Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #524 Sitting 10 1998-11-11 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Infermiera

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid meta hu maħsub li jsiru tal-post numru ta' nurses kwalifikati li tħallew fuq bażi casual mill-gvern preċedenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Għadhom kif ġew ippublikati r-riżultati ta' l-intervisti għall-mili ta'postijiet ta'Enrolled Nurse u Staff Nurse. Barra minn dan sejħa oħra għall-applikazzjonijiet għall-mili ta' postijiet ta' Staff Nurse ħierga fil-Gażżetta tal-Gvern tas-6 ta' Novembru 1998 u oħra għall-postijiet ta'Enrolled Nurse ħierga fil-futur qarib. B'riżultat tal-ħidma msemmija hawn fuq in-numru ta' nfermiera kwalifikati li tħallew fuq bażi każwali mill-Gvern preċedenti ser isiru tal-post fil-futur qarib.
Leg 9 PQ #732 Sitting 10 1998-11-11 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il operazzjoni saret fil-main operating theatre u f'Karen Grech operating theatre fl-Isptar San Luqa tul l-1996, l-1997 u l-1998?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li fl-Isptar San Luqa u fl-Isptar Karen Grech saru 22,708 operazzjonijiet matul l-1996,23,316-17-operazzjoni matul l-1997, u 14,513-il operazzjoni minn Jannar sa Lulju ta' din is-sena. L-operazzjonijiet kienu mqassma kif jidher f'din l-iskeda: Operating Theatre 1996 1997 Jannar-Lulju 1998 ____________________________________________ ________________ SLH Main Theatre 6628 7092 4286 SLH Orthopaedic Theatre 2415 2517 1582 SLH A&E Theatre 479 386 151 SLH Endoscopy Theatre 4619 4854 3139 SLH Burns Theatre * * 370 KGH Paediatric Theatre 745 817 502 KGH Gynae Theatre 1388 1395 853 KGH Opthalmic Theatre 1501 1562 892 KGH ENT Theatre 1497 1411 849 KGH Labour Ward Theatre 740 774 408 KGH Gynae Ward Theatre 2696 2508 1481 *: It-tagħrif minn dan it-theatre beda jintbaghat fl-1998. SLH=St.Luke's Hospital, KGH=Karen Grech Hospital
Leg 9 PQ #847 Sitting 10 1998-11-11 Oral · Interim From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni fuq il-programm ta' refurbishment ta' l-Isptar San Luqa matul is-sentejn ta' Gvern Laburista kif ukoll x'se jsir issa mill-Gvern preżenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-Informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tigi migbura u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #249 Sitting 9 1998-11-10 Oral · Interim From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jistennew jew qegħdin fuq il-waiting list biex issirilhom xi tip ta' operazzjoni ġewwa sptarijiet tal-gvern illum? Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm hi l-lista ta' kull professur ikkonċernat (mingħajr ma jsemmi ismijiet)? Jista' l-Ministru jagħti breakdown taż-żmien li ilhom jistennew dawn il-persuni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #250 Sitting 9 1998-11-10 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru transfers fid-dikasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Minn fejn u għal fejn saru dawn it-transfers?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 141.
Leg 9 PQ #750 Sitting 9 1998-11-10 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Zammit Clapp — Membri tal-bord

