Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fgura — Venda tal-karozzi tal-linja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-possibbilta' li fil-Fgura ikun hemm venda tal-karozzi tal-linja? X'qed isir sabiex in-nies tal-Fgura jkunu moqdija aħjar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li mhux possibbli li għalissa ssir venda tal-karozzi tal-linja fil-Fgura. Madanakollu se jibqgħu jsiru sforzi biex ikunu solvuti problemi li jistgħu jinqalgħu minn żmien għal żmien fir-rigward tas-servizz tal-karozzi tal-linja fil-Fgura.

Fgura — Triq Liedna - Sistema ta' traffiku

Question

Jista' l-Ministru jara li l-ilmenti u anke petizzjonijiet dwar sistema ta' traffiku li saru mir-residenti ta' Triq Liedna, Fgura wara l-"Gallarija" jiġu milqugħa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fuq talba tal-Kunsill Lokali tal-Fgura, il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku għadu kif approva sistema ġdida ta` `Traffic Flow` fil-Fgura f`dik il-parti ta` Triq Liedna li tiġi wara l-`Gallarija`.

Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Riċevimenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3299, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-irċevuti relevanti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Peress li l-informazzjoni mitluba, inkluż in-nefqiet dwar ir-reċivimenti jew ikliet in kwistjoni ngħatat diġa, ma narax l-iskop li wieħed joqgħod jipproduċi rċevuti ta` kull ma tħallas kif qiegħed jitlob l-Onorevoli Interpellant.

Dipartiment tat-Toroq — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-karozzi GAL 249, LAG 242, HAA 958, u CAE 764 humiex mikrija mid-Dipartiment tat-Toroq? Minn liema kumpannija huma mikrija dawn il-vetturi? Meta nħarġet it-tender għall-kiri ta' dawn il-vetturi? Minn min jintużaw dawn il-karozzi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-vetturi msemmija mill-Onor. Interpellant huma ta` dawn l-uffiċjali: Darmanin Lawrence Senior Technical Officer HAA - 958 Brincat Anthony Technical Officer GAL - 249 Zammit Emanuel Ass. Technical Officer LAG - 242 Portelli Joseph Ass. Technical Officer CAE - 764 Dawn kienu jintużaw biex l-uffiċjali jkunu jistgħu jaqdu d-dmirijiiet tagħhom fuq ix-xogħolijiet tad-Dipartiment sakemm ġew mibdula ma` karozzi oħra pprovduti mid-Dipartiment.

Fgura — Triq Ġdida fi Triq tal-Karmnu

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq Ġdida fi Triq tal-Karmnu, Fgura tingħata kisja tarmac għax qed tkun ta' inkonvenjent kbir għar-residenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li minn spezzjoni li għamel id-Dipartiment jidher li għad hemm ħafna żvilupp xi jsir u anke xogħol ta` twessiegħ li minħabba f`hekk it-triq ma tistax tiġi asfaltata għalissa.

Qormi — Triq il-Ġdida

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2620, jaf il-Ministru li t-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari tiegħi dwar il-periklu li jinsabu fih ir-residenti li joqogħdu fi Triq il-Ġdida fi Triq il-Ħelsien, Ħal Qormi ma tirriflettix ir-realta'? Jaf il-Ministru li hemm żewġ toroq ġodda fi Triq il-Ħelsien, waħda li trid tinfed ma' Triq id-Dragun u l-oħra fejn kien hemm is-serer, jiġifieri 'il fuq mill-Bank of Valletta? Jaf il-Ministru li ż-żewġ toroq imsemmija l-ebda parti minnhom ma hija asfaltata? Għalhekk, jista' l-Ministru jerġa' jindaga fuq ix-xogħol li jinħtieġ isir biex jingħeleb dan il-periklu? Meta se jsir ix-xogħol meħtieġ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qiegħed jaħdem biex jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha u x-xogħol f`dawn it-toroq isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.

Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Hospitality vote

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa mill-hospitality vote tal-ministeru u d-dipartimenti konċernati mill-5 ta' Settembru, 1998 sa Frar 1999? X'kienet in-nefqa għas-safar għall-istess perijodu tal-ministeru u dipartimenti tad-dekasteru tal-ministeru?

Response (GALEA, ĊENSU)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposti parlamentari Nru. 1279, 3299 u 5767 inżid li jien infurmat li n-nefqa mill-`hospitality vote` għall-Ministeru u d-Dipartimenti kienet hekk: Dipartiment Hospitality LM Avjazzjoni Ċivili 427 Dipartiment tal-Liċenzji 315 Dipartiment tat-Toroq 360 Ministeru ( li jinkludi 1023 s-Segretarju Permanenti u d-Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi) Minbarra hekk infurmat ukoll li l-ispiża totali ta` safar tad-Dipartiment ta` l-Avjazzjoni Ċivili kienet ta` Lm9829 għall-perjodu msemmi.

Raħal Ġdid — Triq Valletta

Question

Wara li l-Ministru, korrettement u b'mod ċeleri, ħa l-miżuri u ta l-istruzzjonijiet idonei sabiex Triq Valletta ġewwa Raħal Ġdid tiġi maqlugħa mill-ġdid minħabba xogħol ħażin, jista' l-Ministru jagħti dawk id-direttivi neċessarji jew jagħti attenzjoni partikolari għall-fatt li l-kuntrattur in kwestjoni qed imexxi x-xogħol b'mod kajman esaġerat tant li qed jgħaddu ġranet sħaħ mingħajr ma jsir xejn b'inkonvenjent għar-residenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ninsab infurmat li x-xogħol tat-triq issa tlesta.

Dipartiment tat-Toroq — Uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 5740?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-uffiċjali li wżaw il-karozzi tagħhom biex joħorġu fuq ix-xogħlijiet huma dawn: Mr H. Sultana A & CE Chief Architect & Civil Engineer Mr C. Grech A & CE Junior Architect Ms A. Demicoli A & C Junior Architect Mr L. Darmanin Senior Technical Officer Mr A. Brincat Technical Officer Mr J. Portelli Assistant Technical Officer Mr E. Zammit Assistant Technical Officer Dan kellu jsir sakemm inħarġet is-sejħa għall-offerti biex il-ħtiġijiet tad-Dipartiment f`dan ir-rigward ikunu milħuqa. L-uffiċjali nkwestjoni jiġu pprovduti bil-`fuel` u jieħdu `allowance` ta` Lm4.00 kuljum, li fil-każ tal-periti tkopri sebat ijiem fil-ġimgħa fil-waqt l-uffiċjali l-oħra l-`allowance` hi għal ħamest ijiem u li minnhom jitnaqqsu l-ġranet li t-trasport ma jintużax meta l-uffiċjali jkunu `leave` jew `sick leave`.

Toroq — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 5742?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li r-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5742 diġa ngħatat f`seduta 79. Li nista nżid huwa li bħala parti mit-`trials` l-esperti Ġermaniżi qed jimmonetarjaw il-`performance` tat-triq fejn ingħata l-wiċċ il-ġdid ta` l-asfaslt sabiex eventwalment l-analiżi li hemm bżonn toħroġ tkun kompluta kemm jista` jkun.

Toroq — Traffic lights

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk ix-xogħol ta' trinek u twaħħil ta' arbli għal traffic lights huwiex qiegħed isir mill-kuntrattur u mhux mill-ħaddiema tal-gvern kif kien isir qabel? Liema kuntrattur qiegħed jagħmel dan ix-xogħol u b'liema mod ġie magħżul?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ngħata kuntratt wara sejħa għall-offerti biex isir xogħol fuq twaħħil ta` arbli u `ducts` għall-`cables` għal stallazzjoni ta` `Pelican Lights` fi tmien lokalitajiet, wara li d-Dipartiment kien infurmat li l-ħaddiema li kienu jagħmlu dan ix-xogħol kienu tqabbdu jagħmlu xogħol ieħor ta` manutenzjoni. Saru żewġ sejħiet għal offerti wara li fl-ewwel sejħa ma kienu intefgħu l-ebda offerta. Wara t-tieni sejħa, x-xogħol ingħata lill-Polidano Bothers Ltd. li l-offerta tagħhom kienet 28% taħt l-istima tad-Dipartiment.

