Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għaqdiet sportivi u kulturali — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ġew sponsorjati xogħlijiet għall-clubs,għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu ? Jista' jgħid f'kull każ, min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' dan ix-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Institute of Health Care — Nursing courses

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 5097 u cioe' jista' jgħid x'inhu l-istaff complement ta' l-Institute of Health Care fejn jirrigwardjaw il-courses tan-nurses?

Response (GALEA, LOUIS)

Infurmat li in-numru ta' staff akkademiku fl-Istitut Għall-Ħarsien Tas-Saħħa li jagħtu sehemhom fil-korsijiet tan-nurses hu kif ġej:- Part-Time 24 Full-Time 27 (15 minn dawn għandhom full-time release mid-dipartiment tas-saħħa)

Koperattiva indafa pubblika — Ħlas dovut lill-ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni li għad fadlilhom jieħdu l-ħlas dovuti lilhom għal xogħol li għamlu għall-koperattiva indafa pubblika? X'passi se jittieħdu biex dawn il-persuni jieħdu l-ħlasijiet dovuti lilhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-koperattivi huma organizzazzjonijiet awtonomi u indipendenti. Għaldaqstant, il-Bord tal-Koperattivi ma jżommx records ta’ ħlas dovut lill-persuni li għamlu xogħol lill-koperattivi. Din tibqa’ responsabbilta’ tal-koperattiva. Informat ukoll li l-koperattivi huma regolati bl-Att dwar l-Għaqdiet Koperattivi XXX ta’ l-2001 u meta l-Bord tal-Koperattivi jħoss li jkun iż-żmien opportun, jibda l-proċess ta’ xoljiment, hekk kif tistabbilixxi l-istess liġi.

Skejjel — Tħaddim ta' Data Protection Act

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm se tiswa lil kull skola l-ħlas għat-tħaddim tad-Data Protection Act? Mil-liema fondi se jitħallsu dawn il-ħlasijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data daħal fis-seħħ fil-15 ta' Lulju 2003. Skond dan l-Att, sal-15 ta' April 2004, kull organizzazzjoni f'Malta trid tinnotifika lill-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data. Flimkien ma' din in-notifika annwali jrid isir ħlas li, għad-disa' xhur bejn il-15 ta' Lulju 2003 u l-15 ta' April 2004, fil-każ ta' skola, huwa ta' Lm15 filwaqt li, għal sena sħiħa, jkun ta' Lm20. Dawn il-ħlasijiet se jsiru mill-fondi ta' l-istess skola.

Skejjel — Data Protection Act

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex fit-tħaddim tad-Data Protection Act fl-iskejjel tagħna nitgħallmu mid-delitt fl-Ingilterra ta' Ian Huntley fuq il-bniet Holly u Jessica wara li mar jaħdem fi skola u l-passat tiegħu ta' abbużi fuq it-tfal kien protett mid-Data Protection Act?

Response (GALEA, LOUIS)

Jittieħdu l-passi kollha li jippermettulna l-liġijiet biex f'kull waqt nassiguraw li uliedna jkunu dejjem protetti minn kull perikolu ta' din ix-xorta, inkluż li jsir screeningeffettiv ta' kull min ikollu x'jaqsam mat-tfal u l-istudenti.

Pixxina Nazzjonali — Xogħol fil-vaska l-kbira

Question

Jista’ il-Ministru jgħid xi problemi jeżistu biex ix-xogħol fil-vaska l-kbira tal-Pixxina Nazzjonali għadu mhux lest? Min qed jagħmel dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

Infurmat illi x-xogħol fil-vaska l-kbira tal-Pixxina Nazzjonali tlesta u l-Pixxina qed tintuża regolari. Ix-xogħol ingħata wara ħruġ ta' tender lil Rea Ceramics Ltd. Infurmat ukoll li x-xogħol kollu tlesta il-Ġimgħa, 2 t'April 2004, iżda riedet tinxef iż-żebgħa tal-linji qabel il-vaska bdiet tintela bl-ilma nhar il-Ħadd, 4 t'April 2004. Rea Ceramics skond id-dokument tatt-tender kellu sitt ġimgħat biex ilesti x-xogħol. Dan fil-fatt ma żammx ma' l-iskeda tax-xogħol għal-diversi raġunijiet, fosthom maltemp, xogħol mhux skond it-tender li kellu jerġa jsir u kif ukoll dewmien biex tasal iż-żebgħa tal-linji minn barra minn Malta.