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord ta' Tmexxija fl-Isptar Zammit Clapp? Hemm il-ħsieb li jiżdied in-numru ta' konsulenti fil-Ġerjatrija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Dwar il-membri tal-Bord tat-tmexxija ta' l-Isptar Zammit Clapp nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta ta' Mistoqsija Numru 139. Il-Manpower Plan dwar il-Gerjatrija ser jigi rivedut fid-dawl ta' deciżjonijiet li qed jieħu l-Gvern fuq l-iżvilupp ta' l-Isptar il-Ġdid u servizzi oħra rijabilitattivi. Ċertament li ser ikun hemm bzonn ta' iktar minn konsultent wieħed fil-Ġerjatrija kif hemm bħalissa u kif kien hemm ippjanat fil-Human Resource Plan li Ħejjiet l-Amministrazzjoni precedenti.
Leg 9 PQ #751 Sitting 9 1998-11-10 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward il-proċess ta' awtonomija ta' l-isptarijiet u t-time frames, jekk dawn jeżistu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kif jaf l-Onor. Membru għal dawn l-aħħar tlett snin qiegħed ssir riforma fl-Isptarijiet tal-Gvern sabiex intejbu s-servizzi u nżidu l-effiċjenza. S'issa daħħalna sistemi finanzjarji u operattivi f'żewġ sptarijiet - jiġifieri f'Boffa u f'Monte Carmeli. F'dawn l-isptarijiet sar ukoll business re-engineering process sabiex jiddaħlu sistemi operattivi aktar effiċjenti u effettivi. Hu ippjanat ukoll li f'Jannar 1999 ser nibdew naħdmu fuq l-Isptar San Luqa. Minn Jannar li ġej ukoll kull sptar ser ikun cost centre għaliħ bħala l-ewwel fażi sabiex ma ngħamlux l-iżbalji li saru f'pajjizi oħra.
Leg 9 PQ #762 Sitting 9 1998-11-10 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar il-ġdid

Question

Jista' l-Ministru jagħti t-termini ġodda ta' l-isptar il-ġdid f'dak li huwa: 1) struttura; 2) funzjoni? Jista' l-Ministru jgħid kif dawn ivarjaw minn dawk ta' Gvern Nazzjonalista ta' qabel l-1996?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fil-futur immedjat huwa maħsub li l-Gvern iħabbar t-termini ġodda ta' l-Isptar il-Gdid.
Leg 9 PQ #763 Sitting 9 1998-11-10 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar il-ġdid

Question

Peress li l-isptar il-ġdid irid isir bħala ċentru reġjonali, jista' l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu biex dan isir realta'?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Għadu mhux stabiliti jekk l-Isptar il-Ġdid hux ser ikun sptar reġjonali.
Leg 9 PQ #764 Sitting 9 1998-11-10 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Tal Qroqq — Pjan

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjan għandu l-Gvern biex ikun jista' jħaddem l-isptar il-ġdid f'Tal Qroqq f'dak li għandu x'jaqsam ma' ħaddiema ttrenjati u kwalifikati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Pjan tal-Gvern biex iħaddem l-Isptar il-Ġdid f'Tal-Qroqq huwa li trid tinħoloq struttura ta' organiżżażjoni ibbażata fuq prinċipji ta' `management' modern u effiċjenti. Il-Gvern huwa dderminat li l-ineffiċjenzi eżistenti fir-riżorsi umani fl-Isptar San Luqa ma jiġux trasportati għall-Isptar l-Ġdid. Għal dan il-għan il-Ġvern qed jibda proċess ta' evalwazzjoni tar-rizorsi umani bl-iskop li meta tiġi stabilita s-sitwazzjoni reali, jinbdew proċeduri ta' taħriġ biex jiżdied il-livell ta' effiċjenza fost il-Ħaddiema.
Leg 9 PQ #780 Sitting 9 1998-11-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-saħħa — Tobba

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx tobba biżżejjed fil-Health Centres? Jekk iva, għaliex qiegħed ikun hemm queue ta' nies jistennew l-aktar bejn it-8.00 a.m. u l-10.00 a.m.? Jekk le, x'inhu jagħmel il-Ministru biex tiġi solvuta din il-problema?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fil-preżent in-numru ta' tobba li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa huwa inqas minn dak stabbilit u dan huwa stat li ilu għaddej għal numru kbir ta'xhur. Minn barra li qed isir kull sforz biex jigu ngaġġati tobba iżjed, kemm fuq bażi full-time kif ukoll part-time, id-Dipartiment bħal issa għaddej b'diskussjonijiet mal-Assocjazzjoni Medika u mal-Kullegg tat-Tobba tal-Familja dwar riforma sħiħa fil-qasam tal-Kura Primarja.
Leg 9 PQ #96 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Diretturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħatru diretturi fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Min huma? Xi kwalifiki għandhom? Fuq liema kriterji ngħataw il-ħatra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma nħatru l-ebda diretturi fid-dekasteru tas-Saħħa mill-5 ta' Settembru 'l hawn
Leg 9 PQ #511 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Nursing Aides

