B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16398, jista' l-Ministru jikkonferma li l-Gloucester Sea Gladiator “Faith” ma ġarrab l-ebda ħsara waqt it-trasport tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħidilna x'kienet ir-raġuni għaliex saret din l-ħsara u x'miżuri ħadet Heritage Malta sabiex tiġi msewwija din il-ħsara?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Gladiator Faith ma ġarrab l-ebda ħsara waqt it-trasport ħlief għal għafsa zgħira li ġiet rimedjata minnufih. Kif ingħad fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru 16398, dawn huma affarijiet verament żgħar li wieħed jista’ jistenna f’operazzjonijiet ikkumplikati bħal dawn.
Nirringrazzja lill-ħaddiema ta’ Heritage Malta li kapaġi jidħlu għal xogħol diffiċli bħal dan.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 15785, jista' l-Ministru jikkonferma li filwaqt li Heritage Malta ħasset il-ħtieġa li tibdel xi miri ta' xi managers/senior curators, il-miri tac-CEO ma ġewx mibdula? Jekk fil-pożittiv, ma jaħsibx li kieku kien ikun iktar għaqli jekk il-miri tac-CEO ġew mibdula biex jinkorporaw il-funzjoni tal-Human Resources kif ukoll li jassigura li l-Heads jilħqu l-miri kollha tagħhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-miri tas-CEO, flimkien ma’ oħrajn, ma kienx hemm ħtieġa li jinbidlu. Rigward il-funzjoni tal-HR nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 13338 u 16007.
Jista' l-Ministru jgħidilna għaliex il-budget ta' Heritage Malta relatat mat-training ġie mnaqqas? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-training programm li diġà sar fl-ewwel 6 xhur tas-sena u dawk li huma ppjanati għat-tieni nofs tas-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-baġitt għat-taħriġ ta’ Heritage Malta ma naqasx. Ġara li fis-snin preċedenti l-allokazzjoni għal taħriġ kienet ferm għola minn dak li attwalment kien qed jintuża. Għalhekk il-baġitt għas-sena 2015 ġie rivedut biex jirrifletti l-spiża attwali fis-snin preċedenti. Jiġifieri effettivament il-baġitt baqa fl-istess livell.
Informat minn Heritage Malta li gie deciz li l-flus li ġew allokati jintuzaw sabiex ikopru sponsorships għal impjegati li jkollhom bżonn isegwu tagħlim f’suġġetti relatati max-xogħol tagħhom. Bħalissa hemm disa’ impjegati li qed igawdu minn dan l-inċentiv, li ħamsa minnhom bdew l-istudji tagħhom din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħidilna fiex wasal il-proċess sabiex Heritage Malta takkwista l-Equality Mark mogħti mill-NCPE? Jista' jelenka wkoll il-miżuri li Heritage Malta ħadet sabiex tkun konformi għall-Equality Mark?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li Heritage Malta ma applikatx sabiex ikollha din il-marka. Indipendentement minn dan, l-aġenzija qatt ma kelliex diffikultajiet marbuta ma’ din il-materja, kif wara kollox ġie ddikjarat fil-ftehim kollettiv.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — persuni impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni impjegati ma' xi dipartiment jew kwalunkwe entità oħra li taqa' taħtu minn Marzu 2013? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu persuni uffiċjalment rikonoxxuti bħala persuni b'diżabilità?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jiċċara x’ jifhem eżatt b’persuni impjegati ma’ xi dipartiment jew kwalunkwe entita oħra..
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – ingaġġ ta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’irwol kellha l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw b’mod separat f’xi kumpanija, bord, entità, awtorità, aġenzija, dipartiment, fondazzjoni, korporazzjoni, tribunal li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu bejn l-2008 u Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk inħatritx b’sejħa jew b’għażla diretta? Jista’ jgħid kemm damet tokkupa kull kariga b’mod separat? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ rimunerazzjoni li kellha, inkluż il-perkaċċi kollha?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li ebda Dipartiment u/jew Entità li jaqaw taħt id-dekasteru tiegħi ma għamel użu mis-servizzi tal-persuna msemmija mill-Onor. Interpellant.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – ingaġġ ta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’irwol kellha l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw b’mod separat f’xi kumpanija, bord, entità, awtorità, aġenzija, dipartiment, fondazzjoni, korporazzjoni, tribunal li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu bejn l-2008 u Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk inħatritx b’sejħa jew b’għażla diretta? Jista’ jgħid kemm damet tokkupa kull kariga b’mod separat? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ rimunerazzjoni li kellha, inkluż il-perkaċċi kollha?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-persuna msemmija mill-Onor. Interpellant kienet membru tal-Bord tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti minn Awissu 2008 sa’ Marzu tal-2013. Ir-remunerazzjoni kienet onorarja annwali ta’ €2,795.26. Ġiet appuntata mill-Ministru inkarigat mill-Kultura taż-żmien imsemmi.