Fgura — Tiswija ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni tad-dipartment konċernat dwar l-istqarrija maħruġa mill-Kumitat t'Azzjoni tat-Toroq San Gwann u l-Iskola, fil-Fgura? Kopja ta' din l-istqarrija qed tintbagħat separatament.

Response (GALEA, ĊENSU)

Ix-xogħol f`kull triq f`Malta jrid isir skond pjan li qed jiġi mfassal. Għalhekk, f`dan l-istadju, għalkemm l-istqarrija msemmija ttieħdet inkonsiderazzjoni, ix-xogħol ikun jista` jsir skond dan il-pjan.

Żabbar — Triq Lia - Asfaltar

Question

Peress li fi żmien il-Gvern Laburista kien hemm il-ħsieb li jitkompla l-asfaltar ta' Triq Lia, Ħaż-Żabbar fil-parti li tmiss ma' Triq il-Karmnu, jista' l-Ministru jgħid meta fil-fatt se jsir dan l-asfaltar? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni tad-dipartiment konċernat dwar l-istqarrija maħruġa mill-Kumitat ta' Azzjoni tat-toroq San Gwann u l-Iskola fil-Fgura? Kopja ta' din l-istqarrija qed tintbagħat separatament.

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposti li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari numru 1912 u 6080.

Żabbar/Wied il-Għajn — Central strip

Question

Peress li kienet inbdiet central strip fil-Bypass ta' Ħaż-Żabbar għal Wied il-Għajn ftit metri bogħod mill-bidu tal-bypass, in-naħa ta' Ħaż-Żabbar fil-parti l-wiesgħa ħafna, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li titkompla din is-central strip għaliex hemm il-ħtieġa li jsir xi ħaġa peress li hemm periklu għan-nies biex jaqsmu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-istrip imsemmija mill-Onor. Interpellant kienet saret xi għaxar snin ilu biex tissepara s-service road mill-bypass. Minħabba ċ-ċirkostanzi li qed isemmi l-Onor. Interpellant, għaddejt is-suġġeriment lid-Dipartiment tat-Toroq biex jara x`jista` jsir.

Vetturi — Vannijiet bil-pjanċa "K"

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li vannijiet bil-pjanċa "K" jibqgħu jintużaw wkoll għal ġarr ta' passiġġieri?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-vannijiet bil-pjanċa `K` mhux suppost li jintużaw għal ġarr ta` passiġġieri kif jista` jsir b`vetturi bil-pjanċa `Y`. Fil-fatt, il-liġi tgħid li `vettura bil-mutur `self-drive` tfisser vettura bil-mutur li tkun liċenzjata u jew reġistrata biex tinkera minn garaxx ta` servizz pubbliku għall-iskop li tiġi misjuqa minn min jikriha. Iżda tista` tiġi misjuqa minn sid il-garaxx, jew minn xi persuna fl-impjieg regolari tagħha li jkollha liċenzja speċjali tas-sewqan, biex jittieħdu passiġġieri b`kiri, b`dan illi kull passiġġier li jikriha jagħti l-kunsens tiegħu għall-użu ta` dik il-vettura bil-mutur `self-drive` minflok vettura bil-mutur għall-kiri.`

Furjana — Triq Sant'Anna

Question

Jista' l-Ministru jieħu passi sabiex fi Triq Sant'Anna l-Furjana mill-11.00 a.m. sat-3.00 p.m. ikun permess loading/unloading ta' merkanzija għal ġol-ħwienet ta' l-imsemmija triq u għalhekk isir ukoll ċaqlieq ta' bus stops fuq in-naħa ħiereġ mill-Belt minn fejn qegħdin għal Triq Sant'Anna kantuniera ma' Triq Vilhena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku ma taqbilx li għandhom jiċċaqilqu minn posthom l-`bus stops` li hemm tul Triq Sant Anna, il-Furjana għax jinħolqu ħafna problemi fir-rigward tat-trasport pubbliku.

