Studenti Għawdxin — akkomodazzjoni fl-inħawi tal-Università u l-MCAST
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20772 jista’ l-Ministru jgħid min għamel ir-rapport dwar il-kirjiet għall-akkomodazzjoni ta’ studenti Għawdxin li jistudjaw Malta? Jista’ almenu la ma jridx jippublika dan ir-rapport, kontra kull wegħda ta’ trasparenza, tal-inqas jippubblika l-konklużjonijiet tiegħu? Jista’ jgħid kemm sewa biex sar dan ir-rapport?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat illi r-rapport tħejja minn Dr. Rose Marie Azzoppardi f’ Mejju 2014 liema rapport sewa Eur2,500. Il-konklu¿¿jonijiet tiegħu qegħdin jiġu hawn mgħoddija by hand lill-istess Onorevoli Interpellant.
Jista’ l-Ministru jara li tal-inqas isir patching fi Triq Għajn Qasab fin-Nadur li tinsab fi stat diżastruż? Jista’ jagħti raġuni għaliex din it-triq li twassal għall-bajja tar-Ramla l-Ħamra mhux qed tinżamm fi stat tajjeb ta’ manutenzjoni?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħda tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li huma stazzjonati f’Kemmuna u mil-liema dipartiment ġejjin dawn il-ħaddiema? X’inhu x-xogħol ta’ kull wieħed minn dawn il-ħaddiema f’Kemmuna?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab nfurmat li hemm tlett ħaddiema mid-Direttorat tal-Proġetti u Żvilupp stazzjonati f’Kemmuna. Tnejn minn dawn il-ħaddiema jieħdu ħsieb l-indafa tal-latrini filwaqt li l-ieħor jieħu ħsieb il-manutenzjoni ġenerali u l’indafa tal-bajjiet.
Ir-Rabat Għawdex — Triq il-Kastell – tank għal ħażna taż-żejt
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li se jsir tank bil-ħażna tal-gass taħt l-art fi Triq il-Kastell jew f’xi triq fil-viċin? Jekk iva, għaliex se ssir din il-ħażna ta’ gass qalb l-abitat? Hemm il-permessi kollha neċessarji biex isir dan? Ġew ikkonsultati r-residenti tal-inħawi dwar din il-ħażna?
Response (REFALO, ANTON)
Il-Ministeru għal Għawdex issottometta applikazzjoni mal-MEPA (PA03860/15) li bħalissa għadha qed tiġi pproċessata. F’din l-applikazzjoni, qed jiġi propost li jsir tank għall-ħazna tal-gass u sistema ta’ pajpijiet biex jinxtegħelu żewġ fjammi quddiem il-Monument tal-Vittmi tal-Gwerra fi Pjazza Indipendenza u fjamma quddiem il-Monument li jfakkar l-Invazjoni t’Għawdex fl-1551. Kif mitlub mil-liġi, il-MEPA avżat lir-residenti permezz ta’ tabelli li twaħħlu fil-madwar u permezz ta’ avviżi gew impustati lir-residenti. Ir-residenti kellhom id-dritt li jissottomettu oġġezzjoni għal dan l-iżvilupp. Barra minn hekk, bħala parti mill-applikazzjoni qed jitħejja risk assessment minn Inġinier kwalifikat u minn Health and Safety Officer biex jindika hemmx possibilta’ ta’ riskji.
Għawdex: Triq li mir-Rabat twassal saż-Żebbuġ – bini tat-triq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jsir ix-xogħol ta’ bini mill-ġdid tat-triq li mir-Rabat twassal saż-Żebbuġ f’Għawdex u dan peress li partijiet minn din it-triq jinsabu fi stat perikoluż?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant dawn ix-xogħolijiet qedgħin jġu ippjananti għal futur.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Ministeru tiegħu se jieħu f’idejh l-uffiċċju li hemm fuq l-Għassa tal-Pulizija ta’ Marsalforn,meta dan kien devolut lill-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ? Kien il-Ministeru tiegħu li talab li dan jittieħed minn idejn il-Kunsill Lokali u jgħaddi għand il-Ministeru? Għaliex saret din it-talba? Il-Kunsill Lokali ġie kkonsultat dwar il-pass li kien se jittieħed?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat illi llum il-post hu żdingat u abbandunat, huwa tal-mistħija li jitħalla f’ dan l-istat speċjalment meta dan il-post hu intiż biex parti minnu tiġi ikkonvertita f’ youth centre għaż-żgħażagħ li jifrekwentaw Marsalforn u meta jidher ċar li l-kunsill taż-Żebbug la għandu l-volonta u anqas l-intenzjoni li jirranġa dan il-post ċentrali f’Marsalforn.