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jingħataw iċ-ċertifikati tan-Nursing Aides li temmew il-kors f'dawn l-aħħar xhur? Għalfejn dawn għadhom ma ngħatawx iċ-ċertifikat? Hemm il-ħsieb li tiġi organizzata ċerimonja ta' l-għoti taċ-ċertifikati biex dawn l-istudenti jiġu ppremjati għall-ħidma li wettqu tul il-kors?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-istudenti li temmew il-kors ta' sena tan-Nursing Aides ngħataw certifikat mit-taqsima ta' l-Institute of Health Care sabiex ikunu jistgħu japplikaw għall-postijiet ta' Nursing Aide fuq bazi permanenti skond is-sejħa għall-applikazzjonijiet li ħarget fil-Gazzetta tal-Gvern tat-28 t'Awissu 1998.
Leg 9 PQ #539 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Kuntratti

Question

B'riferenza għall-perjodu 10 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Ottubru, 1998 u għad-dikasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: 1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; 2) lil min intalbu quotations; 3) kemm kienet kull quota; 4) min rebaħ il-kuntratt; 5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv: 6) fiex kienu jikkonsistu; u 7) kemm kien il-valur totali tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Matul il-perjodu msemmi jiġifieri bejn 10 ta' Settembru sal-31 ta' Ottubru ingħataw diversi ordnijiet għall-ġarr ta' għamara (skrivaniji, filing cabinets, cupboards, siggijiet, computers, mwejjed, photocopy, eċċ) u stores (kaxex bil-files u dokumenti ohra eċċ) li jammontaw għal Lm1,603. Dawn kienu jinkludu: a) ġarr ta' għamara u stores mis-sezzjoni tas-Supplies mid-Dipartiment tas-Saħħa, Triq Merkanti l-Belt għall-Isptar San Luqa u kien jinkludi l-uzu ta' crane; (05/10/98) b) ġarr ta' għamara tal-Permanent Secretary u l-istaff tiegħu minn Casa Leoni għad-Dipartiment tas-Saħħa, l-Belt; (13 u 14/10/98) c) ġarr ta' għamara u stores miċ-ċentru Ħidma Socjali, Santa Venera għad-Dipartiment tas-Saħħa, l-Belt (20/10/98) d) ġarr ta' kaxxi bil-files mid-Dipartiment tas-Saħħa għal Home Affairs Office, Triq San Pawl, il-Belt; (2 u 13/10/98) e) ġarr ta' għamara u stores minn sular għal iehor fid-dipartiment tas-Saħħa; (12/10/98) f) ġarr ta' għamara u stores mill-Uffiċċju tal-Health Inspectors, fl-Imsida għall-Uffiċċju f'San Pawl il-Bahar; (23/10/98) g) ġarr ta' għamara u stores tad-Direttur tal-Corporate Services u l-istaff tiegħu minn Casa Leoni, Santa Venera għad-Dipartiment tas-Saħħa l-Belt; (8 u 9/10/98) h) ġarr ta' għamara mir-Registry, Ċentru Ħidma Soċjali għar-Registry tad-Dipartiment tas-Saħħa, l-Belt u mtellgħin fis-sular tal-bejt; (9/10/98) i) ġarr ta' għamara u stores mill-uffiċċju tal-Ministru tas-Saħħa u l-istaff tas-Segretarjat minn Casa Leoni, Santa Venera għad-Dipartiment tas-Saħħa, l-Belt; (2u 6/10/98) Minħabba l-fatt li l-ispiża f'kull każ kienet fil-limiti permessi mir-Regolamenti Finanzjarji ma kienx hemm il-ħtiega li jintalbu kwotazzjonijiet u barra minn hekk l-urġenza sabiex it-trasferimenti tal-uffiċini jsir mill-aktar fis possibli, ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinhareġ xi sejha għall-offerti. Ix-xogħol kollu għalhekk ingħata mis-Segretarjat u mid-Direttur tal-Finanzi lill-kumpanija Borg Bros tas-Siġġiewi.
Leg 9 PQ #559 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm mediċini out of stock bħalissa? Liema huma?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta` neqsin huwa ta` 16. Din il-lista tinkludi: (1) Mediċini li għalkemm waslu ma jistgħux jitqassmu minħabba li jkun għadu ma wasalx ir-riżultat tal-analiżi (jiġifieri dawn il-mediċini jkunu kwarantina) Senna 7.5mg tablets (2) Mediċini li qegħdin jiġu diskussi mid-Drug and Therapeutics Committee (DTC) biex jiġu maqtugħa mill-Formolarju: Atropinic Sulphate 0.6mg tablet Azlocillin Sodium 500mg injections Cefotaxime Sodium 0.5mg injections Ephedrine Nasal Drops 1% Fosfestrol Tetrasodium 100mg tablets Stilboestrol 5mg tablets (3) Mediċini li s-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern għandu problema biex jixtrihom minħabba li ħadd ma qiegħed jikkwota għalihom: Hydroxychloroquine 200mg tablets Ketamine 10mg/ml injections Methylergometrine 0.125mg tablets Neostigmine 0.5mg/ml injections Oxytocin 10 units x 1ml injections Phenytoin sodium 25mg capsules Procainamide injctions Procaine Penicillin with Benzyl Penicillin injections Stilboestrol 1mg tablets
Leg 9 PQ #617 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Qormi — Health Centre