Ħamrun — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi żviluppi dwar l-asfaltar/l-għoti ta' tarmac f'dawn it-toroq fil-Ħamrun: - (i) W. Attard; (ii) G. Bajada; (iii) Dun J. Camilleri; (iv) Pjazza 7 ta' Ġunju, u (v) E. Attard?

Response (GALEA, ĊENSU)

Għalissa m`hemm xejn x`inżid fuq ir-risposta mgħotija għad-domanda parlamentari numru 705 ta` 1998.

Kalkara — Tarmac

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir it-tarmac fuq l-ewwel fażi ta' Triq Luigi Pizani u 25th Anniversary, it-tnejn fil-Kalkara? Jista' jgħid jekk dan id-dewmien huwiex minħabba li jrid isir xi maintenance qabel? Jekk iva, x'inhu dan il-maintenance? Jekk le, meta jaħseb il-Ministru li se jibda x-xogħol peress li qed jinħolqu problemi kbar u dan ilu sejjer għal dawn l-aħħar seba' snin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol imsemmi mill-Onor. Interpellant qed isir mill-Kunsill Lokali u għalhekk nitlob l-Onor. Interpellant tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Valletta — Uffiċċju ta' l-MMA

Question

B'riferenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari numri 4756, 5225 u 5872, jista' l-Ministru jwieġeb inekwivokabilment għal dawn is-segwenti domandi: (1) x'kien ix-xogħol strutturali li sar fl-uffiċċju ta' l-MMA f'Lascaris? (2) Min awtorizza dawn ix-xogħlijiet, setgħax jagħmel dan? (3) Min kienu l-kuntratturi li għamlu dawn ix-xogħlijiet? (4) Saritx sejħa għall-offerti? (5) Kemm ġie jqum dan il-proġett? Jista' l-Ministru jikkonferma li sal-mistoqsija parlamentari numru 4756 tal-15 ta' Frar, 1999 kien ippjanat li dawn ix-xogħlijiet kellhom isiru ferm akbar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għad-domandi parlamentari Nru 4756 u 5226, jien infurmat li ċ-Chief Executive u l-Executive Directors huma awtoriżżati li japprovaw nefqa ta` mhux aktar minn LM1000 mingħajr ma jinformaw lill-Management Committee. Ix-xogħol sar minn Philip Chircop & Sons Ltd. u ma saret l-ebda sejħa għall-offerti. L-ispiża totali laħqet Lm991.15c. Jien infurmat ukoll li għalkemm kien ippjanat li x-xogħolijiet kellhom ikunu akbar, kienet ittieħdet deċiżżjoni li ċertu xogħol ma jsirx. Din id-deċiżżjoni ttieħdet qabel ma saret il-mistoqsija parlamentari Nru. 4756.

Bormla — Triq Santa Tereża

Question

Peress li d-dħul lejn Triq Santa Tereża, Bormla issa sar min-naħa waħda, jista' l-Ministru jara li karozzi telgħin lejn il-Birgu jkunu jistgħu jduru lejn il-Knisja ta' Santa Tereża u 'l isfel?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li għal raġunijiet ta` sigurta` karozzi tilgħin lejn il-Birgu ma jkunux jistgħu jaqsmu id-`double white lines` ħdejn il-knisja, iżda jkunu jistgħu jduru mar-`roundabout` ta` ħdejn il-`Bus Terminus` u jerġgħu jinżlu l-isfel fid-direzzjoni tal-knisja.