas-sena ta` wara.
Leg 9 PQ #12127 Sitting 214 1999-12-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Bormla - Triq W. Rosato

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex ir-residenti fi Triq W. Rosato, Bormla, ilhom għal aktar minn 15-il ġurnata bi pressa baxxa ħafna ta' ilma? Jista' jgħid ukoll meta s-sitwazzjoni se tirritorna għan-normal?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #12132 Sitting 214 1999-12-17 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Barranin — Għoti ta' liċenzji

Question

Huwa korrett li jingħad li l-għoti ta' liċenzji għall-bejgħ mill-barranin, speċjalment mill-Għarab, ilu jsir għal mill-inqas erba' snin inkluż taħt l-amministrazzjoni preċedenti? Huwa korrett li jingħad li l-GRTU qatt ma lissnet kelma waħda ta' protesta meta fl-1997 barranin tħallew ibiegħu fit-Trade Fair kontra l-protesti riċenti tal-GRTU?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuggerixxi lill-Onorevoli Interpellant jaghmel il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Leg 9 PQ #12133 Sitting 214 1999-12-17 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Pembroke — Reverse Osmosis

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx studju fuq il-livell ta' dioxin fl-ilma ta' l-impjant tar-reverse osmosis ta' Pembroke billi dan l-impjant huwa qrib il-Magħtab u ħafna ilma tax-xita minn din il-landfall jispiċċa fil-baħar ta' madwar l-impjant ta' Pembroke?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #12139 Sitting 214 1999-12-17 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Għawdex — Ilma

Question

Jista' l-Minsitru jinforma lill-Kamra r-raġuni għaliex it-telf ta' l-ilma (unaccounted on unbilled water) f'Għawdex żdied din l-aħħar sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #12140 Sitting 214 1999-12-17 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Xwieki — Bini ta' ġibjun

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta l-ġibjun li beda jinbena fix-Xwieki?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #12026 Sitting 213 1999-12-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet differenti f'Malta u f'Għawdex fejn il-Water Services Corporation iddeċidiet li ma tidħolx għall-ispiżi li tibdel il-mains u l-house connections għax m'għandhiex finanzi? Kif se tissolva l-problema li hemm ma' diversi kunsilli għax dawn ma jistgħux jibdew il-programm tat-trooq peress li ma jridux jagħtu kisi ġdid fuq mains u connections qodma?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-premessa li fuqha l-Onor Interpellant ibbaza` l-mistoqsija tieghu mhix korretta. Sa ftit zmien ilu l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma kienet qed tibdel a spejjez taghha mains ta` l-ilma li jkunu qodma (ta` materjal li mhux ductile steel) kull fejn il-Kunsilli Lokali jkollhom xogholijiet ta` resurfacing ta` toroq. Fil-prattika dan kien wassal biex il-Korporazzjoni sabet ruhha f`pozizzjoni ta` open ended financial committment, sitwazzjoni li mhix sostenibbli. Barra minn hekk it-toroq li fihom kien isir ix-xoghol kien skond il-prioritajiet tal-Kunsilli Lokali u mhux skond il-prioritajiet tal-Korporazzjoni. Dan wassal biex il-Korporazzjoni kienet qed tbiddel mains ta` l-ilma li setghu jibqghu jkunu wzati ghal hafna snin ohra filwaqt li kellha tnaqqas ix-xoghol ta` bdil tal-mains fejn hemm il-htiega li jsir biex il-konsumaturi jinghataw servizz ta` l-ilma ahjar jew u ghal kontroll ta` leakages. Ghaldaqstant gie deciz li l-Kunsilli Lokali jkunu nformati liema toroq fil-lokalita` taghhom fihom mains li l-Korporazzjoni qed tiprogramma li tibdel biex jekk ikun possibli dawn idahhlu dawn it-toroq fil-programm tar-resurfacing. F`dawn il-kazi l-Korporazzjoni taghmel dan il-bdil ta` mains a karigu taghha u lesta tghaddi l-valur tax-xoghol ta` reinstatement lill-Kunsilli Lokali jekk dawn jiddeciedu li jsir ir-resurfacing tat-triq kollha. Fil-kaz ta` toroq fejn il-Kunsilli Lokali jridu jaghmlu xoghol ta` resurfacing u l-mains m`ghandhomx ghalfejn jinbidlu ghalissa, l-Korporazzjoni lesta taghti l-materjal (kanen ecc) ghal mains godda izda x-xoghol irid ihallas ghalih il-Kunsill Lokali bhala parti mill-ispiza tal-progett. Din il-policy tghodd ghal-lokalitajiet kollha u l-unici eccezzjonijiet saru f`kazi fejn il-Korporazzjoni kienet diga kkommettiet ruhha bil-miktub li se taghmel ix-xoghol qabel ma thabbret din il-policy.

