Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #31486 Sitting 488 2017-02-28 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Mosta – Żona taż-Żokrija – Triq Camillo Sciberras — tindif

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk bir-regolamenti preżenti tal-Awtorità għall-Ippjanar, jistgħux jinżammu responsabbli l-applikanti tal-bini li qed isir f’Żona fiż-Żokrija fuq in-naħa ta’ Triq Camillo Sciberras il-Mosta sabiex dawn is-sidien li bnew dawn il-blokok ta’ appartamenti jieħdu azzjoni konġunta sabiex inaddfu l-open spaces mill-iskart tal-bini li ħallew wara li sar dan il-bini? Fl-istess areas, l-istess sidien jistgħu jinżammu responsabbli u jintalbu biex jagħtu wiċċ tarmak lit-toroq tal-madwar il-blokok tal-bini li sar u li tkissru minħabba l-bini li sar?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li min spezzjoni li saret minn uffiċjali tal-Awtorità irrizulta li parti mis-sit indikata fejn hemm materjal inert hemm applikazzjoni pendenti ma’ l-Awtorità ghal zvilupp ta’ apartamenti. Fuq parti ohra tas-sit indikat bdew proċeduri sabiex jigi identifikat is-sid biex jigi mgiegħel inaddaf il-materjal u skart iehor peress li qed ikun ta’ ditriment ta’ l-inhawi. Rigward tal-bżonn li ċertu toroq fl-inhawi jingħataw wicc tarmak, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din it-talba lil awtoritajiet kompetenti li huma nkarigati mill-manutenzjoni tat-toroq.
Leg 12 PQ #31495 Sitting 488 2017-02-28 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Areas ODZ – permessi għal żviluppi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm inħarġu permessi għall-iżvilupp fl-areas ODZ mill-Awtorità għall-Ippjanar permezz tas-sistema tad-Development Notification Order (DNO) matul is-snin 2011 sa 2015, kull sena separatament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-taghrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #30624 Sitting 487 2017-02-22 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Liġi tas-Sanità — effett

Question

Wara li ġiet aġġornata l-liġi tas-Sanità, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’effett ħalliet u kif ġie affetwat l-ippjanar u x-xogħol relatat magħha?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li l-Liġi tas-Sanita (A.L. 227 tal-2016) ipprovdiet qafas ġdid u aġġornat ta’ politika u standards li jirrelataw mas-saħħa u s-sanita f’bini li sar wara l-1967 u għaddiet ir-responsabblita amministrattiva lill-Awtorita tal-Ippjanar. Din il-politika qed tintuża mill-uffiċjali tal-Awtorita’ tal-Ippjanar biex jevalwaw applikazzjonijijet ta’ żvilupp. L-impatt immedjat li ħalliet il-liġi kien f’termini ta’ proċedura għax irregolaritajiet żgħar li kien hemm f’binjiet eżistenti, u li qabel kienu koperti b’konċessjoni, issa jistgħu jkunu solvuti faċilment. L-effett tal-liġi fuq bini u ż-żoni urbani se jinħass fuq tul ta’ żmien, speċjalment meta jibdew jitilgħu binjiet taħt il-provvedimenti l-ġodda dwar l-għoli ċar (clear height), spazji mhux abitabbli (non-habtiable spaces) u l-għoli globali tal-faċċata (overall height of facades). Il-provvedimenti dwar żvilupp ġdid fuq bini ta’ qabel l-1967 għandu jiffaċilita l-użu aħjar ta’ bini antik u jgħin fir-restawr u ri-abilitazzjoni tagħhom.
Leg 12 PQ #30625 Sitting 487 2017-02-22 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skema tar-Regularisation – rispons mill-pubbliku in ġenerali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid issa li ddaħlet ir-regularisation, x’rispons kien hemm mill-pubbliku in ġenerali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li ġejt nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li ghal din l-iskema ta’ regolarizazzjoni kien hemm rispons tajjeb minn naha tal-pubbliku in generali, tant li minn Ottubru ta l-2016 sa l-1 ta’Frar 2017 dahlu total ta’ 1399 applikazzjoni.
Leg 12 PQ #30626 Sitting 487 2017-02-22 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skema tar-Regularisation — skop