Pixxina Nazzjonali — Timijiet/għaqdiet barranin li jiġu għat-taħriġ

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm hemm timijiet/għaqdiet barranin li bbukkjaw biex jiġu għat-taħriġ fil-Pixxina Nazzjonali mill-1 ta' Marzu 2004 ’il quddiem? Jista’ jgħid min huma? Kemm minnhom diġa` ħassru l-mawra tagħhom għaliex il-Pixxina mhux lesta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm 29 booking għall-Pixxina Nazzjonali bejn Marzu u Lulju ta' din is-sena. Dawn huma kif ġej:- 1:Marzu: Richard Murgatord (Swimming Team) 2:April:Oulu Swimming Team Richard Murgatord (Waterpolo Team) Berlin Team Cardiff Swimming Team Il Varg Russian Team SKK German Team Sr 0504 Joerg Beherens Dr Malewski Mosey Team first team 3:Mejju: La Vallois Camdem Nichol Group France Sport Numkis Irish Team Swedish Team Mattinson Group Lohja Team Nichol Group Numkis 4:Ġunju: Bassi Group Swedish Team La Vallois 5:Lulju: Mosey Second Team Norwegian Team

Kunsill Malti għall-isport — Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid issa li l-Pixxina Nazzjonali għaddiet f'idejn il-Kunsill Malti għall-Isport, kemm hemm ħaddiema li qabel kienu ma’ l-Amministrazzjoni tal-Pixxina Nazzjonali li issa ġew impjegati mal-Kunsill? Jista’ jgħid x’xogħol qed jagħmlu issa u x’xogħol kienu qed jagħmlu qabel?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab infurmat li kien hemm dsatax-il ħaddiem li qabel kienu ma' l-Amministrazzjoni tal-Pixxina Nazzjonali u issa ġew impjegati mill-ġdid mal-Kunsill. Ix-xogħol li kienu jagħmlu qabel u li qegħdin jagħmlu issa ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel — Fifth formers li komplew bl-istudji tagħhom

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li fl-aħħar tas-sena skolastika 2000/01 u dik tat-2001/02 komplew bl-istudji tagħhom wara li spiċċaw Form 5 tas-sekondarja? Kemm kienu mill-iskejjel ta’ l-Istat, tal-Knisja u dawk privati separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Institute of Health Care — Diploma in Psychiatric Nursing

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm iggradwaw studenti mill-Institute of Health Care f'diploma in Pyschiatric Nursing?

Response (GALEA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta' studenti li ggradwaw mill-Institute of Health Care fid-Diploma in Psychiatric Nursing huwa:- Sena Numru ta' Gradwati 1994 24 1997 2 1998 3 1999 5 2000 7 2001 0 2002 5 2003 2

