Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #21969 Sitting 452 2000-12-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Stipendji

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21775?

Response (GALEA, LOUIS)

B'kontwazzjoni mat-tweġiba diġa` mgħotija għall-Misotqsija Parlamentari Numru 21378, informat li t-total li tħallas fi stipendji lil studenti fil-livell Post Sekondarju matul is-sena akkademika 1999/2000 kien ta' Lm2,298,799.70c. L-ammont li tħallas lil studenti fi skejjel tal-Knisja kien ta' Lm281,699 filwaqt li studenti fi skejjel Indipendenti ħadu Lm41,360. It-total ta' flus li ma tħallasx minħabba nuqqas ta' attendenza jew raġunijiet oħra matul is-sena akkademika 1999/2000 kien ta' Lm96,826. In-numru ta' studenti involuti f'dan it-tnaqqis kien ta' 2672.
Leg 9 PQ #21970 Sitting 452 2000-12-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Ta' l-Ingliż

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21776?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li applikazzjonijiet pendenti għal skejjel ta' l-Ingliż huwa kif ġej: Applikant Meta Lokalita` Mifsud Damian 14/4/99 Żebbuġ Sciberras Lawrence 16/6/99 Għawdex Sammut Charles 04/7/00 San Ġwann Clarkson Elizabeth 21/8/00 Valletta Total - 4
Leg 9 PQ #21971 Sitting 452 2000-12-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Sick leave ta' l-impjegati

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija f'mistoqsija parlamentari numru 20078 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-istatistika tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, kif inhi l-istatistika tas-sick leave għall-impjegati minn Scale 7 għal Scale 20, skala bi skala?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #21972 Sitting 452 2000-12-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema ta' l-Ingliż — Kuntratt Definit

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21823?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-kwestjoni ta' kuntratti definiti hi regolata mil-liġi. Il-Monitoring Board li qiegħed fuq dawn l-iskejjel ta' l-Ingliż jistħarreġ il-kwalifiki meħtieġa tat-teachers u joħroġ EFL Permit li jawtorizza lit-teachers biex jgħallmu f'dan it-tip ta' skejjel. Dan il-permess hu validu għal sena u għalhekk jeħtieġ li jiġġedded kull sena skond l-Avviż tal-Gvern Nr. 385.
Leg 9 PQ #21974 Sitting 452 2000-12-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali tal-Malta Racing Club? Kemm saru laqgħat tal-kumitat li ġie mwaqqaf dan l-aħħar? Kemm ġew impjegati nies fulltime u/jew part-time? X'inhi r-relazzjoni bejn il-MRC u l-UET?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-uffiċjali tal-Malta Racing Club huma: Dr Joseph J. Vella - Deputy Chairman Is-Sur Anthony Debono - Direttur Maniġerjali - ser iservi ta' Segretarju tal-Bord Is-Sur Charles Borġ - Direttur tal-proġetti Is-Sur Dione Drago - Direttur jikkoordina l-programmi tal-tiġrijiet Is-Sur Charles Farrugia - Direttur tal-Finanzi. Minn meta ġie mwaqqaf il-kumitat saru ħames laqgħat. Ġew impjegati tnejn minn nies full time bħala labourers. Part time ġew impjegati sitt persuni - tnejn fit-tote, tnejn bħala gate keepers, wieħed photo finish u wieħed race official.
Leg 9 PQ #21976 Sitting 452 2000-12-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Żgħażagħ — Ċina

