Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #12304 Sitting 221 2000-01-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru tas-Servizzi Ekonomiċi — Kartolini

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'kartolini, f'envelopes u f'pustaġġ biex intbagħtu l-kartolini tal-Milied 1999 mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament? Jista' jgħid f'kull każ fejn ġew stampati dawn il-kartolini u jekk intalbux kwotazzjonijiet għal dan? Jista' jgħid lil min intbagħtu dawn il-kartolini?

Response (BONNICI, JOSEF)

Sakemm ma ninghatax raguni `l ghala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tingabar din l-informazzjoni dettaljata.
Leg 9 PQ #12387 Sitting 221 2000-01-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarzna — Vapuri Għarab

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu vapuri Għarab għal tiswija fit-Tarzna ta' Bormla f'dawn l-aħħar 15-il sena? Kemm daħħlet flus it-Tarzna minn dawn ix-xogħlijiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tingabar u t-twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #12653 Sitting 221 2000-01-18 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żabbar — Triq Ħadd in-Nies - Ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata s-servizz ta' l-ilma fi Triq Ħadd in-Nies, f'Ħaż-Żabbar, peress li dawn ir-residenti ilhom jistennew servizz kif inhu xieraq u suppost?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma qed taghmel dak kollu possibbli biex ir-residenti ta` Triq Hadd in-Nies, f`Haz-Zabbar jigu pprovduti bis-servizz ta` l-ilma kemm jista` jkun malajr.
Leg 9 PQ #12678 Sitting 221 2000-01-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Power Station — Filters

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10836, dwar x'sar mill-wegħda li saret fl-elezzjoni fuq il-filters tal-Power Station, għal-liema mistoqsija l-Ministru wieġeb li sabiex ikun f'pożizzjoni li jirrispondi l-mistoqsija qiegħed jitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindika x'inhi n-natura tal-filters li qed jirriferi għalihom u f'liema okkażjoni l-Prim Ministru preżenti għamel riferenza għal dawn il-filters, nixtieq ninformah li: l-ġurnata tal-wegħda kienet id-9 ta' Awissu, 1998; in-natura tal-filters kienet biex ma jitkomplix jinħoloq inkonvenjent lill-poplu Marsi, u l-okkażjoni kienet fil-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista taħt it-tinda quddiem il-Knisja tal-Marsa għal ħabta tal-11.00 a.m.? Jista'l-Ministru jagħti risposta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-filters li ghalihom qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant jinvolvu mhux biss spiza kapitali konsiderevoli izda wkoll joholqu problemi teknici minhabba d-daqs tat-taghmir. Tajjeb jinghad li l-amministrazzjoni prezenti diga` hadet mizuri fl-interess tal-poplu tal-Marsa, inkluz il-bini u t-thaddim tal-Power Station ta` Delimara u l-eliminazzjoni ta` l-uzu tal-faham ghat-thaddim tal-Power Station tal-Marsa. Barra minn hekk l-Enemalta rat il-possibilita` li tuza fuels li ghandhom inqas kontenut ta` kubrit u bdiet ukoll pjan ta` thaddim fit-tul ta` `combined cycle has plants` li huma kkunsidrati li jaghmlu inqas hsara lill-ambjent.
Leg 9 PQ #12269 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żejtun — Triq il-Qadi - Bozza

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jara għalfejn bozza ħdejn id-dar Casa San Antonio, Triq il-Qadi, Żejtun ilha maqtugħa madwar sitt ġimgħat għax l-Enemalta qed jgħidu lir-residenti li bozoz m'għandhomx? Jaħseb il-Ministru li sitt ġimgħat huma aktar minn biżżejjed biex tissewwa bozza maqtugħa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-manutenzjoni mehtiega fuq il-bozza msemmija saret fit-12 ta` dan ix-xahar.
Leg 9 PQ #12270 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Wied il-Għajn — Sqaq tar-Rumi