Medigrain — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm u kien hemm impjegati mas-soċjeta' Medigrain limited fis-snin 1997 u 1998? Jista' jingħad fuq liema kriterji ntgħażlu erba' ħaddiema ex-impjegati tal-Marina Milling Grain Handling sabiex jaħdmu mal-Medigrain limited f'Settembru 1998? Jikkonsidra bħala ġusti l-proċeduri li bihom kienu magħżula dawn il-ħaddiema? Jista' jara jekk il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, kenitx inġustament mħollija barra mill-għażla għall-mili ta' dawn l-erba' postijiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-kumpanija medigrain Limited illum timpjega 22 persuna. F'Diċembru tal-1997 il-Kumpanija kienet timpjega 24 persuna, l-istess numru li kienet timpjega f'Diċembru tal-1998. Il-kriterji adottati biex intgħażlu l-erba' ħaddiema msemmija, kienu dawk approvati mill-Kumitat dwar Reklutaġġ fis-Settur Pubbliku maħtur mill-Kabinett skond ittra datata 9 ta' Ġunju 1998. il-proċeduri segwiti fl-għażla ta' dawn il-ħaddiema kienu dawk stabbiliti mill-liġi dwar l-impjiegi. Il-persuna li għaliha qed issir referenza, kienet applikat, flimkien ma' ħafna oħrajn, biex taħdem bħala labourer. Il-Bord ta' l-Għażla kien irrakkomanda tnejn mill-applikanti li ġew impjegati. Il-persuna li qed issir riferenza għaliha kienet ressqet il-każ tagħha quddiem l-Ombudsman. Permezz ta' ittra datata 11 ta' Lulju 1999, il-Kumpanija ġiet infurmata, li wara li saru l-investigazzjonijiet meħtieġa, l-ilment ta' din il-persuna ma kienx ġie sostnut u l-każ kien ingħalaq.
Leg 9 PQ #9842 Sitting 211 1999-12-16 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Wied il-Għajn — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni meta se jinxtegħlu l-poles bil-brazzi li hemm quddiem il-Knisja ta' Wied il-Għajn, meta dawn ilhom ma jinxtegħlu xi ħames snin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-manutenzjoni meħtieġa fuq l-arbli msemmija saret u fil-fatt dawn inxtegħlu fl-4 ta' Ottubru.
Leg 9 PQ #9944 Sitting 211 1999-12-16 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gozo Channel — Studenti - Pass speċjali

Question

Jista'l-Ministru jiżvela jekk studenti Maltin li jkunu jistudjaw fl-Universita' ta' Għawdex humiex intitolati għall-pass speċjali tal-Gozo Channel biex ikunu jistgħu jaqsmu lejn Għawdex bi prezz ridott?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li m'hemmx arranġamenti biex studenti Maltin li jistudjaw fl-Universita' ta' Għawdex ikunu ntitolati għall-pass speċjali tal-Gozo Channel.
Leg 9 PQ #9961 Sitting 211 1999-12-16 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Vodafone — Monopolju

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-monopolju miftiehem mal-Vodafone hux se jiġi limitat ukoll sal-2003 bħalma se jsir fil-każ tas-servizzi li tagħti l-Maltacom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #10296 Sitting 211 1999-12-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni għaliex ħafna persuni qed jilmentaw li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma li għadhom kif irċevew ,u li huma għal xahrejn fis-sajf, huma ħafna għola minn kontijiet ta' qabel għal tliet xhur fix-xitwa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika u jikkwota kont jew kontijiet partikulari biex inkun nista nagħti tweġiba preċiża. Ta' min ifakkar li l-kont li ħareġ qabel dan, kien jinkludi l-kreditu dovut għar-roħs fir-rati tad-dawl u l-ilma kif kien ġie mħabbar.
Leg 9 PQ #10566 Sitting 211 1999-12-16 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Popolazzjoni Reliġjuża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-popolazzjoni tar-reliġjużi f'Malta mqassma f'qassisin, patrijiet u sorijiet? Kemm minnhom huma impjegati mal-gvern u kemm minnhom huma mpjegati mal-Knisja? Jista' jgħid ukoll l-age groups tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kaamra l-informazzjoni mitluba fl-ewwel u fl-aħħar parti tal-Mistoqsija. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ingħatat għall-Mistoqsija numru 4202. Ta' min jgħid li s-saċerdoti u r-reliġjużi li jagħtu servizz fil-Knisja mhumiex meqjusa mill-Knisja bħala mpjegati tagħha, iżda bħal 'Ministri tal-Knisja'.
Leg 9 PQ #11342 Sitting 211 1999-12-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — 3-phase meters

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Enemalta għandhiex 3-phase meters? Kemm ilhom neqsin? Għaliex huma neqsin? Kemm ilhom ordnati? Fl-aħħar tliet xhur ġew ordnati minn dawn il-meters? Kemm waslu minnhom? Minn fejn inxtraw? Fejn twaħħlu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija numru 11659.