MCAST — Żgħażagħ li ma sabux sponsor għall-apprendistat tagħhom

Question

Jista' il-Ministru jgħid: a) kemm hemm żgħażagħ li għadhom ma sabux sponsor għall-apprendistat tagħhom bħala parti mill-kors li qed jagħmlu fl-MCAST? b) F'liema oqsma għadhom ma sabux sponsor? c) X'qed isir min-naħa tal-MCAST u tal-ETC biex attivament jgħinu lil dawn iż-żgħażagħ isibu sponsor? d) X'se jiġri jekk dawn iż-żgħażagħ ma jsibux sponsor f'dawn iż-żmenijiet diffiċli għall-ekonomija tagħna? e) Jista' jiġi kkonsidrat li dawn iż-żgħażagħ xorta jkomplu bl-istudju tagħhom anke jekk ma jsibux sponsor u xorta l-gvern jirranġalhom għal esperjenza ta' xogħol bla piż finanzjarju fuq min iħaddem għax mhux ġust li l-futur ta' tant żgħażagħ jiddependi minn jekk isibux sponsor jew le għall-istudji tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li qegħdin ifittxu sponsorship huwa kif ġej:- L-Istitut ta' l-Inġinerija Elettrika u Elettronika 10 L-Istitut ta' l-Inġinerija tal-Bini u Kostruzzjoni 4 L-Istitut ta' l-Inġinerija Mekkanika 5 L-Istitut ta' l-Arti u d-Disinn 7 Gozo MCAST Centre 1 L-MCAST qed jagħmel l-arrangamenti kollha possibli biex l-istudenti li m'għandhomx sponsorikomplu l-edukazzjoni u t-taħriġ tagħhom fuq bażi full-time. Il-korsijiet huma organizzati b'tali mod li dawn l-istudenti ma jkunux żvantaġġati minħabba dan il-fatt.

Użu ta' sustanzi abbużivi fl-isport

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk ir-rapport mill-Kumitat li twaqqaf apposta biex jistħarreġ l-użu ta' sustanzi abbużivi fl-isport tlestiex? Jekk fl-affermattiv, jista’ jpoġġi kopja fuq il-mejda tal-Kamra? Jekk le, jista’ jgħid f’liema stadju wasal il-Kumitat fl-istħarriġ tiegħu?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab infurmat li r-rapport u policy dwar l-użu ta' sustanzi abbużivi qiegħed fl-aħħar fażi tiegħu. Fil-preżent id-dokument finali qed jiġi ivverifikat mill-aspett legali. Informazzjoni Addizjonali: Dr.Stephen Żammit (Chairman tal-Kumitat) informani illi l-Kumitat lesta r-rapport u policy document. Il-materjal kollu ġie mogħti lill-Avukat Peter Fenech għal kummenti tiegħu mill-aspett legali. La darba l-Avukat Fenech ilesti l-kummenti tiegħu terġa jsir laqgħa tal-Kumitat u jkun jista' jinħareġ ir-rapport biex jiġi mogħti lill-Onor. Ministru. Wieħed irid jinnota illi dan il-Kumitat ma jaqax taħt id-dikasteru tal-Kunsill Malti għall-Isport iżda kien ġie maħtur direttament mill-Onor. Ministru Mugliett.

Pembroke — Bini ta' skola primarja

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tinbena skola primarja ġdida ġewwa Pembroke? Jista’ jgħid ukoll minħabba li xi żmien ilu kienu twaħħlu anke karti tal-MEPA ma’ l-iskola eżistenti, fiex waslet l-applikazzjoni pendenti quddiem l-istess awtorita`?

Response (GALEA, LOUIS)

Iva il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada għandha applikazzjoni għal żvilupp (Outline Application) quddiem il-MEPA għal skola primarja ġdida ġewwa Pembroke (PA6669/02) li għada pendenti. Bħalissa qed isiru preparamenti biex isir Environmental Impact Assessment (EIA).

Kulleġġ tal-biedja

Question

Jista' il-Ministru jaġġornani dwar mistoqsija parlamentari 24498, seduta 521 tas-27 ta' Marzu, 2001? Jista' jinformani llum kemm minn dawn l-istudenti jaħdmu fis-settur tal-biedja organika?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma jirriżultax li seħħew żviluppi ġodda x'nirraporta.

Skejjel ta' l-Istat — Bullying

Question

Kemm kien hemm każi ta' bullying fl-iskejjel ta’ l-istat irrapportati mis-sena 2000 sa l-1 ta' April ta’ din is-sena, sena b'sena? Jista’ l-Ministru ġentilment jispjega b'mod ġenerali x'passi tieħu d-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni meta jkollha rapporti bħal dawn?

