Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #2693 Sitting 32 2013-06-18 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — lista ta' bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid min huma d-diretturi li jservu fuq kull bord? Jista’ jgħid ukoll min kienu l-membri fuq kull bord sad-9 ta' Marzu 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #2809 Sitting 32 2013-06-18 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – impjegati – substantive grades

Question

B’ riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 2307 jista’ l-Ministru jagħti tweġiba kompleta u jgħid x’inhu s-substantive grade tal-impjegati msemmija u wkoll jekk hux qed jirċievu l-premiums assoċjati mal-professjoni tagħhom minbarra l-overtime allowance assoċjat ma’ xogħol fis-segretarjat?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li s-substantive grades tal-ħaddiema msemmija huma, tlieta skala 8, waħda fi’skala 7 u ieħor fi skala 13. Erbgħa minn dawn il-persuni jirċievu l- premiums relatati mal-gradi rispettivi tagħhom. Infurmat ukoll li jingħataw allowances relatat mal-grad tal- Customer Care, u qatt ma’kien hemm talba għall- overtime .
Leg 12 PQ #2870 Sitting 32 2013-06-18 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — Proġetti inawgurati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-proġetti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu li ġew inawgurati bejn l-1 ta’ Diċembru 2012 u t-8 ta’ Marzu 2013 u min inawgurahom? Jista’ jgħid jekk dawn il-proġetti kenux lesti kompletament jew jekk kienx fadal xi xogħol xi jsir fuqhom u filkas jgħid fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol li kien fadal? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu tħallsu flus sad-data tal-ftuħ, u kemm kien fadal spejjeż pendenti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #2910 Sitting 32 2013-06-18 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa – ristrutturar

Question

B`referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2312, jista’ l-Ministru jgħid ma’ min qed jikkonsulta sabiex jinstabu l-aħjar soluzzjonijiet dwar ir-ristrutturar previst? Il-unions tal-ħaddiema u l-assoċjazzjonijiet professjonali qegħdin jiġu kkonsultati? Meta hu maħsub li tali ristrutturar jiġi esegwit?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lil-Onorevoli Membru li l-Ministeru wara l-anależi li għamel qiegħed fi stadju ta’ konsultazzjoni mal-istakeholders biex bl-aħjar mod, il-qasam tas-saħħa jkun jagħti l-aħjar serviżż li jħares il-kontabilità u d-dinjità tal-pazjent.
Leg 12 PQ #2911 Sitting 32 2013-06-18 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar tal-onkoloġija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tiegħu rigward l-isptar tal-onkoloġija u kif dan se jitmexxa ladarba jsir it-trasferiment lejn l-Isptar Mater Dei? L-isptar tal-onkoloġija u l-Isptar Mater Dei se jkunu entità waħda kif kien pjanat taħt l-amministrazzjoni preċedenti, jew se jkun hemm management differenti? Jekk inbidlu l-pjanijiet, min ħa tali deċiżjoni, min ġie kkonsultat, u għalfejn inħasset il-ħtieġa li jsir dan? Saret konsultazzjoni mal-ħaddiema li jaħdmu f`dan il-qasam?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lil-Onororevoli Membru li l-pjanijiet qed jitħejjew b’mod kawt biex flimkien ma’dawk kollha involuti, it-transizzjoni minn Boffa għaċ-ċentru l-ġdid tkun waħda regolata, għal ġid tal-istess pazjenti u l-ħaddiema, nassigurak li se jintuża l-aħjar riżors uman.
Leg 12 PQ #2912 Sitting 32 2013-06-18 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Pazjenti jistennew fuq Stretcher