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' l-istaff li kien hemm qabel l-elezzjoni u dak li hemm issa jaħdmu fil-Health Centre ta' Ħal Qormi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qabel l-Elezzjoni '98 Wara l-Elezzjoni '98 _____________________________________________ ____________________ Attard Anthony N.O. Attard Anthony N.O Axisa Saviour Supervisor Axisa Saviour Supervisor Azzopardi Maria P/T S.N. Azzopardi Maria P/T S.N. Azzopardi Rita P/T S.N. Azzopardi Rita P/T S.N. Briffa Emma E.N. Briffa Emma E.N. Baldacchino Michael H/Asst Baldacchino Michael H/Asst Bugeja Josephine Hosp/Aux Retired Bellizzi Doreen P/T E.N Bellizzi Doreen P/T E.N. Brincat Audrey Clerk Brincat Audrey Clerk Borg Jean Pierre Physio Therapist Borg jean Pierre Physio Therapist Cutajar Anabelle H/Aux Cutajar Anabella H/Aux Coleiro Theresa Hosp/Aux Coleiro Theresa Hosp/Aux Chircop Frankie H/Aux Chircop Frankie H/Aux Cachia Mangion Mary E.N. Cachia Mangion Mary E.N. Camilleri Mary Ann Radiographer Camilleri Mary Ann Radiographer Dr. Causon Carl Med Officer Dr. Causon Carl Med Officer Camilleri Francis Hosp/Aux Camilleri Francis Hosp/Aux Cila Margaret P/T S.N. Cilia Margaret P/T S.N. Cachia Joseph H/Asst Transfered (ambjent) Dr. Cilia Saviour Med Officer Dr. Cilia Saviour Med Officer Cutajar Jacqueline Podologist Cutajar Jacqueline Podologist Debono Carmen E.N. Debono Carmen E.N. Debono Doris E.N. Debono Doris E.N. Delicata Marco Podologist Delicata Marco Podologist Fenech Jane S.N. Fenech Jane S.N. Farrugia Jacqueline S.N. Farrugia Jacqueline S.N. Farrugia Carmelo H/Asst Farrugia Carmelo H/Asst Farrugia Mary Ann P/T E.N. Farrugia Mary Ann P/T E.N. Galea Joyce S.N. Galea Joyce S.N. Dr. Gauci John Med Officer Dr. Gauci John Med Officer Galea Tony H/Asst Galea Tony H/Asst Grima Nicolina Casual E.N. Grima Nicolina Casual E.N. Micallef Paul S.N. Suspended Mizzi Mariella H/Asst Mizzi Mariella H/Asst Mallo Lucia N. Aide Mallo Lucia N. Aide Mifsud Jane E.N. Mifsud Jane E.N. Dr. Attard Montaldo John D. Surgn Dr. Attard Montaldo John D. Surgn Dr. Mangion Mark Med Officer Dr. Mangion Mark Med Officer Dr. Pace Joe P/T Med Officer Dr. Pace Joe P/T Med Officer Sacco Alfred H/Asst Sacco Alfred H/Asst Shead Joanne H/Asst Shead Joanne H/Asst Scicluna Josette Dep. N.O. Scicluna Josette Dep. N.O. Dr. Sammut Alex Med Officer Dr.Sammut Alex Med Officer Dr. Schembri Marcell Med Officer Dr. Schembri Marcell Med Officer Sciberras Emanuel H/Asst Sciberras Emanuel H/Asst Dr. Sansone Pierre SMO Dr. Sansone Pierre SMO Dr. Scerri Eric Med Officer Dr. Scerri Eric Med Officer Schembri Pierre Dental Hygienist Schembri Pierre Dental Hygienist Vella Josephine S.N. Vella Josephine S.N. Vella Lydia S.N. Casual Vella Lydia S.N. Casual Zammit Charles H/Asst Zammit Chalres H/Asst Zahra Anthony E.N. Zahra Anthony E.N. Camilleri Franklin Pharm Camilleri Franklin Pharm Ebejer Huston Pharm Transfered Bajjada Michael Sen Pharm Tech Bajjada Michael Sen Pharm Tech Garritt Mark Sen Pharm Garritt Mark Sen Pharm Said Rita Pharm Tech. Said Rita Pharm Tech. Seguna Yevette Casual Pharm Saliba Loreen Pharm Tech. Saliba Loreen Pharm Tech.
Leg 9 PQ #620 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Buying of service