Ebda Dipartiment u/jew Entità oħra ma għamlet użu mis-servizzi ta’ din il-persuna fil-perjodu msemmi.
Jista' l-Ministru jgħid minn April 2013 sal-lum kemm-il skema ħarġet biex il-kunsilli lokali jkunu jistgħu jagħmlu xogħlijiet li permezz tagħhom l-uffiċċju tagħhom ikun aċċessibbli għar-residenti tagħhom? Liema kunsilli ngħataw għajnuna minn dawn l-iskemi? Kemm kien l-ammont ta' għajnuna li ngħata kull kunsill u liema xogħol sar minn kull Kunsill li ħa l-għajnuna minn dawn l-iskemi? B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 16927, jista' jgħid kif fl-ewwel sentenza jgħid li f Ghawdex hemm għaxar kunsilli li għandhom l-Uffiċċju aċċessibbli meta mbgħad fil-paragrafu ta' wara jgħid f'Għawdex hemm żewġ kunsilli (Munxar u Xagħra) li l-uffiċċju tagħhom mhux aċċessibbli meta f' Għawdex b'kollox hemm 14-il kunsill?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern ħareġ l-Iskema ta’ Miljun Ewro għall-Proġetti Kapitali li kull Kunsill Lokali seta’ japplika għaliha. Fil-fatt fil-linji gwida kien hemm ċar li l-għan tal-proġetti għandu jkun dak li jżid il-valur tal-aspett soċjali fil-lokalitajiet rispettivi.
Kien hemm ukoll l-
A+Award
li permezz tiegħu kull Kunsill Lokali seta’ jibbenefika minn premju ta’ €25,000, €15,000 u €8,000 li jistgħu jerġgħu jintużaw fuq proġett għall-persuni b’diżabilità.
F'dan il-kuntest mill-Fond tal-Proġetti Kapitali bbenefikaw erba’ Kunsilli Lokali. Dawn huma l-Fgura, li se jieħdu €100,000 għat-tkomplija taċ-Ċentru Ċiviku; il-Mosta li se jieħdu €25,000 għal xogħol fuq il-lift; ix-Xewkija li se jieħdu €25,000 biex jagħmlu lift għal persuni b’diżabilità; u Marsaskala b’ €50,000 għall bini ta’ Ċentru Ċiviku.
Mill-
A+Award
ibbenefikaw Ħal Qormi b’€25,000 għal
audit
dwar l-aċċessibilità u xogħol ta’ pavimentar għal titjib fl-aċċessibilità u bandli ġodda għall-persuni b’diżabilità; ix-Xagħra (Għawdex) bi €15,000 għal titjib fl-aċċessibilità fl-area tal-bandli; u Tas-Sliema bi €8,000 għal bandli ġodda għal persuni b’diżabilità,
safety flooring, railing
u
wifi internet.
Intant naqbel mal-Onor. Interpellant li jidher li kien hemm ineżattezza minuri fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16927. Biss, jibqa’ l-fatt imma li huma tnejn il-Kunsilli Lokali f’Għawdex li l-uffiċċju tagħhom mhux aċċessibbli.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex skoperti importanti li saru fl-aħħar xhur mhux qed jiġu mħabbra mis-Sovritendenza direttament iżda qed tkun il-media li tħabbarhom? Ma jaħsibx il-Ministru li meta jsiru dawn l-iskoperti għandha tkun l-awtorità kompetenti li mill-ewwel tgħarraf lill-pubbliku?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab informat li s-Sovrintendenza toħroġ press releases kull meta ikunu neċessarju. F’dawn l-aħħar xhur is-Sovrintendenza għamlet ukoll diversi statements, stqarrijiet u tat kummenti lil media.
Katakombi ta’ San Pawl, Forti Sant’Iermu u Forti Sant’Anġlu — guidebooks
Question
Jista' l-Ministru jgħidilna fiex wasal ix xogħol fuq guidebooks relatati mal-Katakombi ta' San Pawl, il-Forti Sant’Iermu u l-Forti Sant’Anġlu? Jista' jgħidilna ukoll meta Heritage Malta ħa tippubblika dawn il-kotba u jekk hemmx il-ħsieb li ssir xi verżjoni b'lingwa oħra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li Heritage Malta qed taħdem fuq il-produzzjoni ta’ brief guides bl-Ingliż għall-imsemmija siti. Dawn ser jkunu lesti aktar tard din is-sena u jekk ikun hemm il-ħtieġa jiġu tradotti għal ilsna oħra.
Ħaġar Qim, l-Imnajdra u Sant'Iermu – electric vehicles
Question
Jista' l-Ministru jgħidilna jekk Heritage Malta għandhiex ħsieb tinvesti f'electric vehicles għas-siti ta’ Ħaġar Qim, l-Imnajdra kif ukoll Sant'Iermu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li hija x-xewqa ta’ Heritage Malta li tkun tista’ toffri dan is-servizz fis-siti msemmija, l-istess kif se tagħmel fil-Forti Sant’ Anġlu. Naturalment wiehed irid ikun irid jara l-impatt finanzjarju ta' l-implimentazzjoni ta' dina l-idea.
