Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #12115 Sitting 217 2000-01-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mellieħa — Pompa tal-Petrol

Question

B'riferenza għall-applikazzjoni tal-pompa tal-petrol fil-Mellieħa fi Triq Louis Wettinger kantuniera ma' Triq Qasam tal-Barrani l-Mellieħa, jista' l-Ministru jinformani jekk l-Enemalta għandhiex applikazzjoni għal xi żvilupp ta' pompa f'dawn l-inħawi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta għandha talba biex tinbena pompa tal-petrol fl-inħawi msemmija u fil-preżent din l-applikazzjoni qed tiġi pproċessata mill-Awtorita ta' l-Ippjanar.
Leg 9 PQ #12144 Sitting 217 2000-01-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Export Refund - Sunflower oil/olive oil

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12004?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-mistoqsija li għaliha qed issir weġibtha waqt is-Seduta numru 211.
Leg 9 PQ #12161 Sitting 217 2000-01-11 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Detectors - Roster

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12019?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-mistoqsija li għaliha qed issir riferenza weġibtha waqt is-Seduta numru 211.
Leg 9 PQ #12175 Sitting 217 2000-01-11 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Zabbar — Sqaq Ħas-Sajjied - Bozza

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 11273 u 12032, jista' l-Ministru jgħid: (1) Meta saret din l-inspection u minn min saret? (2) Min għamel din l-inspection, xi grad u xi kwalifiki għandu biex jiddeċiedi hu jekk hux qed isir jew tistax issir ħsara bil-lampa li hemm imwaħħla ma' dan ir-razzett antik? (3) Kien hemm xi perit li hu l-persuna kwalifikata u kompetenti biex jiddeċiedu hux qed issir ħsara jew hix se ssir ħsara b'din il-lampa? (4) Billi mhux veru li hemm lampa oħra fil-viċin, possibbli li l-foreman jagħmel appuntament miegħi biex inżuru l-post flimkien, (in-numri tat-telephones tiegħi qed jintbagħtu separatament)? (5) Jista' l-Ministru jinvestiga r-risposta li ngħata mill-Enemalta għaliex jirriżulta li ma tirriflettix ir-realta'?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-ispezzjoni saret fis-27 ta` Dicembru, 1999 mill-Perit Carmelo Busuttil li huwa l-Perit tal-Korporazzjoni. Nahseb l-aktar persuna kompetenti li tista` tghaddi opinjoni u taghti parir dwar materja ta` struttura ma ` tista ` tkun hadd ghajr Perit. Ta` min jghid ukoll li dwar din il-materja l-Perit imsemmi ikkonsulta wkoll lill-inginier u l-foreman tad-distrett. Kif diga` ghidt fit-twegiba ghall-Mistoqsija numru 12032, tezisti lampa fil-vicinanzi tal-bini li ghalih qed issir riferenza. Huwa minnu li din il-lampa bhalissa mhux qed tiffunzjona, pero` is-sitwazzjoni ser tigi rimedjata.
Leg 9 PQ #12215 Sitting 217 2000-01-11 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Wied il-Għajn — Triq iż-Żonqor - Dawl

Question

Jista' l-Ministru issa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12098?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li d-dawl fl-inħawi msemmija ġie iċċekkjat mill-Korporazzjoni Enemalta fis-17 ta' Diċembru 1999 u fil-fatt dakinhar inbidlu erba' lampi fi Triq iż-Żonqor.
Leg 9 PQ #12111 Sitting 216 2000-01-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Trab tal-Ħalib - Export refund

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12002?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-mistoqsija li għaliha qed issir referenza weġibtha waqt is-seduta numru 211.
Leg 9 PQ #12204 Sitting 216 2000-01-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru tas-Servizzi Ekonomiċi — Xiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi bejn l-1987 u l-1996 mill-Ministeru, dipartimenti u mill-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'marka jew ditta kienu dawn il-karozzi? Jista' jgħid kemm ġew jiswew fi flus il-karozzi b'mod separat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Informazzjoni mitluba. Tajjeb jinghad li whud mill-vetturi murija fil-lista illum m`ghadhomx fil-pussess tad-Dipartiment jew Entita` peress li kienu nbieghu.
Leg 9 PQ #12141 Sitting 215 2000-01-10 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Delimara — Power Station