Response (GALEA, LOUIS)

Infurmat li l-Anti-Bullying Section, fi ħdan is-Sezzjoni "Student Services" bdiet taħdem formalment mis-sena skolastika 2002-2003 u l-istatika bdiet tinżamm minn dak iż-żmien. Infurmat ukoll li fis-sena skolastika 2002-2003, kienu rrappurtati 53 każ mill-iskejjel kollha (ta' l-istat, tal-Knisja u privati). Fis-sena skolastika 2003-2004 (sa issa) ġew irrappurtati 130 każ ġdid mill-iskejjel kollha (ta' l-istat, tal-Knisja u Privati ). Dawn huma l-passi li jittieħdu : 1) l-ewwel isiru appuntamenti mal-Kapijiet ta' l-iskejjel u jitfassal programm għall-iskola jew għall-klassi partikolari ; 2) Isiru kuntatti ma' l-individwi , kemm il-vitma u l-bully; 3) Fejn hemm bżonn, isir xogħol mal-klassi speċjalment fejn jidher li teżisti l-kultura tal-bullying; 4) Il-ġenituri ta' dawk konċernati jiġu wkoll inklużi fil-programm, jekk u kemm ikun hemm bżonn; 5) Isiru follow-ups kemm hemm bżonn sakemm naraw li sar progress minn kull naha.

Skejjel tal-Knisja/skejjel privati — Każi ta' bullying

Question

Jista’ l-Ministru ġentilment jgħid jekk l-iskejjel tal-Knisja jew dawk privati jingħatawx gwida mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni dwar kif għandhom jittrattaw każijiet ta' bullying? Huma obbligati li jirraportaw każijiet bħal dawn lid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni? Tinżamm xi forma ta' statistika ta' każijiet ta' bullying fl-iskejjel privati jew tal-Knisja?

Response (GALEA, LOUIS)

Infurmat li referrals dwar il-bullying jiġu minn għand il-Kapijiiet ta' l-Iskejjel, mill-ġenituri, u minn Aġenziji oħra, speċjalment il-179 u xi drabi l-Apoġġ. Xi drabi ġenituri jagħmlu kuntatt wara xi laqgħa għalihom mill-Kapijiet ta' l-iskola. Infurmat ukoll li l-iskejjel tal-Knisja u dawk Privati ġew mogħtija kopji tal-Policy Nazzjonali "L-Imġieba Tajba fl-Iskejjel" għall-għalliema kollha u għall-Amministrazzjoni ta' l-Iskola. Isiru In-Service Courses għall-għalliema kollha (u dawk jinkludu l-iskejjel tal-Knisja u dawk Privati) darbtejn fis-sena. L-attendenza għal dawn il-korsijiet hija voluntarja. L-iskejjel huma nfurmati dwar is-servizz ta' l-Anti-Bullying Service permezz ta' lis-"Student Services Booklet", mill-Guidance Teachers, mill-media u risorsi oħra. L-iskejjel tal-Knisja u dawk Privati m'humiex obbligati li jirrappurtaw każijiet bħal dawn lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Minn dawk l-iskejjel, il-każijiet jaslu għandna mill-istudenti nfushom, jew minn Aġenziji oħra, u saru ta' referrals. L-istatistika ta' każijiet ta' bullying fl-iskejjel Privati jew tal-Knisja huma miżmumin flimkien bħala statistika waħda, u mhux separatament.

