Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #7153 Sitting 124 1999-06-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

San Ġiljan — Villa Fieres

Question

Peress li Villa Fieres, 141 (4) fi Pjazza Spinola, San Ġiljan, hija dikjarata skedata Grad 2 skond it-termini tal-policy UCO 7 tal-pjan ta' struttura, u peress li ġiet sottomessa applikazzjoni lil Lands Administration u lil Planning Authority għall-bini ta' lukanda fuq l-imsemmi sit bin-numru 1916/99, jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa skond il-parametri tal-liġijiet u r-regolamenti tal-pajjiż biex il-proprjeta' Villa Fieres tiġi mħarsa u salvata?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant ġiet irtirata fil-15 ta' Mejju, 1999.
Leg 9 PQ #7637 Sitting 124 1999-06-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Lukanda Costa del Sol

Question

Meta l-Costa del Sol inbniet fl-Għadira tal-Mellieħa kellha l-permessi meħtieġa mill-PAPB? Meta ħarġu dawn il-permessi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records fl-Awtorita` ta' l-Ippjanar, irriżulta li fit-3 ta' Mejju 1974 kienet saret applikazzjoni, referenza PB 2169/1340/74, biex jinbena beach establishment u li sussegwentament inħareġ permess għaliha fit-3 ta' Lulju 1974. Ninsab infurmat ukoll li fis-26 ta' Marzu 1979, saret applikazzjoni oħra fuq l-istess referenza biex jinbena restaurant u li l-permess inħareġ fl-4 ta' Diċembru 1979. Peress li l-file oriġinali ma kienx instab, ta' min jinnota li din l-informazzjoni hija meħuda minn Fore File F/F 1340/74 li infetaħ wara li saret applikazzjoni ta' Tiġdid (to erect a restaurant) fl-24 ta' Settembru 1984. Minn dan il-file ma hemm l-ebda indikazzjoni jekk il-Costa del Sol inbnietx qabel jew wara il-ħruġ ta' l-ewwel permess imsemmi.
Leg 9 PQ #7734 Sitting 123 1999-06-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Droga/kriminalita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx sar studju mill-awtoritajiet tal-pulizija dwar ir-relazzjoni bejn id-droga u l-kriminalita' speċjalment fost iż-żgħażagħ? X'inhu n-numru ta' persuni li ġew arrestati matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena fuq: 1) pussess; u 2) traffikar ta' droga? Kemm minn dawn kienu taħt il-21 sena? Dawk kollha tressqu l-Qorti?

Response (BORG, TONIO)

Teżisti fil-Korp tal-Pulizija u fl-N.D.I.U. sistema ta' ġbir ta' informazzjoni li tgħin fl-investigazzjoni dwar id-droga u l-konnessjoni li din għandha ma' reati oħra. Rigward il-kumplament tal-Mistoqsija ninsab infurmat li matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena ġew arrestati mill-Pulizija 252 persuna fuq suspett ta' pussess ta' droga u 87 persuna fuq suspett ta' traffikar ta' droga. Minn dawk li ġew arrestati, 114 kienu taħt il-21 sena, filwaqt li 137 minnhom tressqu l-Qorti.
Leg 9 PQ #7681 Sitting 122 1999-06-15 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Qrendi — Għassa tal-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-għassa tal-Qrendi tkun dejjem magħluqa? Se jittieħdu passi biex din tinfetaħ regolarment?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Għassa tal-Qrendi qed tkun miftuħa regolarment.
Leg 9 PQ #7573 Sitting 121 1999-06-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Permessi għall-boundary wall

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-awtorita' ta' l-ippjanar għandhiex xi policy li permessi għal boundary wall jew xi fence tal-wire ma' postijiet fejn hemm xi ġardina f'xi housing estate, jiġu rifjutati b'konsegwenza li minħabba f'hekk jibqgħu mitluqin u mhux kultivati u dan b'detriment għall-ambjent?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-permessi għat-tip ta' xogħol li rrefera għalih l-Onor. Interpellant jiddependi mis-sit speċifiku ta' kull każ u huma marbutin ma' kif dawn jidhru fil-kuntest ta' l-ambjent urban tal-post.
Leg 9 PQ #7597 Sitting 121 1999-06-15 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Sptar Sir Paul Boffa — Inċident