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fiex waslu l-proċeduri għat-tħaffir tal-mina mill-Power Station ta' Delimara għal Marsa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li s-sejħa għall-offerti biex titħaffer mina bejn il-Power Station ta' Delimara u l-Marsa għalqet fl-14 ta' Diċembru 1999 u fil-preżent beda l-proċess biex issir l-għażla ta' l-aħjar offerta.
Leg 9 PQ #12149 Sitting 215 2000-01-10 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati fl-Enemalta li bejn l-1996 u l-1998 ġew downgraded? X'raġunijiet kien hemm għal dawn id-downgradings?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li bejn l-1996 u l-1998 kien hemm seba' impjegati tal-Korporazzjoni Enemalta li ġew 'downgraded'. Dan sar wara li kienu ċċertifikati mhux f'saħħithom biex jaqdu d-doveri tal-grad tagħhom.
Leg 9 PQ #12150 Sitting 215 2000-01-10 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Impjegati - Kumpens fuq inġustizzji

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport li jelenka l-kumpens li ħarġet l-Enemalta għal dawk il-każi ta' allegati inġustizzji li mpjegati ta' l-Enemalta kienu ressqu quddiem il-kummissjoni li tinvestiga l-inġustizzji u li qabel l-elezzjoni ta' l-1998 il-korporazzjoni kienet investigat hi stess permezz ta' bord ad hoc u ħabbret hi direttament lill-impjegati tagħha? Meta tħallas dan il-kumpens u kemm tħallsu flus f'kumpeens bħala total?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li b'kollox kien hemm tletin impjegat tal-Korporazzjoni Enemalta li aċċettaw li jieħdu kumpens mingħajr ma jkomplu bl-ilment tagħhom kontra l-Korporazzjoni. B'kollox l-Enemalta ħallset f'kumpens l-ammont ta' Lm23,100. Il-pagamenti saru bejn Ottubru u Diċembru 1998.
Leg 9 PQ #12151 Sitting 215 2000-01-10 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx x'imjegati u managers ta' l-Enemalta li tħallsitilhom jew qed titħallsilhom l-ispiża, jew parti mill-ispiża, biex jagħmlu l-kors ta' l-MBA jew xi kors ta' natura simili? Jekk iva, min huma dawk l-individwi, min approva li jitħallsu l-ispejjeż ta' dan il-kors, kemm hi l-ispiża individwali u f'liema data kienet l-approvazzjoni ta' kull individwu? Xi kriterji ntużaw biex jiġu approvati talbiet ta' din ix-xorta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li waqt laqgħa tal-Bord fl-20 ta' April 1994, kien ġie approvat il-ħlas għall-kors ta' 'Diploma in Business Management' għal ħames impjegati tal-Korporazzjoni u cioe Tarcisio Mifsud - Finance Manager Ronald Vella - Manager Distribution Charles Grixti - Manager Customer Services Albert Farrugia - Assistant Manager Electricity Hugh Zarb - Manager Information Services Il-kors kien ma' Henley Management College permezz ta' Distance Learning. Għalhekk ma kien hemm l-ebda telf ta' ħinijiet ta' xogħol. Il-ħlas kien jammonta għal 2860 Lira Sterlina għal kull student. Il-Korporazzjoni kienet rabtet lil dawn l-impjegati li jekk ma jtemmux il-kors b'suċċess, riedu jħallsu l-ispejjeż involuti. Waqt laqgħa tal-21 ta' Awissu 1996, il-Bord approva li l-istess ħaddiema ikomplu l-kors għall-grad ta' M.B.A. wara li kienu akkwistaw id-DIploma fil-Business Management. Għal raġunijiet personali, is-Sur Farrugia iddeċieda li ma jkomplix il-kors. Il-ħlas għal dan il-kors kien ta' 2100 Lira Sterlina għat-tieni parti u 1500 Lira Sterlina għat-tielet parti, għal kull parteċipant. is-Sinjuri Grixti, Mifsud u Vella temmew b'suċċess il-kors matul l-1999 waqt li s-Sur Zarb bħalissa jinsab fil-fażi finali. Ta' min jgħid li l-Bord kien avviċina lill-Managers u Assistant Managers biex jikkonfermaw jekk kellhomx interess jattendu għal dan il-kors. Għal dan il-għan kien twaqqaf Bord ta' l-Għażla li kkonferma l-ħames applikanti msemmija. Matul laqgħa tal-Bord tad-Diretturi tal-Korporazzjoni li nżammet fis-27 ta' Mejju 1998, kien ġie approvat li dawk li jsegwu korsijiet fl-M.B.A. fuq bażi part-time ikunu jistgħu jibbenefikaw minn rifużjoni ta' l-ispejjeż involuti. Permezz ta' din id-deċiżjoni l-Engineer III Raymond Azzopardi seta' jingħata rifużjoni tal-flus li kien ħareġ personalment biex ikompli l-kors imsemmi. Huwa temm il-kors b'suċċess fl-1999. Wara sejħa li saret fit-13 ta' Ottubru 1997, il-Bord approva li jiffinanzja sitt inġiniera għall-kors ta' M.B.A. (Executive) organizzat mill-Universita` ta' Malta. Il-kors, mifrux fuq sentejn, beda f'Ottubru ta' dik is-sena u l-ħlas kien ta' Lm1200 kull sena. L-inġiniera li qed isegwu dan il-kors huma s-Sinjuri Carmel Xerri, George Portelli, Joe Scicluna, Alan Attard u Adrian Demarco. Inġinier ieħor, Ian Stafrace, qed isegwi kors fl-M.B.A. ma' Hanley Management College bis-sistema ta' Distance Learning. Id-differenza fl-ispiża bejn il-kors ta' Hanley Management College u dak ta' l-Universita ta' Malta qed titħallas mill-Inġinier Stafrace. F'Ottubru 1999, il-BOrd approva li jiffinanzja żewġ inġiniera, Noel Psail u Phyllis Borg, biex isegwu l-kors ta' l-M.B.A. organizzat mill-Universita ta' Malta li beda dak ix-xahar stess. Barra minn dan, Bordijiet differenti tal-Korporazzjoni approvaw fuq bażi ta' 'każ b'każ' korsijiet ta' sena f'universitajiet fl-Ingilterra li wasslu għal grad ta' Masters f'diversi suġġetti. Għal dawn il-korsijiet attendew diversi ħaddiema tal-Korporazzjoni.
Leg 9 PQ #12152 Sitting 215 2000-01-10 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-impjegati u l-managers ta' l-Enemalta li huma ntitolati għall-performance bonus? Kemm kien il-persentaġġ tal-bonus li rċevew dawn il-persuni, sena b'sena, minn meta bdiet din l-iskema? Kemm issarraf fi flus, sena b'sena, għal kull wieħed minn dawn il-persuni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #12179 Sitting 215 2000-01-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