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kif qiegħed jintlaħaq l-iskop li l-iskema ta’ regularisation ġiet imnedija għalih?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iskop tal-iskema ta’ regolarizazzjoni kien biex il-pubbliku jirregola bini ezistenti li ma jistax jigi sanzjonat permezz ta’ applikazzjoni normali u b’hekk ikun jista ibigħ u/jew idahhal is-servizzi tad-dawl u l-ilma. L-Awtorita ta’ l-Ippjanar ma għandiex kontroll għal liema skop il-publiku qiegħed jutilizza dawn il-permessi, izda mill-ammont ta’ applikazzjonijiet li dahlu, medja ta’ 278 fix-xahar, f’dawn l-ahhar hames xhur minn meta giet varata l-iskema, jidher li huma sostanzjali l-izviluppi li għandhom bżonn dan it-tip ta’permess.
Leg 12 PQ #30627 Sitting 487 2017-02-22 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tal-Ippjanar – Fondi mill-iskema tar-regularisation

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kif se jiġu utilizzati l-fondi li l-Awtorità tal-Ippjanar qed tiġbor mill-iskema ta’ regularisation?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li proporzjon sostanzjali tal-fondi, li l-Awtorità tal-Ippjanar qed tiġbor mill-iskema ta’ regularisations li jlahhqu 70% se jiġu allokati għall-iskema Irrestawra Darek. Hemm il-ħsieb li fondi oħra li jlahhqu 20% se jiġu allokati fil-Planning Fund biex jiffinanzjaw proġetti ta’ Kunsilli Lokali.
Leg 12 PQ #31254 Sitting 487 2017-02-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegat tal Gvern

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 30928 u 30440, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-persuna indikata fil-mistoqsija oriġinali għandux xi funzjoni mal-Gvern, kemm bħala konsulent, person of trust u/jew impjegat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ma għandi xejn x’nżid mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30928.
Leg 12 PQ #31284 Sitting 487 2017-02-22 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tal-Ippjanar – spazju faċċata tat-Torri tal-Għallis — parkeġġ

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x’wassal biex l-Awtorità għall-Ippjanar titlob li dak l-ispazju li fadal faċċata tat-Torri tal-Għallis (dak l-ispazju li kien jifforma parti mit-Triq tal-Kosta, u li issa m'għadux jintuża) ma jiġix konvertit f'parkeġġ, li hu tant meħtieġ f'dawk l-inħawi? F'liema permess tal-MEPA (jew l-Awtorità għall-Ippjanar) ġiet imposta l-kundizzjoni li dan il-parking ma jsirx?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li fil-permess PA 3758/09 (Widening and realignment of Coast Road from Bahar Ic-Caghaq, Naxxar to St.Paul's Bay), il-MEPA kienet imponiet kundizzjoni 1 (a) i. Redundant Road Surfaces, fejn talbet li l-art faċċata tat-Torri tal- Għallis li oriġinarjament kient tifforma parti minn Triq il-Kosta, tiġi ttratata għall-ambjent naturali u naturali tagħha. L-iskop tal-permess PA 3758/09 kien li jippermetti titjieb tal-infrastruttura u disinn ta’ Triq il-Kosta mingħajr ma jieħu art ODZ iktar milli kien meħtieġ. B’hekk ġie deċi¿ li ma jsirx parkeġġ fl-ispazju li fadal faċċata tat-Torri tal- Għallis. Din il-kundizzjoni ġiet imposta f’amenda fil-permess PA 3845/14 (Minor changes to approved part of permit pa3758/09 [chainages 0+000-3+600]), f’numru 3 (a) i . Redundant Road Surfaces.
Leg 12 PQ #31292 Sitting 487 2017-02-22 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm interventi mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fi Triq J. Quintinus, San Pawl il-Baħar matul l-aħħar sitt xhur? Billi parti minn din it-triq jidher li għandha bżonn ta' tiswijiet permanenti u dan wara l-ħsarat li saru f'din l-istess triq, jista' jieħu passi neċessarji biex jinbidlu l-connections tar-residenti qabel ma tkompli ssir iktar ħsara fl-istess triq li dejjem qed tkun mimlija għadajjar tal-ilma?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt nfurmat mill-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma illi l-ħsarat li ġarbet Triq Quintinus, San Pawl il-Bahar m’humiex konsegwenza ta ’trinek jew ħsarat fil-mains tal-ilma .F’din l-imsemmija triq, il-KSI interveniet darba biss minn Gunja 2016 sal-lum.
Leg 12 PQ #31293 Sitting 487 2017-02-22 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Provvista tal-Elettriku — multi imposti