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed tieħu l-pulizija dwar inċident li ġara nhar it-Tnejn 17 ta' Mejju, 1999 wara nofsinhar fl-Isptar Sir Paul Boffa fejn impjegat ta' l-isptar ġie msawwat u saret ħsara lill-proprjeta' pubblika minn qraba ta' pazjent?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-persuna nvoluta fl-inċident li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant, ser tkun akkużata quddiem il-Qorti.
Leg 9 PQ #7616 Sitting 121 1999-06-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Applikazzjonijet għal żvilupp ta' serer

Question

Jista' l-Ministru jinformani x'follow up sar mill-awtorita' ta' l-ippjanar dwar rapport li kien tressaq mill-amministrazzjoni preċedenti ħalli jonqsu l-inkonvenjent u l-burokrazija f'applikazzjonijiet li jressqu l-bdiewa għal żvilupp ta' serer, agriculture stores, ġwiebi, eċċ?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1933, ninsab infurmat li uffiċjali tal-Awtorita` ta' l-Ippjanar regolarment ikollhom diversi laqgħat ma' uffiċjali tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura dwar diversi aspetti li jolqtu din l-industrija importanti. Dawn il-laqgħat għadhom isiru sal-ġurnata tal-lum.
Leg 9 PQ #7617 Sitting 121 1999-06-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Membri li weġġgħu fuq ix-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pulizija li weġġgħu waqt il-ħin tax-xogħol? Kemm minnhom ġew rikoverati l-isptar u fi djar privati tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika l-perijodu li dwaru qed jitlob din l-informazzjoni.
Leg 9 PQ #7618 Sitting 121 1999-06-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Membri fuq sick leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pulizija li rrapportaw sick minn Jannar 'il hawn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Jannar u t-8 ta' Ġunju, 1999, in-numru ta' pulizija li rrapurtaw sick kien ta' 1,746.
Leg 9 PQ #7673 Sitting 121 1999-06-15 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Kalkara — Triq il-Kappuċċini - Art

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li forsi jakkwista u jikkonverti raba' fi Triq il-Kappuċċini, l-Kalkara 'l fuq mill-mużew biex tiġi kkonvertita fi ġnien rustiku, per eżempju?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-art li rreferit għaliha l-Onor. Interpellanti hija tal-privat u li d-Dipartiment ta' l-Artijiet ma kellu l-ebda talba minn xi Dipartiment ieħor sabiex jakkwista din l-art għal xi proġett. L-ippjanar tal-proġett suġġerit mill-Onor. Interpellanti ma jsirx mill-Ministeru tiegħi u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellanti tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #7706 Sitting 121 1999-06-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każi ta' prostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-Kummissarju tal-Pulizija dwar l-ilment tal-Kunsill Lokali ta' Ta' Xbiex dwar każi ta' prostituzzjoni u traffikar tad-drogi fl-ittra tal-kunsill ta' l-1.6.99?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija kienet u ser tibqa` tissorvelja l-inħawi li hemm referenza għalihom fl-ittra msemmija mill-Onor. Interpellant. Fil-fatt, skond tagħrif li għandi, tressqu diversi persuni l-Qorti fuq tlajjar għal skop ta' prostituzzjoni f'dawn l-inħawi.
Leg 9 PQ #7718 Sitting 121 1999-06-15 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Rave parties

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi għar-rave parties xahar b'xahar mill-5 ta' Settembru 'l hawn? X'inhi d-definizzjoni ta' rave parties? Discos oħra għandhom bżonn l-istess permessi? Kemm ġew imħarka stabbilimenti/organizzaturi din l-aħħar sena għax baqgħu miftuħin aktar milli kienu liċenzjati li jibqgħu miftuħin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li mill-5 ta' Settembru 1998, sat-8 ta' Ġunju 1999, inħareġ permess wieħed għall-rave party, għalkemm inżammu tnejn oħra illi l-permess tagħhom kien ħareġ qabel il-5 ta' Settembru 1998. Skond ma jien infurmat ma teżistix definizzjoni legali ta' rave party. Skond l-artikolu 201 tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija ma jistgħux jingħataw spettakoli jew ballijiet pubbliċi, jew spettakoli jew ballijiet li għalihom id-dħul hu bi ħlas, mingħajr liċenzja tal-Pulizija. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi ttieħdu passi kontra 15-il persuna talli damu wara l-ħin stipulat skond il-liċenzja.
Leg 9 PQ #7727 Sitting 121 1999-06-15 Oral · Interim From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Applikazzjonijiet għal djar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem il-planning authority għal djar ta' l-anzjani ġodda? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem il-planning authority għal estensjonijiet ta' djar eżistenti? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem il-planning authority għall-immodernizzar ta' djar ta' l-anzjani antiki? X'inhi l-politika tal-gvern preżenti dwar djar ġodda ta' l-anzjani rigward min għandu jmexxihom, ċioe' jekk għandux ikun il-gvern jew il-privat? Meta xi kuntrattur privat imexxi djar ta' l-anzjani bħal dik taż-Żejtun, x'miżuri amministrattivi jieħu d-dipartiment biex jikkontrolla l-istandards tas-servizz provdut? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li jorbot il-kuntrattur privat li jmexxi d-dar ta' l-anzjani fiż-Żejtun?