San Ġiljan — Triq San Mark - Ħsara fid-dawl

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa u immedjati biex ħsara fil-wires tad-dawl ta' l-Enemalta li hemm imwaħħlin mal-fond numru 62 Triq San Mark, San Ġiljan u li qegħdin kontinwament jisparkjaw u li dwarhom saru diversi rapporti u li huma ta' periklu għar-residenti li joqogħdu fil-viċinanzi ssirilhom il-manutenzjoni meħtieġa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta għamlet il-manutenzjoni meħtieġa fil-fond imsemmi.
Leg 9 PQ #12183 Sitting 215 2000-01-10 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żebbuġ — Triq il-Mitħna - Cables

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Enemalta tilqa' t-talba tas-sid ta' 30, Triq il-Mitħna, Żebbuġ sabiex jitneħħa l-bracket li jżomm il-cables mal-faċċata tal-proprjeta', liema bracket qiegħed jikkawża ħsara strutturali fil-fond għal ħafna snin? Jista' l-Ministru jara li dan ix-xogħol isir kemm jista' jkun malajr?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li minn investigazzjonijiet li għamlet il-Korporazzjoni Enemalta fuq il-fond ta' bejn il-fondi enumerati 29 u 31, (peress li n-numru 30 ma jidhirx), ma jirriżultax li hemm xi ħsara strutturali kif qed jiġi allegat.
Leg 9 PQ #12232 Sitting 215 2000-01-10 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

European Patent Convention

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Malta hijiex firmatorja tal-European Patent Convention (Munich) tal-1973 u jekk hijiex firmatorja tat-TRIPs agreement (Trade Related aspects of Intellectual Property rights) tal-WTO?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ghalkemm Malta mhix firmatarja tal-European Patent Convention, hemm il-hsieb li meta jkun opportun issir it-talba biex pajjizna jibda jifforma parti minn din il-Konvenzjoni. Dwar it-Trade Related Aspects of Intellectual Property Rights Agreement tal-World Trade Organisation, ta min jinnota li Malta hija awtomatikament firmatarja peress li hija firmatarja tal-World Trade Agreement.
Leg 9 PQ #12233 Sitting 215 2000-01-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Raħal Ġdid — Santa Monica - Bozza

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal bozza fi Triq Santa Monica, Raħal Ġdid minn Triq Lampuka sa Triq San Ġużepp, Raħal Ġdid peress li hemm ħafna dlam u r-residenti huma kollha anzjani?

Response (BONNICI, JOSEF)

Is-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni Enemalta għall-kunsiderazzjoni tagħha.