Skejjel — Bullying

Question

Jaf il-Ministru li f'Malta hawn problema serja ta' bullying u li xi snin ilu kien ġie kkuntrattat rapport/studju fuq dan is-suġġett u li kienu ngħataw lill-gvern ċertu rakkmandazzjonijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Infatti kont waqqaft Kumitat Ministerjali jistħarreġ il-problema tal-bullyingu jfassal Policy "L-Imġieba Tajba fl-Iskejjel". Dan il-ktejjeb hu "l-Politika Nazzjonali u Pjan ta' Azzjoni dwar l-Ibbuljar". Fih ukoll il-pjan ta' Azzjoni Kontra L-Ibbuljar u Favur l-imġieba tajba fl-Iskejjel u Linji Gwida u Proċeduri f'każi ta' Ibbuljar. Dan il-ktejjeb ġie mogħti lil kull għalliem u kull membru ta' amministrazzjoni fl-iskejjel ta' l-Istat, tal-Knisja u Privati. Sentejn wara reġgħu ntbagħtu kopji ta' l-istess Policy lil kull skola li talbet kopji aktar. Ġew introdotti wkoll l- Anti Bullying Services bdiet taħdem ftit wara, u fis-sena skolastika 2002-2003 bdew jaħdmu żewġ persuni oħra f'din il- Unit . Il-programm jinkludi ħidma mal-Kap ta' l-Iskola u t-tfassil ta' programm għall-iskola jew għall-klassi partikolari, jew għall-ġenituri, etċ. kif diġa ġie spjegat fil-P.Q. 5101 . Billi "ir-responsabilta" ġenerali tal-ħidma kontra l-ibbuljar hija tal-Kap ta' l-Iskola (ara pg.3 ta' "L-Imġieba Tajba fl-iskejjel"), l- Anti-Bullying Section tagħmel il-programm individwali meta tissejjaħ mill-Kap ta' l-Iskola.

Skejjel — Bullying

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'miżuri jittieħdu f'każi severi ta' bullying mill-awtoritajiet tal-gvern fl-iskejjel tal-gvern, fl-iskejjel privati u fl-iskejjel tal-Knisja?

Response (GALEA, LOUIS)

Infurmat li f-każijiet severi ta' bullying jeħtieġu ħidmiet mal-vittmi kif ukoll mal-bulijiet u f'ċerti każi, mal-familji u l-klassijiet tagħhom. Ninsab infurmat ukoll li dawn il-każijiet jgħaddu għand l-istruttura ċentrali tas-servizzi kontra l-Ibbuljar (Anti-Bullying Services) sabiex jintervjenu s-servizzi tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u, jekk ikun il-każ, anki ta' l-aġenziji speċjalizzati (bħal l-SWDP) sabiex tingħata terapija ħolistika. Jekk ikun hemm problemi psikologiċi jiddaħħal l-iSchool Psycholgist u, fejn ikun il-każ, anke aġenziji oħra bħaċ-Child Guidance Clinic tad-Diviżjoni tas-Saħħa.

Skejjel — Każ dwar bullying

Question

Jaf il-Ministru li fir-rigward tal-persuna li d-dettalji tagħha u tal-ġenituri tagħha qed jintbagħtu separatament, hemm każ mill-iktar gravi ta' bullying li ilu jippersisti għal xhur sħaħ, liema każ ta' bullying kien mhux biss jikkonċerna vjolenza morali iżda anke fiżika? Jaf li f'dan il-każ saru diversi rapporti lill-head master ta' l-iskola ndikata kif ukoll lid-direttur ta' l-edukazzjoni iżda ma ttieħdu l-ebda provedimenti effikaċi ta' xejn? Jidhirlu l-Ministru li għandu jintervjeni personalment minħabba li t-tifel indikat mhux biss għaddej minn trawma psikoloġika, imma għaddej minn periklu kbir?

Response (GALEA, LOUIS)

Infurmat li in-Non-State Section fi ħdan id-Dipartiment tal-Further Studies and Adult Education, qeda f'kuntatt mal-Head ta' l-iskola fuq dan l-istess kas. Il-laqgħa kellha issir illum it-Tnejn, 26 ta' April, 2004. Għalhekk dan il-kas għadu ma ġiex maqtugħ.