Jista' l-Ministru jara li l-istage li hemm quddiem is-sorijiet ta' Żabbar Rd, Raħal Ġdid jitneħħa u jsir quddiem l-għassa tal-pulizija ta' Raħal Ġdid peress li din it-talba ilha ssir mir-residenti għal tant żmien?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku, li hi responsabbli mill-`bus stages`, m`għandha l-ebda talba minn xi residenti biex jitneħħa l-istage msemmi.
Jien infurmat ukoll li sa l-aħħar ta` l-1996 dan l-istage kien aktar qrib lejn l-għassa u tressaq tliet darbiet sal-post eżistenti fuq struzzjonijiet ta` l-Onor. Interpellant meta kien Sindku tal-lokal.
Biex `stage` jitneħħa minn postu jrid ikun hemm raġuni valida. F`dan il-każ ma jidhirx li hemm xi raġuni valida, aktar u aktar meta dan l-istage jintuża ħafna. Tajjeb li jingħad ukoll li diġa` hemm `stage` ħdejn l-għassa tal-pulizija.
Jista' l-Ministru jara li ssir il-bankina fi Triq Paola Hill u Valletta Road, Raħal Ġdid minħabba l-ħsara u l-istat perikoluż li tinsab fihom wara x-xogħlijiet li saru fl-estenzjonijiet tal-ħabs?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-W.S.C. lestiet ir-`reinstatement` tal-bankini f` Valletta Road wara li tlesta fihom xogħol ta` tibdil ta` `house connections`.
Dwar ix-xogħol f`Paola Hill, peress li xogħol ta` tibdil ta` bankini isir mill-Kunsill Lokali s-suġġeriment ta` l-Onor. Interpellant ġie referut lil Kunsill Lokali.
Jista' l-Ministru jara li Triq il-Koppla f'Ħal Tarxien li saret tagħmel mal-konfini ta' Ħal Tarxien tiġi asfaltata? Jekk iva, meta huwa pjanat li jsir ix-xogħol?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-parti msemmija mill-Onor. Interpellant hija waħda minn dawk li ser jiġu asfaltati mid-Dipartiment iżda għalissa ma tistax tingħata data meta ser issir peress li l-ewwel iridu jitlestew xogħolijiet oħra li hemm fl-idejn.
Jista' l-Ministru jgħid minn Frar 1995 sal-lum f'liema toroq ġew approvati road humps (sleeping policemen) fin-Naxxar, Mosta, Għargħur u l-Iklin? Kemm ġew approvati road humps f'kull triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f`seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li l-ispralli fit-Triq Paola, Tarxien (ħdejn il-Paramount) jerġgħu jinfetħu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq ġibed l-attenzjoni tal-Kunsill għas-suġġeriment ta` l-Onor. Interpellant. Għal aktar informazzjoni l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Peress li fl-estimi ta' l-amministrazzjoni preċedenti Laburista kienu ivvotati flus sabiex isiru xogħlijiet fuq il-moll ta' Buġibba u tal-Vecca, liema proposti ġew konfermati fil-Parlament fl-estimi ta' l-Awtorita' Marittima għas-sena 1999, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta se jibdew dawn ix-xogħlijiet issa li saret is-sejħa għall-offerti?
Jista' l-Ministru jara li jkun assigurat li x-xogħlijiet isiru skond il-pjan ħalli l-flus ivvotati ma jintużawx għal xi skopijiet oħra li jista' jkollha l-Awtorita' Marittima?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita` Marittima wara l-bidla fil-Gvern f`Settembru 1998, kienet ħarġet sejħa għall-offerti għal xogħolijiet fuq il-Moll ta` San Pawl il-Baħar fl-1 ta` Frar 1999. Din is-sejħa għalqet fil-25 ta` Frar 1999. Il-Bord il-ġdid ta` l-Awtorita` jkun jista` jibda l-proċess ta` evalwazzjoni ta` din is-sejħa.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju li sar mid-dipartiment tat-toroq u li wassal lill-istess dipartiment jasal għall-konklużjoni li hemm bżonn ta' link road mix-Xatt tal-Gżira għal ma' Regional Road? Kemm se tiswa din it-triq għall-poplu? Jidhirlu l-Ministru illi l-aktar li se jibbenefikaw minn din it-triq huma dawk li ġejjin minn Manoel Island u min-naħa ta' Tigne' jew dawk li jridu jmorru f'dawn il-postijiet?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-istadju dwar il-bżonn tal-link road mix-xatt tal-Gżira għal Regional Road saru snin ilu mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar sabiex ħarġu `development brief` għall-isptar il-ġdid f`Tal-Qroqq. Għalhekk l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi it-talba tiegħu għar-rapport dwar dan l-istadju lill-Ministru kkonċernat.
Peress li l-pjanti u l-konsultazzjonijiet għadhom għaddejjin, mhux possibli li f`dan il-mument tingħata stima ta` kemmm ser jiswa` dan il-proġett. Hu ċert li l-aktar li ser jibbenefikaw huma:
a) in-nies tal-Gżira li ser jinqata` it-traffiku mit-toroq
tagħhom meta jkun nieżel jew tiela` lejn it-Triq
Reġjonali,
b) il-popolazzjoni kbira li toqgħod fl-akwati tal-Gzira,
Sliema u San Ġiljan peress li ser tinħoloq rotta
alternattiva għal ħruġ u dħul mill-lokalita`,
c) il-poplu ta` l-Imsida u Ta` Xbiex għaliex peress li
t-traffiku ser jiġi dirett lejn it-Triq Reġjonali ser
jonqos f`din il-lokalita`.