Response (BORG, TONIO)

Rigward l-ewwel tlett partijiet tal-Mistoqsija it-Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra. Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-kumplament tal-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #6755 Sitting 120 1999-06-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Miniteru għall-Intern — Xiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda mill-Ministeru tiegħu jew min wieħed mid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Jekk inxtraw, jista' l-Ministru jgħid: (1) kemm laħqet l-ispiża; (2) inħarġitx tender; (3) mingħand min inxtraw; (4) x'marka huma; (5) għal-liema skop inxtraw; (6) minn min qed jintużaw; (7) kemm huma fl-ammont?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #7570 Sitting 120 1999-06-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Garaxxijiet fl-abitat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar dwar persuni li jaħdmu f'garaxxijiet qalb l-abitat? X'isir fejn jirriżulta li jkun qed isir xogħol fl-abitat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li normalment l-Awtorita` ta' l-Ippjanar ma taċċettax applikazzjonijiet għal użu industrijali jew semi industrijali f'postijiet residenzjali, iżda ma jittieħdu l-ebda passi mill-Awtorita` tal-Ippjanar jekk ix-xogħol ikun kopert b'permess li nħareġ qabel l-Att ta' l-1992 ta' xi Awtorita` kompetenti, dejjem liema permess sa llum ġie mġedded. Ninsab infurmat ukoll li fil-każi fejn jirriżulta li x-xogħol huwa llegali jittieħdu passi skond l-Att I ta' l-1992 dwar l-Ippjanar u ċioe`, jinħareġ Stop Notice u jekk l-ordni ma tkunx osservata tintalab l-assistenza tal-Pulizija skond l-artiklu 55 ta' l-istess Att.
Leg 9 PQ #7583 Sitting 120 1999-06-14 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Festival f'Ta' Qali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġux permessi għall-festival li sar f'Ta' Qali fis-6 ta' Ġunju? Jista' jgħid f'isem min ħarġu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-attivita` li rreferit għaliha l-Onor. Interpellanti kienet koperta b'permess tal-Pulizija maħruġ f'isem John Refalo.
Leg 9 PQ #7584 Sitting 120 1999-06-14 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Dance Festival f'Ta'Qali

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kondizzjonijiet għall-permess għal dance festival li kellu jiġi organizzat fis-6 ta' Ġunju f'Ta' Qali?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kundizzjonijiet għall-permess għall-attivita` li rreferit għaliha l-Onor. Interpellanti.
Leg 9 PQ #7649 Sitting 120 1999-06-14 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ftuh ta' ħwienet

Question

Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, kemm saru applikazzjonijiet mal-Pulizija biex jinfethu ħwienet minn Jannar sa Mejju ta' din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' applikazzjonijiet mal-Pulizija biex jinfetħu ħwienet bejn Jannar u Mejju, 1999, xahar b'xahar kien kif ġej : - Jannar - 26 Frar - 44 Marzu - 26 April - 48 Mejju - 30
Leg 9 PQ #7651 Sitting 120 1999-06-14 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Towing ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karrozza ġiet ittowjata minn mindu bdiet isseħħ il-liġi? Jista' jagħti l-informazzjoni skond l-areas li minnhom ġew ittowjati l-karozzi u skond is-sewwieqa ta' dawn il-karozzi kenux irġiel jew nisa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellanti hu kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi ma tinżammx din l-istatistika.
Leg 9 PQ #7672 Sitting 120 1999-06-14 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Qormi — Triq l-Imdina - Parkeġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jittieħdu l-passi biex fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi, wara l-Hockey Club ma jibqax isir parking ta' heavy vehicles mal-bankina ta' djar residenzjali li jlaħħqu sal-gallariji tagħhom, b'riskju għas-sigurta' tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanti tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli mit-Traffic Control Board.