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-iskop li numru ta' żgħażagħ marru ċ-Ċina? Jista' jgħid kemm marru, min ħallas u kemm? Xi kriterji ntużaw sabiex ġew magħżula dawn iż-żgħażagħ? Jista' jgħid pajjiżna jekk hux se jirreċiproka dawn iż-żjarat?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21985 Sitting 452 2000-12-07 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħtieġa ta' supply teachers fil-physics and integrated science? X'inhuma l-kwalifiki meħtieġa għal supply teachers? Jekk fl-affermattiv, f'liema skejjel u meta hu maħsub li toħroġ sejħa għal applikazzjonijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa fl-Iskejjel Sekondarji u tas-Snajja' m'hemmx ħtieġa ta' Supply Teachers fil-Physics u Integrated Science. Madanakollu, xorta waħda għadhom jintlaqgħu applikazzjonijiet għal Supply Teachers taħt avviż li kien ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-15 ta' Novembru 1996 u li kien mingħajr data ta' l-għeluq. L-inqas kwalifiki li wieħed għandu jkollu biex japplika għal Supply Teacher huma żewġ 'passes' f'suġġetti fil-Livell Avvanzat u 'passes' fil-Livell Ordinarju fl-Ingliż, Malti u Matematika.
Leg 9 PQ #21875 Sitting 451 2000-12-06 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Tenders

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm kien in-numru ta' tenders li ħarġu mid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru matul din is-sena? Kemm minnhom ġew aċċettati/approvati? Kemm għandhom pendenti u kemm ġew irtirati? Fil-każ ta' l-aħħar, x'kienu ir-raġunijiet? Kemm mit-tenders approvati tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu u x'inhija ċ-ċifra f'somma ta' flus tal-pagamenti mħallsa u pendenti separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21915 Sitting 449 2000-12-05 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Implementazzjoni tal-Kurrikulu Nazzjonali

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru. 21537, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija in konnessjoni ma' l-implementazzjoni tal-Kurrikulu Nazzjonali?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21917 Sitting 449 2000-12-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

EUPU

Question

Jista' l-Ministru jgħid mil-liema uffiċini qed joperaw bħalissa n-nies tal-EUPU? Hemm xi ħsieb li jibdew joperaw minn xi post ieħor? Mnejn?

Response (GALEA, LOUIS)

Bħalissa l-EUPU qed jopera mill-Uffiċji tad-Dipartiment, Pjanar u Żvilupp. Qed jiġu mfittxa premises fil-Belt Valletta.
Leg 9 PQ #21918 Sitting 449 2000-12-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

EUPU — Seġretarju Eżekuttiv

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21682?

Response (GALEA, LOUIS)

In-numru ta' applikanti għall-post ta' Segretarju Eżekuttiv tal-Kumitat Koordinattiv tal-Programm Leonardo (u mhux ta' l-EUPU) kien ta' 36. Il-kwalifiki kienu jvarjaw minn Livell Ordinarju sa Livell Avvanzat kif ukoll sa kwalifiki ta' Diploma jew Degree. Il-persuna li ġiet magħżula hi Anna Borġ Dip. Soc. Studies u Dip. Secretarial Studies. L-avviż għall-applikazzjonijiet sar bl-approvazzjoni ta' l-ETC fis-7 ta' Mejju 2000 fil-gazzetti lokali. Il-Bord ta' l-Għażla kien magħmul miċ-Chairman tal-Kumitat Koordinattiv tal-Leonardo, ċ-Chairman ta' l-EUPU u Senior Manager ta' l-ETC.
Leg 9 PQ #21864 Sitting 448 2000-12-05 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Carrier