Question

Billi fid-dibattitu li sar fil-Parlament dwar l-provvista tal-elettriku l-Onor. Mizzi għamel referenza għall-multi ta' €10 miljuni li huma dovuti minħabba nuqqasijiet li seħħew, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'kienu dawn in-nuqqasijiet, u fejn huma mistennija li jitħallsu dawn l-istess multi, jekk hux lill-Gvern ta' Malta jew lil xi ħadd ieħor? Kif inhuma maqsuma dawn l-istess multi kif indikati mill-Ministru?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-multi msemmija huma riflessi fil-kuntratti ta’ bejn l-Enemalta u l-Electrogas u huma imposti fuq dawn ta’ l-aħħar mill-istess Enemalta minħabba dewmien sabiex jintlahqu diversi milestones. Il-multi huma dovuti ghal: 1. Dewmien fil-proviżjoni ta’ Gas għall-Delimara 3 2. Dewmien f’ Delimara 4 Il-multa msemmija hija wahda approssimattiva peress li din tibqa’ tinħadem u tinbidel kuljum.
Leg 12 PQ #29718 Sitting 486 2017-02-21 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — kiri/xiri ta’ karozzi għall-użu uffiċjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti dettalji dwar karozzi mixtrija jew mikrija u li qegħdin għall-użu tal-uffiċjali fil-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-ispiża fuq dan ir-rigward mill-Ministeru u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu ta' kull sena għas-snin 2013, 2014, 2015 u 2016?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #30620 Sitting 486 2017-02-21 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – ħaddiema affettwati bit-twaqqif tal-Awtorità tal-Artijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kif se jiġu affettwati l-ħaddiema preżenti fi ħdan id-Dipartiment tal-Artijiet bit-twaqqif tal-Awtorità tal-Artijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema kollha se jiġu detailed fl-Awtorità tal-Artijiet il-ġdida.
Leg 12 PQ #30621 Sitting 486 2017-02-21 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proprjetà tal-Gvern – ċens temporanju — tiġdid

Question

Peress li fil-budget intqal li min għandu proprjetà tal-Gvern b’ċens temporanju li skada jew wasal biex jiskadi, se jingħata l-opportunità li l-istess ċens jiġi mġedded bl-istess kundizzjonijiet oriġinali ħlief għall-ħlas ta’ ċens, jista’ l-Prim Ministru jgħid kif u meta se tiġi attwata din il-wegħda?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji dwar din l-iskema għadhom qed jinħadmu.
Leg 12 PQ #30622 Sitting 486 2017-02-21 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tal-Ippjanar u l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi – effett

Question

Issa li ż-żewġ awtoritajiet kemm tal-Ippjanar kif ukoll dik tal-Ambjent u r-Riżorsi, ġew stabbiliti, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhu l-effett pożittiv u/jew negattiv li nħass s’issa, meta ż-żewġ Awtoritajiet qed jiffunzjonaw separatament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-ikbar effett pożittiv li nħass immedjatament kien il-viżibilità u l-awtonomija biex taġixxi li akkwistat l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi mat-twaqqif tagħha kif jixhdu diversi deċiżjonijiet li ħadet fuq proġetti ta’ importanza strateġika. Minn naħa tal-Awtorità tal-Ippjanar kien hemm tisħiħ sod fil-finanzi tal-organizzazzjoni u aktar kjarezza fil-funzjonijiet wara l-assenjament tal-attiv, drittijiet, debiti, obbligi u funzjonijiet bis-saħħa tal-A.L 109 tal-2016. Effett pożittiv ieħor kien it-twaqqif tal-Kunsill Eżekuttiv bir–rappreżentanza tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi u t-twaqqif tal-Bord tal-Ippjanar li qed jaħdem b’mod aktar iffokat u fil-każ ta’ materji ta’ policy qed jiġu deċiżi applikazzjonijiet għal modifikazzjonijiet minuri tal-Pjanijiet Lokali li kienu ilhom weqfin żmien twil. Biż-żmien l-impatt tad-de-merger ikun jista’ jiġi evalwata b’mod aktar dettaljat.
Leg 12 PQ #30623 Sitting 486 2017-02-21 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Outside Catering Area — policy

