Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni bi bżonnijiet speċjali li għandhom impjieg

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn individwi reġistrati bħala nies bi bżonnijiet speċjali li qed jaħdmu? Tista’ tagħti din l-informazzjoni li turi x’tip ta’ xogħol jingħata lil dawn l-individwi u x'inhu l-persentaġġ ta' dawn in-nies mill-working population?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali — ingaġġ ta’ konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti ingaġġati fil-Ministeru u kemm tħallsu f’konsulenzi s’issa mid-9 ta’ Marzu 2013 ’l hawn?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Dar tal-Anzjani – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li jixtieq li jidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paul jew f’xi home oħra?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija sarilha assessment mit-Tim Multidixxiplinarju fis-16 ta’ Ottubru 2013 fejn ġiet approvata għal kura fit-tul bi Prijorità Għolja. L-applikazzjoni qed tkun ipproċessata.

Żball fil-pensjoni – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għaliex dan jaħseb li hemm xi żball fil-pensjoni tiegħu?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Children’s Allowance – Każ ta’ Individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li ilha sitt xhur ma tirċievi children’s allowance?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna ndikata minnu tħallset iċ-children’s allowane b’mod regolari u mhux minnu li ilha sitt xhur ma titħallas.

Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – spejjeż ta’ media events

Question

Tista’ l-Ministru tgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Ministeru tagħha? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet u jekk dawn intgħażlux wara sejħa pubblika?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ persuni b’diżabilità u Anzjanità Attiva – spejjeż ta’ media events

Question

Tista’ l-Ministru tgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anjanita’ Attiva? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet u jekk dawn intgħażlux wara sejħa pubblika?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — konferenzi u laqgħat

Question

Tista’ l-Ministru telenka l-konferenzi u laqgħat li attendiet barra minn Malta f’dawn l-aħħar sitt xhur?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mit-9 ta’ Marzu ‘l hawn, jien attendejt il-Kunsill Infomali tal-Ministri tal-Impjiegi u Politika Soċjali li sar fil-Litwanja bejn il-11 u t-12 ta’ Lullju 2013 kif ukoll il-Kunsill tal-Ministri tal-Impjiegi u Politika Soċjali li sar fil-Lussemburgu fil-15 ta’ Ottubru 2013.

Ħal Qormi — lift f'appartamenti

Question

Tista’ l-Ministru tara li jibda x-xogħol fuq il-lift fl-appartamenti li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament peress li r-residenti ilhom li applikaw mis-sena 2008 u għandhom il-permessi approvati iżda x-xogħol għadu ma bediex? Tista' tara li din is-sitwazzjoni tiġi riżolta minħabba l-fatt li hemm numru ta’ anzjani u nies oħra li qegħdin ibatu minn nuqqas ta’ aċċessibilità?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Day centres – ħaddiema trasferiti

Question

Tista’ l-Ministru tghid kemm saru transfers għad-day u mid-day centres tal-anzjani minn wara l-elezzjoni 'l hawn? X’inhu l-grad ta’ kull ħaddiem li nħariġlu transfer? Fejn intbagħat kull ħaddiem trasferit?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Residenza San Vinċenz de Paul — Entertainment Section - overtime

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm sar overtime xahar b’xahar fl-Entertainment Section tar-Residenza San Vinċenz de Paul mill-elezzjoni 'l hawn? X’inhu l-grad ta’ kull impjegat li għamel l-overtime?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Entertainment Section waqfet topera fl-aħħar ta’ Mejju li għadda. L-uniku ħlasijiet ta’ overtime li saru wara dan il-perjodu kienu xi pagamenti pendenti għal Senior Occupational Therapist. Dawn il-ħlasijiet qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Home help

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew approvati każijiet ta’ home help min wara l-elezzjoni ‘l hawn, skont kull raħal f’ Malta u Għawdex?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Home help

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew approvati sigħat ta’ home help mill-elezzjoni 'l hawn u jekk bediex jingħata dan is-servizzi u telenka l-informazzjoni skont ir-raħal tal-anzjani?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Meals on wheels – lista' ta' stennija

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx waiting list għall-meals on wheels? Jekk iva kemm hemm nies fuq il-waiting list?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Il-Mellieħa – servizz mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma jekk id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali hux se jwaqqaf is-servizz li ilu jagħti għal din l-aħħar sena mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa? Jekk iva, tista' l-Ministru tgħid għal liema raġunijiet ittieħdet din id-deċiżjoni?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizz imsemmi mhux se jitwaqqaf

Pensjonanti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn pensjonanti bl-età jew minħabba invalidità?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ pensjonanti bl-età jew minħabba invalidità huwa kif indikat hawn taħt: Pensjoni tal-Eta’ mhux Kontributorja (AP) 4133 Pensjoni tal-Irtirar Kontributorja (RP) 57,653* Pensjoni tal-Invalidità (IP) 12,971* * L-ammonti tal RP u IP jinkludu ukoll dawk il-pensjonanti li jirċievu pensjoni iżda jgħixu barra minn Malta.

Stallazzjoni tal-lift – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li kien applika għal lift iżda issa qegħdin jerġgħu ġew mitluba japplikaw mill-ġdid?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fid-19 ta’ Settembru, 2013, il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabiltà rrevediet l-parir tagħha dwar l-applikazzjoni għall-permess ta’ żvilupp li għandha l-Awtorità tad-Djar quddiem il-MEPA sabiex jiġi nstallat il-lift fl-indirizz imsemmi. Hekk kif joħroġ il-permess mill-MEPA, l-Awtorità tad-Djar tkun f’pożizzjoni illi toħroġ tender sabiex jiġi installat. Intant l-applikanti ġew mitluba jerġgħu japplikaw peress li Skema E għalqet f’Marzu 2012 u fetħet skema oħra minflokha b’kundizzjonijiet aktar vantaggjużi minn dik ta’ qabilha. Ir-residenti fetħu applikazzjoni ġdida f’Lulju 2013. Il-proċess tagħhom ser jiġi konkluż fil-ġimgħat li ġejjin fejn ser jiġu mitluba jiffirmaw kuntratt sabiex is-sezzjoni teknika tkun tista’ tipproċedi bl-installazzjoni tal-lift.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — riklamar

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm nefqu flus f'kampanji ta' riklamar u sponsorships fuq stazzjonijiet televiżivi u tar-radju, kif ukoll mezzi stampati lokali, l-uffiċċju tagħha, tas-segretarjat parlamentari u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, f'dawn l-aħħar sitt xhur, maqsuma skont l-istazzjon jew mezz stampat, kemm tal-istat u kif ukoll privati/politiċi?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — nefqa fuq safar

Question

Tista' l-Ministru tgħid b’mod separat kemm kienet in-nefqa sħiħa għal kull safra (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Ministru ta’ qablu u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari fl-2012? Tista’ tgħid min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawh, fejn kienet id-destinazzjoni u x’kienet ir-raġuni ta’ kull safra? Tista’ tgħid jekk għal kull safra l-biljetti inxtrawx mingħand l-Air Malta jew jekk hux mingħand il-privat? F’każ li nxtraw mill-privat tista’ tgħid minn fejn inxtraw u tagħti r-raġuni għaliex?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.