Question

Bejn l-1992 u l-1996, jista' l-Ministru jgħid dawk li ġew ingaġġati taħt l-iskema buying of service, taħt liema skema taċ-Ċivil ġew impjegati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-persuni li għalihom qed jirreferi l-Onor. interpellant qatt ma kienu ġew ingaġġati mal-Gvern.
Leg 9 PQ #623 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Palazzo Castellania — Riċeviment

Question

Fir-riċeviment li Sar Palazzo Castellania fl-okkażjoni tal-festa ta' San Luqa fis-17 ta' Ottubru, 1998, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew mistiedna persuni? Fuq liema kriterju kienu mistiedna? Kemm ġew mistiedna persuni li m'humiex impjegati tad-Dipartiment tas-Saħħa? Kemm ġie jiswa dan ir-riċeviment? Kemm tħallas overtime biex sar dan ir-riċeviment?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-riċeviment lit-tobba fil-festa ta' San Luqa ilu jiġi ċelebrat u sar parti mit-tradizzjoni tad-Dipartiment. Fl-1997 dan ir-riċeviment ma sarx. Kif inhi konswetudni stabbilita għal din l-attivita' ġew mistiedna persuni distinti, uffiċjali mediċi tad-Dipartiment tas-Saħħa, uffiċjali fi gradi maniġerjali, assoċjazzjonijiet u bordijiet li għandhom x'jaqsmu mad-Dipartiment tas-Saħħa, l-istaff tas-Segretarjat u mistiedna tagħhom. Din id-darba ma ġewx mistiedna t-tobba kollha li jidhru fuq ir-Reġistru Mediku. Ħargu madwar 400 invit u l-attendenza kienet ta' madwar 350 ruħ. Peress li għad jonqos xi kontijiet x'jaslu l-figura finali tingħata f'seduta oħra iżda mhux mistennija li taqbeż it-Lm300.
Leg 9 PQ #630 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Servizz "Buying of Service"

Question

Jista' l-Ministru jgħid bejn l-1992 u l-1996 kemm ġew impjegati persuni taħt skema "Buying of service" fis-settur tas-saħħa? X'servizz kienu qed joffru? Minn liema belt jew raħal ġew dawk li kienu impjegati taħt din l-iskema? Min kien jiffirmalhom l-invoice li kienet tintbagħat kull xahar? X'kienu l-prezzijiet mitluba f'kull każ? Min approva d-dħul ta' dawn il-persuni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant qed tinġabar.
Leg 9 PQ #631 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Zammit Clapp Hospital — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-elezzjoni sal-lum daħlux impjegati f'Zammit Clapp Hospital? Jekk fl-affermattiv, kemm daħlu? F'liema grad? Minn liema lokalita' huma?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-risposta hija fin-negattiv.