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid issa li għaddew xhur li daħlet fis-seħħ il-policy tal-Outside Catering Area, kemm daħħlu applikazzjonijiet u x’effett kellha?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt nfurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar li minn meta’ daħal fis-seħħ id-dokument “Policy, Guidance and Standards for Outdoor Catering Areas on Public Open Space” f’Ġunju tal-2016 sal-lum, l-istess Awtorita irċeviet 128 applikazzjoni ġdida minn sidien u operaturi ta’stabbillimenti tal-ikel u x-xorb. L-eżitu ta’ dawn l-applikazzjonijiet, sal-lum kien hekk: Ingħata il-permess f’44 każ, li minnhom ġie sottomess appell minn terżi f’erba' każijiet. Għaxar applikazzjonijiet ġew rifjutati mill Awtorità; minn dawn, ġew registrati ħames appelli li għadhom pendenti quddiem it Tribunal ta’ Revizjoni. Fi tliet każijiet ġiet irtirata l-applikazzjoni, fil-waqt li l-bqija, 71, għadhom pendent deċiżjoni. Minn dawn tal-aħħar, il-maggoranża ġew sottomessi minn Diċembru 'l hawn, filwaqt li 16 minnhom ġew sospiżi mill-perit għal raġunijiet varji.
Leg 12 PQ #31154 Sitting 486 2017-02-21 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Persons of trust - kariga

Question

Jista’ l-Prim Ministru jelenka l-kariga jew xogħol li kull person of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu, qiegħed jokkupa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-karigi jew ix-xogħol li jagħmlu l-persons of trust kif mitlub minnu huma hawn annessi: Chief of Staff Head, Government Communications Head, Government Customer Care Deputy Chief of Staff Personal Assistant Senior Communications Officer Head, Government Marketing Co-ordinator PQ Unit Officer Secretariat Officer Secretariat Messenger Personal Driver/Security Officer Secretariat Messenger/Charwoman Estate Keeper Customer Care Assistant Head of Secretariat Private Secretary Office Assistant Public Relations Assistant Receptionist Senior Administrative Coordinator Driver to former PM
Leg 12 PQ #31273 Sitting 486 2017-02-21 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Buġibba, Qawra u San Pawl il-Baħar — tappieri

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' tappieri tad-drenaġġ (manholes) li għandha l-Water Services Corporation fl-inħawi ta' Buġibba, Qawra u San Pawl il-Baħar? Billi numru sostanzjali minn dawn il-manholes huma mniżżla ‘l isfel mill-wiċċ tat-triq, jista' jieħu l-passi neċessarji biex dawn l-istess tappieri, u t-tarmakk ta’ madwarhom jiġu rranġati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li peress li hemm ammont sostanzjali ta’ tappieri tad-drenaġġ fiż-żona tal-Qawra, Buġibba u San Pawl il-Baħar, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #31294 Sitting 486 2017-02-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Arblu — rranġar

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li jiġi rranġat l-arblu li jinsab fi stat perikoluż ġewwa Raħal Ġdid quddiem il-ħanut li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li l-arblu indikat jidher li ċċaqlaq minn postu wara li ntlaqat minn vettura f’inċident tat-traffiku fl-inħawi f’dawn l-aħħar jiem. Sfortunatament, ma sar l-ebda rapport lil Enemalta plc wara li saret din il-ħsara. Ħaddiema u kuntratturi ta’ Enemalta qed iwettqu x-xogħlijiet meħtieġa biex l-arblu jiġi rranġat minnufih.
Leg 12 PQ #31296 Sitting 486 2017-02-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Każ fuq kuntratt – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara li jiġi kkuntatjat is-sinjur li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ fuq kuntratt?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħti aktar dettalji fuq l-każ.
Leg 12 PQ #31027 Sitting 485 2017-02-20 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pagament ta’ qbiela – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jieħu l-azzjoni neċessarja biex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jiġi kkuntattjat biex ikun jista’ jagħmel il-pagament tal-qbiela li ilu pendenti numru ta’ snin?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-individwu konċernat għandu bżonn jipprovdi numru ta’ dokumenti lill-Uffiċċju Konġunt, sabiex dan jipprova t-titlu tiegħu fuq il-propjeta’ in kwistjoni. Mingħajr dawn id-dokumenti, l-Uffiċċju Konġunt ma jkunx jista’ jipproċedi bir-rikonoxximent rikjest. Għaldaqstant, l-Uffiċċju Konġunt se jkun qed jinforma lill-individwu konċernat bil-lista ta’ dokumenti li hemm bżonn, sabiex dan r-rikonoxximent ikun jista’ jsir.