Question

Jista' l-Ministru permezz ta' l-Enemalta ġentilment jinvestiga għaliex id-dawl elettriku fi Sqaq tar-Rumi f'Wied il-Għajn ilu maqtugħ għal dan l-aħħar xahar minkejja li dan l-isqaq hu ferm abitat u fl-istess ħin jinsab f'post imwarrab qalb l-għelieqi? Għaliex ħaddiema ta' l-Enemalta marru tliet darbiet fuq il-post u baqgħu ma rranġaw xejn? Jista' l-Ministru ġentilment jintervjeni għax xahar ilu aktar minn biżżejjed biex dawn il-familji jibqgħu fid-dlam?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-problema ta` dawl maqtugh li kien hemm fi Sqaq tar-Rumi, Wied il-Ghajn, kienet tinvolvi zewg hsarat li ssewwew fis-6 ta` Dicembru, 1999 u fit-12 ta` Jannar ta` din is-sena.
Leg 9 PQ #12271 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Birgu — Pressa baxxa ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jinvestiga ilmenti li wasluli minn xi residenti fi Triq il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur, il-Birgu u xi toroq oħra fil-viċinanzi, li għal dawn l-aħħar tliet ġimgħat qed ikollhom pressa baxxa ta' l-ilma tant li m'humiex qed jimtlew it-tankijiet ta' l-ilma fuq il-bjut b'konsegwenza li diversi residenti qed ikollhom jitolbu l-bowsers kważi ta' kuljum biex jimlew it-tankijiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant gie mghoddi lill-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma li min-naha taghha qed tistharreg il-kaz u jekk mehtieg tiehu l-azzjoni necessarja.
Leg 9 PQ #12272 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żejtun — Dawl

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 10007 li kienet tikkonċerna l-ħtieġa ta' bozza ġdida fi Sqaq Strejnu, Nru.1, Żejtun u li fit-tweġiba tiegħek inti tlabtni aktar informazzjoni ta' fejn trid titwaħħal eżatt din il-bozza, possibbli l-Enemalta tiġi nformata li l-bozza hi meħtieġa fit-tarf tas-Sqaq Strejnu Nru. 1, (li jinsab fi Triq id-Daħla ta' San Tumas, Żejtun) jiġifieri fejn l-isqaq jagħlaq? Possibbli li din il-bozza issir fl-aqsar żmien possibbli għax f'din il-parti tas-sqaq li hi ferm mudlama hemm żewġ anzjani li jkunu waħedhom u qed ikunu imbeżża' minħabba d-dlam li hemm u anke għaliex dan l-isqaq jinsab xi ftit diżabitat?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni kif moghtija mill-Onorevoli Interpellant giet mghoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tittiehed azzjoni bla aktar dewmien.
Leg 9 PQ #12277 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Libja — Xiri ta' żejt

Question

Jista' l-Minsitru jgħid jekk il-Gvern Malti għandux xi ftehim għal xiri taż-żejt mil-Libja? Dan huwa b'rati prefenzjali? Meta jiskadi u/jew skada? Hemm xi ħsieb li jiġi negozjat ftehim ieħor ma' dan il-pajjiż?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-prezent hemm zewg kuntratti ghax-xiri tz-zejt bejn il-Korporazzjoni Enemalta u n-National Oil Corporation tal-Libja. Wiehed minnhom huwa fuq rati preferenzjali tas-suq u l-iehor fuq rati kummercjali. L-ewwel kuntratt, bir-rati preferenzjali, jiskadi fl-ahhar ta` Marzu ta` din is-sena u qed isiru tahdidiet sabiex jigi estiz ghas-sena kurrenti kollha. Il-kuntratt bir-rati kummercjali huwa ghas-sena 2000 kollha.
Leg 9 PQ #12353 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Telecare service