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1803 u 398 u jgħid kemm-il pazjent tħalla jistenna fuq stretcher fis-sala tal-osservazzjoni jew f'xi parti oħra tal-Isptar Mater Dei mid-9 ta' Marzu 2013 sal-lum? Jista' jagħti d-dettalji ġurnata b'ġurnata?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #2913 Sitting 32 2013-06-18 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar San Luqa — pjanijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1804 u 405 u jgħid x'inhi l-viżjoni tiegħu dwar l-użu tal-Isptar San Luqa fil-futur?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li s’sissa għadu ma tteħditx deċiżjoni aħħarija. Kun żgur li din id-deċiżjoni tkun fl-interess nazzjonali.
Leg 12 PQ #820 Sitting 31 2013-06-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — karozzi uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema hi l-karozza uffiċjali tal-Ministru? Jista' jgħid meta nxtrat u kemm qamet meta nxtrat?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li l-karozza uffiċjali tal-Ministru hija l-vettura bin-numru tar-reġistrazzjoni GM17. Il-karozza msemmija ma nxtratx imma hi mikrija bl-istess termini u kundizzjonijiet innegozjati mill-amministrazzjoni preċedenti.
Leg 12 PQ #878 Sitting 31 2013-06-17 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Karmeli u Psychiatric Unit (Mater Dei) — Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nuqqas ta’ ħaddiema ġewwa l-Isptar Monte Karmeli kif ukoll fl-Outpatient Psychiatric Unit tal-Isptar Mater Dei? F’liema skala jinstabu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-postijiet vakanti ġewwa l-Isptar Monte Karmeli, Psychiatric Unit u s- Psychiatric Outpatients fil-preżent huma: Departmental Nurse Manager: 1 Nursing Officers: 8 Deputy Nursing Officers: 5 Staff nurses: 8 Nursing Aides: 15 Assistant Ward Clerks: 9 Community Services Manager: 1 Kunsulenti Psikjatri: 3 (Forensika / Kommunita’ / Psikjatrija Akuta) Health and Safety Officer: 1 Human Resource Manager: 1 IT Administrator: 1 Principle, Procurement: 1 Partly Qualified Accountant: 1 Accounts Manager: 1 Assistant Director, Office of the CEO: 1 Principle: Office of the COO: 1
Leg 12 PQ #2709 Sitting 31 2013-06-17 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għas-Saħħa

Slapped Cheek Syndrome — każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2023 oriġinarjament imressqa lill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm tfal tal-iskejjel ġew irrappurtati bl-iSlapped Cheek Syndrome? F’liema perijodu ġara dan? F’liema lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex seħħ dan? Kemm hemm tfal li fil-preżent għadhom infettati?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lil Onorevoli Membru li n-numru tat-tfal irrappurtati bl-Islapped Cheek Sydrome fl-iskejjel minn April ta’din is-sena jammontaw għal 180każ. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #2804 Sitting 31 2013-06-17 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Personal Assistant Director Nursing Mater Dei

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-assistenta personali tad-direttriċi l-ġdida tal-infermiera fl-Isptar Mater Dei hija nursing aide (u mhux clerk kif normalment hija l-prassi) u taħdem bid-day/day/off u l-Ħdud fl-uffiċċju? X’inhi r-raġuni għal din il-bidla?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infumat li l-assistenta tad-Direttrici il-ġdida tal-infermiera hija nursing aide u taħdem bid-day/day/off. Dan peress illi ġaladarba l-infermiera jaħdmu 7 t’ijiem fil-ġimagħa, b’dan il-mod ikun hemm persuna li tista tilqa l-ilmenti u s-suġġerimenti tal-infermiera għad direttrici għanki fi tmiem il-ġimagħa.
Leg 12 PQ #2805 Sitting 31 2013-06-17 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa – transfers ta’ impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huwa responsabbli għat-transfers li qed joħorġu bħalissa lil diversi impjegati fil-Ministeru tas-Saħħa, peress li kuntrarjament għar-risposti preċedenti mill-istess Ministru dwar dan is-suġġett, qed jirriżulta li l-management mhux qed ikun involut u qed jiġi effettivament infurmat b’email wara li t-transfer ikun diġà ħareġ? Huwa minnu li huwa ċ-chief of staff li qed jiffirma għal dawn it-transfers? Ma jaħsibx li tali aġir imur kontra kull prassi u regola taċ-Ċivil u qed iwassal biex isiru transfers politiċi u vendikattivi?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill- Onorevoli Membru li t-transfers qed isiru biex jippermettu lill Ministeru jirrispondi għal zviluppi li jseħħu, fosthom biex isir deployment ta' nies wara li jiġu fis-seħħ promozzjonijiet. Id-deċiżżjonijiet jittieħdu mid-direttorat tal- Human Resources , sabiex jiffaċilitaw il-proċess mill- punto di vista tal-amministratur. Dwar Transfers jinvolvu il-parteċipazzjoni tal-Ministeru tas-Saħħa,li allura jinkludi fiħ in-nies kollha involuti biex issir deċizjoni tajba. Il-Ministeru jiċħad kategorikament li ċ- chief of staff qed jifferma t- t ransfers .
Leg 12 PQ #2806 Sitting 31 2013-06-17 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — impjegati - lectures waqt il-ħin tax-xogħol