Xagħra Għawdex- Triq Ġnien Imrik – storm water culvert
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibdew ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni għall-Storm Water Culvert fi Triq Ġnien Imrik, Xagħra skont it-tender numru MG75/2012 li ngħata lura f'Marzu tal-2012?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li x-xogħol ser jibda fil-futur qarib.
Ministeru għal Għawdex — persuni impjegati full-time jew part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Ministeru, jew entitajiet, awtoritajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu hemmx persuni impjegati bħala full-time jew part-time,liema impjegati huma jew kienu membri parlamentari bejn l-2008 sal-lum? Jista’ jgħid u jippreżenta fil-Kamra meta ġew impjegati u b’liema kundizzjonijiet u x’pakkett finanzjarju kellhom jew għandhom? Jista’ jgħid kif dawn intgħażlu għal dak l-impjieg u b’liema mod l-attendenza tagħhom fix-xogħol tiġi rrekordjata? Jista’ jippreżenta fil-Kamra x’inhi l-attendenza ta’ dawn l-impjegati li kienu jew huma membri parlamentari fix-xogħol tagħhom?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li fil-Ministeru għal Għawdex hemm persuna waħda fuq bazi part time fl-SPU Unit li huwa wkoll Membru Parlamentari. Il-pakkett finanzjarju jikkonsisti biss fil- provvista ta’ karozza fully expensed.
Jista' l-Ministru jgħid min qed jamministra x-shooting range taż-Żebbug Għawdex? X’investiment hu maħsub u ppjanat mill-Ministeru tiegħu għal din ix-shooting range? Kemm hemm ħaddiema tal-Ministeru għal Għawdex li qed jaħdmu f'din ix-shooting range u x’inhu x-xogħol tagħhom?
Response (REFALO, ANTON)
Ix-Shooting range hija amministrata mill-Gozo Clay Target Shooting Association. Huwa ppjanat li tinbidel it-tinda tagħha. Il-ħaddiema baqgħu l-istess illi kien hemm taħt amministrazzjoni preċidenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il trip fil-ġimgħa operat il-Kumpanija Gozo Channel mill-Imġarr lejn Sa Maison fil-port ta’ Marsamxett u lura matul is-sena 2015 sal-lum? Jista’ jgħid għaliex ma hemmx skeda fissa għal dawn il-vjaġġi bejn iż-żewġ portijiet tal-Imġarr u Sa Maison?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li saru 167 vjaġġi lejn Sa Maison u lura lejn l-Imġarr.
Il-vjaggi bejn l-Imġarr u Sa Maison isiru darbtejn fil-ġimgħa u dawn isiru t-Tlieta u l-Ħamis. Meta jsir xi tidbil kemm fil-ġranet kif ukoll fil-ħinijiet il-burndnara jiġu nfurmata minn qabel b’telefonata jew b’email mid-Duty Terminal Managers tal-kumpanija. L-iskeda ta’ dan il-vjaġġ tista’ tinbidel meta taħbat xi festa pubblika jew meta jidħol xi vapur tal-merkanzija jħott fil-port tal-Imġarr, f’Quay no: 3. Tibdil fil-ħinijiet jista’ jsir ukoll meta l-kumpanija tirċievi Notice to Mariners li jkun se jsir xi sparar fiz-zona ta’ Pembroke mill-armata.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-vjaġġi bejn Sa Maison u l-port tal-Imġarr, li primarjament jintuża minn trakkijiet kbar tal-merkanzija għat-traġitt bejn iż-żewġ gżejjer, hux se jibqa jsir? Jekk mhux se jibqgħu jsiru dawn il-vjaġġi se jkun hemm alternattiva u jekk iva, x’se tkun?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru se jagħmel dak kollu possibbli biex dan is-servizz jibqa jingħata.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20674, jista’ l-Ministru jara li l-allokazzjoni li se tingħata kull kunsill lokali tiġi komunikata qabel ir-raba’ ġimgħa ta’ Diċembru u dan stante li din is-sena l-budget sar aktar minn xahar qabel is-soltu kif ukoll stante li s-sena finanzjarja tal-kunsilli lokali tibda fl-1 ta’ Jannar u allura jekk din tiġi komunikata fir-raba’ ġimgħa ta’ Diċembru, kull kunsill lokali ma jkollu l-ebda ċans li sal-bidu tas-sena finanzjarja jippjana u iħejji l-baġit neċessarju?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-mistoqsija parlamentari numru 20674 ma kinitx indirizzata lili.