Question

Jista' l-Minstru jgħid x'inhu n-numru ta' djar li qed jagħmlu użu mit-Telecare? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti? Meta għal diversi raġunijiet - bħal meta anzjana ma tkunx tista' tgħix waħedha jew id-dar li tkun qed tgħix fiha ma tkunx proprjeta' tagħha biss - u l-kont jkun (anke għal raġunijiet ovvji) fuq dak il-ħaddieħor u mhux fuq l-anzjan/a, għaliex ma jkunx hemm tgawdija ta' xi roħs li ngħata fil-passat jew li jista' jingħata 'l quddiem? Ma jaħsibx li jkun konformi mal-politika tal-gvern biex l-anzjani jinżammu id-dar flok jintbagħtu f'xi djar tal-anzjani?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-prezent in-numru ta` abbonati fit-Telecare joqrob is-7,500 fosthom mat-300 f`Ghawdex. Minn mindu gie ntrodott dan is-servizz socjali fl-1994, in-numru ta` abbonati gieli lahaq l-10,000. Bhalissa hemm 50 applikazzjoni pendenti. Min-naha tal-Maltacom isir dak kollu possibbli biex applikazzjonijiet bhal dawn, ghal ragunijiet ovvji, jigu processati minghajr dewmien u s-servizz jinghata kemm jista` jkun malajr wara li jsiru l-verifiki mehtiega. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, skond it-Tieni Skeda tat-Telephone Service Regulations ta` l-1972, kif emendati u approvati mir-Regolatur tat-Telekomunikazzjonijiet taht l-Att ta` l-1997 li jirregola t-telekomunikazzjonjiet, ma tithallas ebda kera fil-kaz ta` persuna li tapplika ghas-servizz tat-Telecare, bil-kundizzjoni li minjapplika jghix wahdu u li ghandu l-Karta r-Roza mahruga mid-Dipartiment tas-Sigurta` Socjali. Jekk wara xi zmien li jinghata dan is-servizz xi wahda minn dawn iz-zewg kundizzjonijiet jinbidlu, allura tibda tghodd il-kera normali, jigifieri ta` Lm12 fis-sena ghal servizz tat-Telecare b`remote control wiehed li ghandu wkoll l-active cord. Ma nahsibx li rohs ta` lira jew ftit izjed fix-xahar ghandu jkun kriterju li jholl u jorbot jekk il-familjari ta` anzjan jew anzjana ghandhomx jiehduhom jghixu maghhom jew le. Ta` min jigbed l-attenzjoni, li minn stharrig li taghmel il-Maltacom minn zmien ghal zmien, qed jinstab li hemm min qed jabbuza minn dan is-servizz. Il-Maltacom hija mpenjata bi shih biex tara li dan is-servizz socjali jitgawda minn min verament jimmeritah li jaghmel dan.
Leg 9 PQ #12354 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Rati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpannija Maltacom tistax tgħolli r-rati tat-telefonati lokali u/jew dawk għal barra mill-pajjiż mingħajr l-approvazzjoni tal-gvern? Kif jinterpreta d-diskors li sar miċ-chairman ta' din l-entita' li l-kumpannija ma tistax iġġorr parti mill-ispejjeż tal-VAT u b'hekk qed tikkunsidra li tgħolli xi tariffi u li dan id-diskors kien sar ftit wara d-diskors tal-Budget?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kull tariffa (inkluz dik minhabba l-VAT) ghal kwalunkwe servizz tat-telekomunikazzjoni li toffri l-Maltacom irid ikollha l-approvazzjoni minn qabel tar-Regolatur tat-Telekomunikazzjonijiet.
Leg 9 PQ #12379 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu nies jaħdmu fl-Air Malta minn Settembru 1998 sa l-aħħar ta' Diċembru 1999? Jista' jgħid kemm hemm minnhom li għad m'humiex tal-post? Jista' jgħid ukoll jekk dawk li daħlu biex jaħdmu fis-sajf għadhomx hemm? Jekk fl-affermattiv, kemm għad hemm illum, f'Jannar jew Diċembru, li suppost daħlu għas-sajf biss meta jkun hemm load ta' xogħol?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-perjodu bejn Settembru 1998 u Dicembru 1999, l-Air Malta ingaggat 94 impjegat fuq bazi regolari u 392 ohra fuq bazi part-time temporanji (stagjonali). Sebgha u erbghin (47) minn dawn ta` l-ahhar ghadhom jahdmu mal-Kumpanija principalment biex jimlew vakanzi kawzati minn `unpaid maternity leave`.
Leg 9 PQ #12401 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bastiment St. Elmo