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 2305 jista’ l-Ministru jgħid min hi din il-persuna li hi indikata li ġieli tagħti lectures l-Università waqt il-ħin tax-xogħol?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li kif diġà aċċennajt fit-tweġibijet li tajt għal-mistoqsijiet 404 u 2305, dan il-Ministeru ma sabx strutturi li bihom tinġabar informazzjoni konsistenti fuq lecturing duties għalhekk qed naħdem biex din l-informazzjoni tkompli tinġabar b’mod aħjar. Għaldaqstant l-informazzjoni li għandna fil-Ministeru f’idejna hija parzjali. B’riferenza għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija Parlamentari numru 2305,minħabba regolamenti tal-protezzjoni u l-privatezza tad-data ma’ nistgħax insemmi l-persuna b’isimha. Però ninforma lil-Onorevoli Membru li l-persuna li għaliha għamilt riferenza fit-tweġiba tiegħi, għandha l-grad ta’ Assistent Prinċipali għas-Saħħa Ambjentali.
Leg 12 PQ #2807 Sitting 31 2013-06-17 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Direttur tan-Nursing

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2283 u jgħid x’inhi r-raġuni li d-direttur tan-nursing fl-Isptar Mater Dei ġiet trasferita għall-Isptar Karin Grech? Min ħa tali deċiżjoni u min awtorizza dan iċ-ċaqliq? Dan iċ-ċaqliq huwa skont il-provvedimenti tal-kuntratt abbinat ma’ din il-kariga? Ingħata handover, u jekk iva lil min?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #2808 Sitting 31 2013-06-17 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Dipartiment tan-Nursing

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2284 u jgħid min hi l-persuna l-ġdida li ħadet over it-tmexxija tad-Dipartiment tan-Nursing ġol-Isptar Mater Dei? X`kariga kellha qabel u x’inhu s-substantive grade tagħha? Kif intgħażlet din il-persuna ladarba ma jidhirx li ħarġet xi call for application, u b’liema mod ġiet assenjata? X’inhu s-salarju li din il-persuna se tkun qed tirċievi?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #2320 Sitting 30 2013-06-12 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – servizz ta’ pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li s-servizz tal-Pulizija ġewwa l-Isptar Mater Dei ġie mnaqqas drastikament u se jinżamm biss dak provdut fid-Dipartiment tal-Emerġenza? X’wassal għal din id-deċiżjoni u min ħadha? Il-unions tal-ħaddiema ġew ikkonsultati? Jista’ jassigura li dan ma jikkompromettix is-sigurtà tal-pazjenti, qraba kif ukoll ħaddiema tal-Isptar Mater Dei? X’miżuri ttieħdu jew se jittieħdu sabiex jiġi assugarat li ma jseħħ l-ebda inċident? Min se jinżamm responsabbli jekk jinqala’ xi accident?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li s-servizz ta’pulizija fl-Isptar Mater Dei għadu l-istess bħalma kien sena ilu u ma tnaqqsu l-ebda Pulizija fl-istess Sptar.
Leg 12 PQ #2678 Sitting 30 2013-06-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċini – Każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li dan kien intitolat għal pillolli iżda issa jidher li dan is-servizz mhux se jitkompla jingħata?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li dan il-każ ġie indirizzat u konkluż mill-Ministeru għas-Saħħa.
Leg 12 PQ #2771 Sitting 30 2013-06-12 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Acting consultant ophthalmologist

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn għadha ma ħarġitx sejħa għal acting consultant ophthalmologist biex jieħu post l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li issa sar segretarju parlamentari fl-eżekuttiv tal-Gvern?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li acting appointments jinħarġu għall-pożizzjonijiet li jaqgħu taħt is-Second Schedule tal-Public Administration Act
Leg 12 PQ #2789 Sitting 30 2013-06-12 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa – transfer policy

Question

B`referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2291, jista’ l-Ministru jispjega aktar fid-dettall u jgħid x’irid ifisser meta qal li hija fid-diskrezzjoni tal-management li jagħmel development skont l-esiġenzi tas-servizz?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lil-Onorevoli Membru li hija d-deċizzjoni tal-management li jieħu l-passi neċessarji u jagħmel l-iżviluppi meħtieġa skont il-ħtiega tas-servizz. Saru diversi laqgħat mal-u nions sabiex dawk id-direttivi li intirtu minn l-amministrazjoni precedenti jiġu solvuti. Hafna minn dawn id-direttivi qed jiġu indirizzati, u fil-futur qarib nibdew nikkonkludu fuq xi wħud minnhom.
Leg 12 PQ #2790 Sitting 30 2013-06-12 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Mammografiji

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jew le jekk ir-recall system għall-mammografija għal high risk patients, li biha kull pazjenta kienet tiġi recalled għall-mammogram kull sentejn, ġewwa l-Isptar Mater Dei waqfitx topera? Jekk iva, għalfejn? X'qed isir minflok?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li r- Recall system għall-high risk patients qatt ma kienet stabilita minkejja li kien hemm rakkmandazzjoni. Il-pazjenti jintbagħtu għall- mammogram f'Mater Dei Hospital mit-tabib ta’ fiduċja tagħhom.