Sptar Ġenerali t’Għawdex – laqgħat mal-ħaddiema Għawdxin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hu kienx preżenti għal-laqgħat li saru mal-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex mas-sid il-ġid tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex li se jmexxi dan l-Isptar għat-30 sena li ġejjin?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi jiena qiegħed insegwi kull żvilupp li qed isir fl-Isptar Ġenerali t’ Għawdex u jkolli kuntatt kontinwu mal-impjegati u l-ħaddiema fl-istess fl-isptar.
Jista’ l-Ministru jgħid meta kien l-aħħar li l-ħaddiema tal-Gozo Channel għamlu training relatat ma’ salvataġġ? Jista’ jgħid kull meta jsir dan it-training, fejn isir u min jieħu l-ħsieb l-istess training? Jista’ jgħid meta sar l-aħħar manteniment fuq kull wieħed mit-tliet vapuri li permezz tagħhom topera l-vjaġġi l-Gozo Channel?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab nfurmat li parti mid- dmirijiet tal-ekwipaġ tal-vapuri huwa taħriġ ta’ salvataġġ. Dan huwa rikjest wkoll mill-liġijiet marittimi. It-taħrig dwar is salvataġġ fuq il-vapuri tal-Gozo Channel isir skond skeda. Kull ġimgħa jsiru tal-inqas taħriġ ta evakwazzjoni mill-vapur u taħriġ fit tifi tan-nar. Dan it-taħriġ jinkludu li jiġu operati id-dagħajjes ta’ saltavaġġ.
Jsir taħriġ skedat wkoll fi sitwazzjonijiet identifikati ta’ emerġenzi oħra bħall : bomb threat, sudden list, grounding, oil spill, entry in enclosed spaces, emergency steering, power failure, personnel injury, helicopter winching, man overboard u oħrajn
Il-membri tal-ekwipaġġ għandom għad-dispozizzjoni tagħhom training f’forma ta’ filmati maħduma apposta għal dan il-għan minn kumpaniji li li jipproduċi dan it-training għall-vapuri madwar id-dinja. Fuq kull vapur jinsab installat tagħmir ellettroniku biex jintwerew dawn il-filmati li l-kumpanija tinsab abbonata fihom.
Kull taħriġ li jsir abbord jiġi mmiżżel fl-Official Ship’s Log book tal vapur, fil-crew list u mmiżżel wkoll fir-record book li għandu kull membru tal-ekwipaġġ. Huwa mandatorju li kull individwu ta l-ekwipaġġ ikollu entry li ipparteċipa f’taħrig ta’ tifi tan-nar u evakwazzjoni ta l-inqas darba kull xagħar.
Dan it-taħrig jsir fuq il-vapuri stess fejn jinsab l-equipment meħtieg, li fil-fatt jintuża f’emerġenza. L-ekwipaġġ jiġi ittrenjat fl-u¿u ta’ dan l-equipment. Huwa l-kaptan u l-uffiċjali tal-vapur li jorganizzaw u jwettqu dan it taħriġ.
Fil-31 ta’ Luju 2013 l-International Maritime Organization daħħlet regoli ġodda fejn għal skopp ta tiġdit ta ċertifikati ta’ kompetenza jrid jsir refresher course fit-training ta salvataġġ bażiku minn istituzzjoni rikonoxxuta qabel ma jiġi mġedded iċ-ċertifikat. Il-Gozo Channel għadha kif bagħatet l-ekwipaġġi kollha għal dan il course.
Manteniment tal-Vapuri
Il-manteniment tal-vapuri jsir kontinwament fuq Planned Maintenance System (PMS) kompjuterizzata li hija apprrovata mill-Classification Society tal-vapuri Din is-sistema tiġi awditjata u verifikata kull sentejn mill-Classification society stess .
Kull parti tal-makkinarju li jinstab abbord il-vapuri jiġi spezzjonat, żarmat, kif meħtieġ u partijiet li jkunu worn barra mill-limiti jew laħqu ammont ta’ siegħat kif stipulat mill-manifatturi tal-apparat ikkonċernat jiġu mibdula jew maxinjati skont il-ħtieġa.