Question

Jista' l-Ministru jinformana jekk ħarġitx xi ordni mill-Ministeru biex it-tfal tal-Primarja ma jeħdux il-basket ta' l-iskola fuq il-carrier? Jekk le, jaf l-Ministru li hemm xi skejjel li mhux qed jippermettu tfal li jmorru l-iskola bil-carrier? Jista' l-head ta' l-iskola jżomm lit-tfal milli jagħmlu hekk meta dan jista' jevita problemi fid-dahar tat-tfal?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kumitat Dwar il-Basktijiet ta' l-Iskola ħareġ rapport fejn irrakkomanda li minħabba raġunijiet ta' saħħa, il-"carrier bags" m'għandhomx jintużaw mit-tfal. Għaldaqstant id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni bagħtet ċirkulari lill-Kapijiet ta' l-Iskejjel fejn tat parir sabiex dawn il-carrier bags ma jintużawx. Madanakollu huwa fid-diskrezzjoni ta' l-istess kapijiet ta' l-iskejjel jekk jipprojbixxux immedjatament dawn il-basktijiet jew inkella, wara diskussjonijiet mal-Kunsilli Skolastiċi, jippermettux l-użu ta' dawn il-Basktijiet sa' l-aħħar ta' din is-sena skolastika.
Leg 9 PQ #19597 Sitting 447 2000-12-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni Sekondarja — Tfal b'Diżabilita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal b'diżabilita' li din is-sena kellhom jibdew l-edukazzjoni sekondarja tagħhom b'mod inklużiv? Kemm tfal b'diżabilita' għadhom ma bdewx imorru fl-iskejjel sekondarji għax m'hemmx persuna magħhom biex tgħinhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li tifel wieħed biss qed jistenna biex jibda jattendi l-iskola. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qed tagħmel mill-aħjar biex tiġi impjegata Supply KA (Special Education) ġdida għaliex minn kien hemm irriżenjat.
Leg 9 PQ #19873 Sitting 447 2000-12-04 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Qormi - Skola Primarja

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex studenti li qegħdin f'Year 6 fl-iskejjel ta' San Ġorġ u San Bastjan, Qormi, jużaw xi kotba differenti minn xulxin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fir-Reliġjon, Studji Soċjali, Malti u Matematika, l-istudenit tas-sitt sena, fl-iskejjel ta' San Ġorġ u San Bastjan, qed jużaw l-istess kotba. Fl-Ingliż l-istudenti kollha qed jużaw il-kotba mogħtija mid-Dipartiment, (il-Pathway u Ladybird Reading Scheme). Għal dawk l-istudenti li huma iżjed kapaċi l-għalliema tas-sitt sena fl-iskola ta' San Bastjan, iddeċidew li jibdew jużaw in-Nelson (Development u Skills) filwaqt li l-għalliema ta' l-iskola ta' San Ġorġ qed jużaw handouts minn diversi kotba u Junior English u Hayden B24, skond l-abbilta` tat-tfal, b'rispett lejn il-prinċipju tad-diversita` kif hu imfisser fil-Kurrikulu Nazzjonali.
Leg 9 PQ #20356 Sitting 447 2000-12-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament milli tattendi l-iskola Fra Diegu Bonanno? Meta se tibda tgawdi d-dritt tagħha li tattendi l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li din l-istudenta qed tattendi regolarment tliet darbiet fil-ġimgħa l-iskola Helen Keller il-Qrendi kif ukoll darbtejn fil-ġimgħa l-iskola Fra Diego Bonanno l-Marsa. Waqt li tkun qed titgħallem fl-iskola tal-Marsa qed tkun assenjata facilitator mill-iskola Helen Keller stess. Din l-istess facilitator tieħu ħsiebha wkoll waqt it-trasport lejn l-iskola u lura d-dar.
Leg 9 PQ #20428 Sitting 447 2000-12-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jara li tinstab entratura (li xi snin ilu kienet tintuża) għal ġol-ground ta' Verdala sabiex ikun hemm dħul separat mill-entratura prinċipali ta' l-iskola? Minn min qed jintużaw l-entraturi li jeżistu? Dawn għandhom xi kirja għall-użu ta' dawn l-entraturi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-entratura ta' l-Iskola Ġużeppi Despott Junior Lyceum Verdala tintuża mill-għalliema, studenti u impjegati oħra fl-iskola. Is-St George's F.C. jużaw l-entratura prinċipali bil-permess tal-Kap u l-Kunsill ta' l-iskola. M'hemm ebda kirja involuta.
Leg 9 PQ #20435 Sitting 447 2000-12-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Verdala Junior Lyceum