Jista' l-Ministru jgħid kemm u liema huma t-toroq li saru bit-tarmak jew se jsiru, kemm mill-kunsilli lokali u kemm mill-gvern għal din is-sena raħal b'raħal fil-Fgura, Bormla, Isla, Birgu, Xgħajra, St. Peter's (il-parti li tagħmel mat-Tieni Distrett) u l-Kalkara?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-programm ta` xogħolijiet f`dawn
il-lokalitajiet qiegħed jiġi ppreparat flimkien ma` dak għal lokalitajiet oħra. Dwar il-programm tax-xogħol tal-Kunsilli fil-lokalitajiet msemmija, l-Onor. Interpellant hi mitluba
tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid huwiex veru li saru ħsarat kbar lill-Catamaran meta ddaħħal il-Manoel Island Yacht Yard? Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx il-plan meħtieġa mill-kaptan inkarigat biex din il-ħsara tiġi evitata? Veru li dan il-Catamaran tal-Gozo Channel jiswa lill-kumpannija madwar Lm1,000 kuljum biex jinżamm "operational" u jekk hu hekk, veru li dan ifiser telf għall-kumpannija għal aktar minn Lm1.25 miljun fis-sena?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistosija tieghu lill-Ministru kkonċernat.
Wara diversi talbiet li saru mill-Kunsill Lokali ta' Pembroke, jista' l-Ministru jieħu l-passi urġenti biex jitwaħħal bus shelter tal-karozzi tal-linja fi Triq Sant'Andrija, f'St. Andrews eżattament kif toħroġ mill-qasam tad-djar San Patrizju?
Jaf jew le l-Ministru li l-familji inkluż tfal, studenti, anzjani u ħaddiema li joqogħdu fil-qasam tad-djar imsemmi hawn fuq qed ikollhom iħabbtu wiċċhom ma' periklu tat-traffiku kif ukoll ma' l-elementi naturali speċjalment fix-xitwa minħabba n-nuqqas ta' dan il-bus shelter?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li wara laqgħa li saret madwar sena u nofs ilu bejn l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku u l-Kunsill Lokali ta` Pembroke, kien deċiż li l-Kunsill jipprovdi pjattaforma fil-post imsemmi biex imbagħad l-Awtorita` tkun tista` tistalla bus shelter fuqha. Din il-pjattaforma baqgħet ma saritx minn naħa tal-kunsill.
Dan l-aħħar reġgħet saret laqgħa oħra bejn l-Awtorita` u s-Segretarju tal-Kunsill, u l-Awtorita` kienet infurmata li l-pjattaforma se ssir fi żmien qasir. La darba jsir dan ix-xogħol ikun jista` jitwaħħal il-bus shelter.
Jistgħu jittieħdu passi biex fl-aħħar issir it-triq li twassal għall-iskola primarja Tarxien B peress li ilha tistenna snin twal biex it-triq tinkesa u ma tibqax imħarbta tant li lanqas il-karozzi li jwasslu lit-tfal ma jidħlu fiha?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq għamel `assessment` tax-xogħol li hemm bżonn fil-lokalita` biex is-suġġeriment ta` l-Onor. Interpellant ikun jista` jitwettaq.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra mappa li turi kif 'l quddiem huwa maħsub li se jgħaddi t-traffiku min ġo Ta'Xbiex u l-Gżira wara li t-triq bejn ix-xatt tal-gżira u r-Regional Road titlesta?
Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq ġewwa l-Ġżira, Msida u Ta' Xbiex li jridu jinqalgħu biex isir ix-xogħol neċessarju ħalli jitwassal is-servizz infrastrutturali neċessarju ġewwa Manoel Island?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li x-xogħol indikat mill-Onor Interpellant ser isir f`dawn it-toroq:-
GŻIRA
Sliema Road
Triq San Ġorġ
Triq D`Argens
Triq Manoel
Parti minn Triq ix-Xatt
Jista' l-Ministru jara li fil-proġett ta' Psaila Street, B'Kara z-zona quddiem il-flats tal-gvern (1920's) tiġi landscaped? Tista' t-talba mir-residenti biex din l-area tiġi mogħtija bħala front garden tal-flats tiġi kkonsidrata?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn vetturi f'Malta li jħallsu l-liċenzji? Jista' l-Ministru jgħid għal dawn l-aħħar 20 sena, sena b'sena, kemm daħlu vetturi f'pajjiżna?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li n-numru ta` vetturi liċenzjati sal-31 ta` Marzu 1999 kien ta` 232,214.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, l-Onorevoli Membru hija mitluba tagħmel il-mistosija lil Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jintervjeni biex ir-rotta tal-karozza tal-linja Nru.42 tkun aktar frekwenti peress li meta l-karozza tasal Ta' Ġiorni qed tkun mimlija b'konsegwenza li għadd ta' studenti u ħaddiema jaslu tard għal iskola u għax-xogħol rispettivament?
Response (GALEA, ĊENSU)
Għaddejt it-talba ta` l-Onor. Interpellant għall-konsiderazzjoni ta` l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku.
San Pawl il-Baħar — Triq Sant'Aristarkus - Bankina
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tat-toroq approvax l-alignment mibdul għal bankina li qiegħda ssir fil-Pjazza fi Triq Sant'Aristarkus, San Pawl il-Baħar?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq ma kienx mitlub japprova bdil ta` rijalinjament tal-bankina msemmija mill-Onor. Interpellant. Mhux normali li meta jsir xi rijalinjament ta` bankini tintalab approvazzjoni tad-Dipartiment tat-Toroq, ġaladarba ix-xogħol ikun qed isir mill-Kunsill Lokali f`żoni residenzjali li l-aktar li jkun jaf il-bżonnijiet partikolari tagħhom huwa l-istess Kunsill.