Jista' l-Ministru jgħidilna meta Heritage Malta se tlesti r-restawr fuq is-smoking shed storika li hemm fl-entratura tal-Head Office tagħha f'Bighi l-Kalkara?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab informat li hu ppjanat li x-xoghol jitkompla wara Settembru, meta jitlesta x-xogħol li bħalissa għaddej fuq siti o]ra. Barra minn hekk qed jinxtara materjal ta’ injam u ħadid meħtieġ sabiex imbagħad ikun jista’ jsir l-intervent neċessarju.
Forti Sant’Iermu u UNESCO World Heritage — kuraturi
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16397, jista' l-Ministru jgħidilna għaliex hemm żewġ kuraturi fuq Sant'Iermu biss, filwaqt li fis-sezzjoni tal-UNESCO World Heritage sites hemm żewġ kuraturi u senior curator biss li jridu jieħdu ħsieb numru ta' proġetti kif ukoll numru kbir ta' issues relatati ma dawn is-siti ta' importanza mondjali?
Response (BONNICI, OWEN)
Nixtieq infakkar lill-Onor. Interpellant li kif intqal fir-risposta għall-mistoqsija 16397, Forti Sant’Iermu għandu kuratur wieħed biss. Il-kuratur l-ieħor huwa responsabli mill-kollezzjoni tal-Mużew Nazzjonali tal-Gwerra li jinsab fl-istess fortizza. Fl-istess waqt nixtieq infakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-kuraturi fis-sezzjoni tal-World Heritage Sites huma erbgħa u mhux tlieta. Minbarra l-imsemmija senior curator u żewġ kuraturi, it-Tempji tal-Ġgantija għandhom kuratur ieħor iddedikat għalihom.
Tempju Tas-Silġ u Tempji ta' Borġ in-Nadur? — konservazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħidilna x'inhuma l-pjani ta' Heritage Malta vis-a-vis il-konservazzjoni relatat mat-Tempju Tas-Silġ u mat-Tempji ta' Borġ in-Nadur?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li ladarba spiċċaw l-iskavi tal-Missione Archeologica Italiana f’Tas-Silġ, din is-sena bdew il-preparazzjonijiet sabiex jitħejjew l-istudji meħtieġa, fosthom conservation plan, sabiex eventwalment isir ix-xogħol neċessarju f’dan ir-rigward. F’Borġ in-Nadur għaddej proċess mad-Dipartiment tal-Artijiet sabiex biċċiet ta’ art qrib it-tempji jgħaddu għand Heritage Malta sabiex is-sit ikun protett aħjar.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16555, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Contract for Service għax-xogħol relatat mal-website tal-Public Broadcasting Services li ġie mogħti lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, ingħatax wara sejħa għall-interess esterna jew interna fil-Public Broadcasting Services? Jekk le, jista’ jgħid għaliex? X’inhuma l-ħlas u l-perkaċċi tal-kuntratt li għandu l-individwu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-PBS timxi mal-prassi stabbiliti meta timpjega nies fuq bażi ta’ ‘contract for service’, għaldaqstant il-persuna mmsemmija ġiet mpjegata mal-PBS bl-istess mod u manjiera, b’salarju ta’ €31,000 u kif ukoll jingħata allowance ta’ €2,000.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16012 u jgħid liema huma l-objettivi u l-kriterji kollha li fuqhom se jingħata l-performance bonus matul is-sena 2015 lis-CEO, il-Heads u l-Managers ta’ Heritage Malta?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Heritage Malta – ħaddiema – communications allowance
Question
Jista' l-Ministru jgħidilna f'liema gradi qegħdin dawk il-ħaddiema ta' Heritage Malta li bbenefikaw mill-communications allowance? Jista’ jgħidilna fuq liema kriterji ngħataw din il-communication allowance? Jista’ jikkonferma li ma teżisti l-ebda proċedura f'dan ir-rigward u li ċertu ħaddiema tħallew barra minn din it-tip ta' allowance?
Response (BONNICI, OWEN)
Heads, Managers, Senior Curators, Senior Executives u Senior Conservators jieħdu allowance skont il-kuntratt ta’ mpjieg, filwaqt li gradi oħrajn jieħdu l-allowance fuq rakkomandazzjoni tal-manager tagħhom. Il-kriterji tal-proċedura huma sempliċi: l-impjegat jingħata allowance fissa (pro-rata skond il-ħin li jaħdem) jekk ix-xogħol jirrikjedi użu tal-mobile b’mod regolari.
Heritage Malta – mobile phone service provider — kuntratt
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li Heritage Malta għamlet mal-mobile phone service provider, kif ukoll kopja tal-expression of interest li ħarġet f'dan ir-rigward?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Expression of Interest li ntbagħtet lill-operaturi kollha, kif ukoll il-kuntratt standard.