Question

Jista' l-Ministru jagħti tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari numri 11968, 11970, 11971 u 11972, liema mistoqsijiet kien hemm wegħda li jiġu mwieġba "f'xi seduta oħra"?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-twegibiet ghall-mistoqsijiet li ghalihom qed jirreferi l-Onorvoli Interpellant huma kif gej: Mistoqsija numru 11968 - Waqt seduta tal-Bord tad-Diretturi ta` l-M.O.B.C. gie deciz li l-bastiment tal-bunkering `Sant`Jiermu` ma jsirlux refurbishment peress li l-ispejjez mehtiega biex isiru t-tiswijiet skond il-klassi mhumiex viabbli ghall-operat tal-vapur. Mistoqsija numru 11970 - F`Awissu ta` l-1999, il-Bord tad-Diretturi tal-Kumpanija iddecieda li l-bastiment in kwistjoni ghandu jinbiegh. Ghaldaqstant f`Novembru ta` dik is-sena fil-gurnali harget sejha ghall-oferti ghall-bejgh ta` dan il-bastiment. Mistoqsija numru 11971 - Fil-prezent l-M.O.B.C. ghandha `on charter` zewg bastimenti li kienu gew approvati mill-Bord tad-Diretturi tal-Kumpanija. Dawn huma il-Vermaoil VI u l-Vemachem IV. Iz-zewg bastimenti ghandhom ekwipagg ta` tnejn u ghoxrin, b`nazzjonalita` diversa inkluz Maltin. L-ekwipagg li kien jahdem fuq il-bastiment Sant`Jiermu gie offrut impjieg fuq dawn iz-zewg bastimenti, pero` s`issa numru limitat ta` haddiema accettaw li jahdmu fuq dawn il-vapuri. Mistoqsija numru 11972 - Fil-prezent l-ekwipagg tal-bastiment Sant`Jiermu qed jaghmel xoghol ta` manutenzjoni fuq il-vapur u garr ta` diesel minghand l-Enemalta ghall-M.O.B.C. L-ekwipagg gie offrut xoghol iehor, ghalkemm ghalissa mhemmx qbil fuq il-proposti tal-Kumpanija ma` l-Union li tirrapprezenta lill-membri ta` l-ekwipagg. Lil dawn il-haddiema l-Kumpanija qed toffrilhom impjieg alternattiv b`kundizzjonijiet godda li jkunu viabbli u sostenibbli ghall-operat tal-Kumpanija.
Leg 9 PQ #12427 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Baħrija — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fejn waslet talba għad-dawl f'razzett limiti tal-Baħrija li saret mill-applkant li isimha qed jingħata separatament, imma wkoll li saret xi ħaġa pubblika?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li t-talba ghad-dawl f`razzett fil-limiti tal-Bahrija hija wahda antika hafna. L-istima li kienet saret dak iz-zmien qatt ma giet imhallsa u ghalhekk ma kien sar l-ebda xoghol u sussegwentement l-applikazzjoni kienet giet kancellata. Ma jirrizultax li l-applikant inniffsu rega` ghamel xi applikazzjoni gdida biex din tkun tista`
Leg 9 PQ #12517 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Post — Surface Mail

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma li minn nhar it-Tnejn 3 ta' Jannar, 2000 twaqqaf jew aħjar ġie sospiż is-servizz ta' surface mail fil-Malta Post p.l.c.? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li ttieħdet din id-deċiżjoni u jafx li issa Malta hija probabbilment l-unika pajjiż fl-Ewropa li għandha surface mail ma jiffunzjonax fis-servizz tal-posta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nikkonferma li b`sehh mit-Tnejn 3 ta` Jannar, 2000, il-Maltapost issospendiet is-servizz ta` `Surface Mail`. Il-Kumpanija hadet dan il-pass minhabba li kienet qed tiffaccja diffikultajiet b`dan is-servizz, fosthom telf finanzjarju u dewmien sinifikanti u minghajr ebda kontroll fuq il-kwalita` tas-servizz. Ma jirrizultalix li Malta hija l-uniku pajjiz fl-Ewropa li ghandu servizz ta` `Surface Mail` ma jiffunzjonax. Fil-fatt, dan is-servizz qed jinghata mid-dinja postali.
Leg 9 PQ #12648 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Power Station — Mina