Kemm il-makni prinċipali u l-propulsion thrusters jiġu mantenuti skont is-sistema tal-PMS. Il-makni prinċipali jiġu żarmati u overhauled mill-ekwipaġġ stess waqt li l-vapur jkun fis-servizz. Ix-xogħol jiġi akkreditat mill-Classification Society. Il-propulsion thrusters jiġu overhauled kull ħames u għaxar snin waqt li il-vapur jkun ġo tarzna. Hawnhekk it-thrusters jiġu żarmati kollha jekk jkun 10 year overhaul jew parzjalment jekk jkun 5 year overhaul.
Fil-pre¿ent, 2015, il-Vapur Ta’ Pinu għadu kif kellu 5
year docking
. F’Jannar 2016 il-Gaudos jagħmel 5
year overhaul
tat–
thrusters
u fil 2017 Il-Malita. Kull sentejn il-vapuri xorta jidħlu t-tarzna kif rikjest mill-
local authority
u mill-
Classification Society
fejn issir spezzjoni tal-
hull
tal-vapur u jigi mnaddaf u mi¿bugħ.
Jista’ l-Ministru jgħid liema dipartimenti u entitajiet taħt id-dekasteru tiegħu joffru sistema ta’ teleworking u taħt liema kundizzjonijiet?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dipartimenti u l-entita’ li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex joffru sistema ta’ teleworking. Il-kundizzjonijiet huma skont il-policy li għandu l-Gvern fuq it-teleworking.
Jista’ l-Ministru jelenka x’xogħlijiet saru fuq Kemmuna mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2015 sal-lum? Liema xogħlijiet huma maħsuba u ppjanati għas-sena 2016?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2015 tranġat iż-żona ta’ fejn isir l-ikampjar ħdejn il-Bajja ta’ Santa Marija. Ġew irranġati l-oqbra imkissrin fiċ-ċimiterju ta’ Kemmuna. F’żoni varji fuq Kemmuna saru ukoll ħitan tas-sejjieħ kif ukoll maintenance fuq il-fossa tad-drenaġġ tal-bajja ta’ Santa Marija.
Madwar ill-bajja ta’ Santa Marija inbiddlet is-sistema tax-showers u tal-viċin. Fil-bajjiet ta’ Santa Marija u tal-Blue Lagoon twaħħlu xi tabelli u anke inbnew ¿ewġ lifeguard towers. Huwa maħsub li matul l-2016 jittranġa il-jetty tal-bajja ta’ Santa Marija u li isir refurbishment tal-latrina tal-Blue Lagoon. Dan min barra il-maintenance u tiswija li jsiru kull sena qabel l-istaġun tas-sajf.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17745, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija dwar il-konsulenti li nħatru fil-perjodu li rreferejt għalih fil-mistoqsija oriġinali sal-lum u jelenka f’liema entitajiet, awtoritajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu qegħdin dawn il-konsulenti? Għal liema skop qed tingħata din il-konsulenza? Kemm tħallsu għal din il-konsulenza xahar b’xahar fl-aħħar 12-il xahar? Dan is-servizz ingħata wara sejħa għall-offerti jew b’direct order?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17745
Studenti Għawdxin — akkomodazzjoni fl-inħawi tal-Università u l-MCAST
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20418, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudju li sar dwar kemm qed iħallsu l-istudent Għawdxin li jistudjaw f’Malta biex jikru akkomodazzjoni fl-inħawi tal-Università jew fl-inħawi tal-MCAST u għal liema studju l-Ministru għamel referenza, fir-risposta tiegħu għall-mistoqsija indikata?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawk l-istudenti Għawdxin li jikru postijiet f’Malta iħallsu medja ta’ €113.20 fix-xahar. Ir-rapport li qed issir referenza għaliħ sar għal konsum intern. Madankollu l-Ministeru għal Ghawdex lest li jiddiskuti l-konklużjonijiet tiegħu mal-Onorevoli Interpellant.
Għawdex – Airfield – Economic and Social Impact Assessment u Cost benefit Analysis
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Economic and Social Impact Assessment u l-cost benefit analysis dwar airfield f’Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi ta natura kummerċjali b’informazzjoni sensittiva u għaldaqstant ma tistax tiġi rilaxxata.