Question

Jista' l-Ministru jgħid min għandu dritt, minbarra l-istaff u l-istudenti tal-Junior Lyceum ta' Verdala u St Geroge's FC., li juża l-entratura prinċipali ta' l-istess skola?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nurmu 20428 ta' l-istess Onor. Membru.
Leg 9 PQ #20561 Sitting 447 2000-12-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Ingliż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk intbagħtux ir-rapporti annwali mill-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż lill-barranin? X'kien in-numru totali ta' persuni li ġew Malta biex jitgħallmu l-Ingliż? Jista' jelenka liema kienu l-ewwel ħames skejjel li l-aktar ġabu nies għal dan il-kors u n-numru ta' nies li ġew għandhom? Mill-liema pajjiżi l-aktar li ġew?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kopja tar-rapporti annwali lill-Iskejjel li jgħallmu l-Ingliż lill-Barranin titqassam fl-aħħar ta' Novembru. Id-Diretturi ta' l-Istudji ta' dawn l-iskejjel jiġu mitluba biex sal-15 ta' Jannar jibagħtu lill-Uffiċċju tal-Monitoring Board l-istatistika dwar: a) in-numru ta' studenti li ġew biex jitgħallmu l-ingliż: b) minn liema pajjiż ġew, Din l-istatistika tħaddan it-tagħrif meħtieġ dwar l-istudenti li jiġu biex jitgħallmu l-Ingliż fostna bejn l-1 ta' Jannar sa' l-aħħar ta' Diċembru tas-sena preċedenti. Għaldaqstant billi din l-Istatistika għadha mhix lesta (tkun finalizzata għall-aħħar ta' Jannar 2001), ma nistgħux nagħtu t-tagħrif mitlub.
Leg 9 PQ #20632 Sitting 447 2000-12-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola Salvatore Dimech

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm applikaw żgħażagħ biex din is-sena jibdew xi wieħed mill-korsijiet organizzati fl-iskola Salvatore Dimech ta' Targa Gap ? Kemm applikaw f'kull kors? Kemm kien hemm eliġibbli f'kull kors? Kemm ġew aċċettati f'kull kors?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li applikaw għall-korsijiet li jsiru fl-iskola ta' l-Arti u Artiġjanat Salvatore Dimech kien ta' 33 għall-kors fil-Printing, 11 għall-kors fl-iskultura, 26 għall-kors fid-Disinn Grafiku u 11 fl-Arti Applikata. Minn dawn ġew aċċettati 23 għall-Printing, 11 għall-Iskultura, 14 għad-Disinn Grafiku u 8 għall-Arti Applikata. L-istudenti li ma ntgħażlux f'dan il-kors daħlu għall-kors tat-tieni jew it-tielet għażla tagħhom fejn dan kien possibbli. Id-Dipartiment ma jilqax applikazzjonijiet ta' studenti li ma humiex eliġibbli. Dawn l-istudenti jingħataw parir mingħand il-guidance teachers ta' kif jistgħu jkomplu bl-istudju tagħhom. Dan is-servizz jingħata fuq il-post fejn jintlaqgħu l-applikazzjonijiet. Għaldaqstant dawk li applikaw kienu kollha eliġibbli.
Leg 9 PQ #21048 Sitting 447 2000-12-04 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Jistax l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm għalliema u x'kwalifiki għandhom fl-iskola tal-Junior Lyceum Verdala, Bormla, kemm hemm studenti u f'liema klassijiet qedgħin, huwa possibbli li jiġi ndikat kemm hemm kotba ġewwa l-librerija ta' l-iskola u b'kemm żdiedu tul dawn l-aħħar snin u cioe' 1998, 1999 u 2000? Huwiex wkoll possibbli li jiġi ndikat kemm flus f'manutenzjoni etc intefqu f'dawk is-snin 1998, 1999 u 2000?

Response (GALEA, LOUIS)

B'żieda mat-tweġiba diġa' mogħtija għal din il-Mistoqsija Parlamentari, informat li ġewwa l-librerija tal-Junior Lyceum Verdala, Bormla hemm: Sena Total ta' kotba Żidiet Noti Diċ. '98 4167 190 110 minnhom donazzjonijiet Diċ. '99 4370 203 kollha donazzjonijiet Nov. 2000 4419 49 39 minnhom donazzjonijiet.