Question

Rigward il-mina li se ssir mill-Power Station tal-Marsa sal-Power Station ta' Delimara, jista' l-Ministru jgħid minn taħt liema toroq se tgħaddi din il-mina? Se jkun hemm inkonvenjent għal poplu Marsi? Jekk il-mina se ssir biex tissaħħaħ il-provvista ta' l-elettriku għan-naħa ta' fuq ta' Malta, x'se jsir biex tissaħħaħ is-saħħa tal-poplu Marsi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ghadu prematur biex wiehed jaghti dettalji dwar din il-materja. Nahseb li xoghol ta` dan it-tip bilfors li johloq certu nkonvenjent lill-pubbliku involut inkluz il-poplu tal-Marsa. Tajjeb jinghad li l-amministrazzjoni prezenti diga` hadet mizuri fl-interess tal-poplu tal-Marsa, fosthom il-bini u t-thaddim ta` Power Station gdida f`Delimara u l-eliminazzjoni ta` l-uzu tal-faham ghat-thaddim tal-Power Station tal-Marsa. Hawn ta` min ifakkar kemm il-Partit li l-Onorevoli Interpellant jifforma parti minnu oppona ghall-bini tal-Power Station ta` Delimara u kemm meta kien fil-gvern ghamel uzu mill-faham biex ihaddem il-Power Station tal-Marsa. Dakinhar il-Partit li llum jinsab fl-oppozizzjoni ma tantx jidher li kien konxju ta` sahhet il-poplu Marsi.
Leg 9 PQ #12231 Sitting 219 2000-01-12 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Telephones — Ħsarat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif inhu l-ammont ta' faults tat-telefon meta mqabbla bejn is-South zone u n-North zone? Veru li fl-exchange taż-Żejtun hemm ammont sostanzjali ta' faults? Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, kemm hemm faults, fejn huma u kemm minnhom ilhom aktar minn xahar? X'inhi r-raġuni ta' dawn il-faults, il-maltemp jew xi raġuni oħra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Skond ir-rekords tal-Maltacom, li jkopru sa l-10 ta` Jannar, 2000, l-ammont ta` faults fin-naha ta` fuq ta` Malta u f`dik tan-nofsinhar hija prattikament l-istess. Infatti n-numru ta` hsarat fiz-zona ta` fuq ta` Malta huwa ta` 483 waqt li f`dik tan-nofsinhar huwa ta` 578. Minn din l-ahhar figura, 287 hsara jappartjenu lill-Exchange taz-Zejtun. Tajjeb jinghad li lejn tmiem Novembru 1999, is-sitwazzjoni generali tal-hsarat kienet wahda normali. Madanakollu l-maltemp qawwi li hakem il-gzejjer Maltin fil-gimghat ta` wara wassal ghal hsarat f`10 cables ewlenin. Bhalissa z-zona ta` fuq ta` Malta regghet lura ghal-livelli normali, waqt li fiz=zoni tan-nofs u tan-nofsinhar ghada ghaddejja hidma biex is-sitwazzjoni tigi ghan-normal. Barra minn hekk kien hemm ukoll zewg cut-overs fiz-zona tan-nofsinhar ta` Malta, cioe` fiz-Zurrieq u f`Birzebbuga, biex dawn l-Exchanges ikunu `Y2K compliant`. Dan ix-xoghol sar matul it-tieni gimgha ta` Dicembru 1999 u kien jinvolvi fuq 10,000 abbonat. Ta` min jghid li jsiru l-cut-overs, huwa normali li jigu identifikati numru ta` hsarat li minkejja li s-servizz jibqa` ghaddej, juru li l-parametri teknici huma inqas minn sodisfacenti.
Leg 9 PQ #12159 Sitting 218 2000-01-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jkompli jagħti tagħrif għar-rigward ta' mistoqsija parlamentari numru 12014?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru tal-kont kif mogħti fil-mistoqsija li għaliha qed issir referenza, jiġifieri 940136380, ma jeżistix fid-database tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma. Għalhekk jekk ma jingħatawx dettalji korretti, l-Korporazzjoni ma tkunx f'pożizzjoni li tinvestiga l-ilment.
Leg 9 PQ #12221 Sitting 218 2000-01-12 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żejtun — Triq il-Falkunier - Qtugħ ta' dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-dawl ta' barra u f'xi inħawi anki ta' ġewwa qed jinqata' ta' spiss prattikament fl-inħawi ta' Triq il-Falkunier, Żejtun u Triq id-Daħla ta' San Tumas, Żejtun/Wied il-Għajn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li skond ir-rekords miżmuma mill-Korporazzjoni Enemalta jirriżulta li fi Triq il-Falkunier iż-Żejtun, kien hemm żewġ interruzzjonijiet minħabba ħsarat fuq is-sistema ta' vultaġġ għoli. Dawn kienu fl-4 u fis-7 ta' Diċembru 1999. Fir-rigward ta' Triq id-Daħla ta' San Tumas, skond ir-rekords tal-Korporazzjoni ma jirriżultax li kien hemm xi interruzzjonijiet.
Leg 9 PQ #12226 Sitting 218 2000-01-12 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żejtun — Triq il-Kapumastru - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-dawl kemm ta' barra kif ukoll ta' ġewwa qed imur ta' spiss fi Triq Kapumastru, Żejtun? Għaliex id-dawl ta' barra ilu ġimgħat sħaħ maqtugħ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li t-triq imsemmija kienet effettwata minn ħsarat separati fuq is-sistema ta' vultaġġ għoli fl-4 u fis-17 ta' Diċembru 1999, waqt li l-manutenzjoni meħtieġa fuq id-dawl ta' barra saret fit-28 ta' Diċembru 1999.