Tista’ l-Ministru tgħid min huma l-membri l-ġodda tal-Bord tal-Awtorità tad-Djar? Tista’ tikkonferma rapporti fil-media li wħud minn dawn il-membri se jissottomettu l-kandidatura tagħhom għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2014? Il-Ministru kif se tkun qed tassigura li x-xogħol tal-Awtorità ma jiġix affettwat b’dawn il-kandidaturi?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-membri l-ġodda tal-Bord tal-Awtorità tad-Djar huma:
Membri Data tal-Ħatra
Mrs. Antoinette Vassallo – Chairperson 1/05/2013
Mr. Robert Ducker – Deputy Chairperson 1/05/2013
Perit Alex Buontempo – Member 1/05/2013
Ms. Helen Mallia – Member 1/05/2013
Ms. Margaret Quintano – Member 1/05/2013
Mr. Kenneth Busuttil – Member 1/10/2013
Dr. Vincent Moran – Member 1/10/2013
Dr. Raymond Zammit – Board Secretary 1/05/2013
Il-Profs. Lino Bianco u is-Sur Ivan Grixti ġew maħtura fil-Bord bħala Membri fil-bidu ta’ din il-leġislatura iżda l-Ministru laqgħat ir-riżenja tagħhom minħabba l-kandidatura tagħhom għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Minfolkhom ġew maħtura is-Sur Kenneth Busuttil u t-Tabib Vincent Moran.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm għamlet allokazzjonijiet ta’ akkomodazzjoni soċjali minn Marzu 2013 lil hawn l-Awtorità tad-Djar? Kemm ilhom fuq il-lista dawn il-persuni? Minn liema kategorija tal-lista ġejjin? Tista’ tgħid lokalità b’lokalità minn liema lokalitajiet ġejjin il-persuni li ngħataw dawn l-akkomodazzjonijiet?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Marzu sallum saru 33 allokazzjoni li min dawn kien hemm sitta (6) li ġew rifjutati. Qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni ta’ kemm ilhom applikati dawn l-applikanti.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il skambju ta’ akkomodazzjoni soċjali għamlet l-Awtorità tad-Djar minn Marzu 2013 ’l hawn? Minn fejn u għal liema lokalità saru dawn l-iskambji?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mid-9 ta’ Marzu 2013 s’issa l-Awtorita’ tad-Djar approvat dawn l-iskambji:
Saru l-kuntratti: 2
Bdil minn Paola ghal Bormla u vice versa
Bdil minn B’Kara ghal Gzira u vice versa
Bdil li mhux ser iseħħ: 1
Bdil minn Valletta ghal Zurrieq u vice versa
Bdil li ghadhom jistennew biex jagħmlu l-kuntratt*: 3
Bdil minn Valletta ghal Valletta u vice versa
Bdil minn Bormla ghal Bormla u vice versa
Bdil minn Sta Venera ghal Gzira u vice versa
*Id-dati ta’ dawn il-kuntratti ġew iffissati u ser issiru fil-jiem li ġejjin.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm l-Awtorità tad-Djar għamlet recognitions minn Marzu 2013 ’l hawn? Minn fejn huma bħala lokalità? Kemm ilhom fuq il-lista?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar irrikonoxxiet 23 każ u saru 23 kuntratt ta’ kirja ta’ rikonoxximent u l-lokalitajiet huma kif muri fit-tabella hawn taħt:
Lokalita’
Total
Isla
3
Birgu
3
Valletta
5
Rabat
1
San Gwann
1
Tarxien
1
M’Xlokk
1
Sta Lucia
1
Hamrun
1
Qormi
1
Pembroke
1
B’Kara
3
Lija
1
Total
23
L-applikanti li japplikaw għar-rikonoxximent japplikaw biss meta l-każ jiġi milqugħ mill-board. Għaldaqstant dawn ma jkunux applikanti minn qabel.
Tista’ l-Ministru tgħid fl-liema stadju jinsabu l-appartamenti li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament? X’qed iżomm li dawn jitlestew? Meta se jitlestew?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar ħarget tender biex jitlestew l-appartamenti fi blokk imsemmi fid-9 ta’ Novembru 2012. Għalkemm iż-żmien li jintlaqgħu l-offerti għalaq fl-20 ta’ Dicembru 2012, il-proċess biex jingħata t-tender għadu ma giex konkluz minħabba proċeduri ta’ appell li tawlu ħafna l-process. Bħalissa, l-aħħar rapport ta’ evalwazzjoni li sar mill-Awtorita’ tad-Djar qiegħed għand id-Dipartiment tal-Kuntratti għad-deċizjoni tal-Kumitat Generali tal-Kuntratti.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew adottati tfal f'dawn l-aħħar ħames snin? Minn liema pajjiżi ġew adottati? Jista’ jgħid jekk hux se ssir aktar ħidma sabiex dan il-proċess ikun mgħaġġel u b'inqas spejjeż?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra,
Tqassim ta’ ikel mill-Unjoni Ewropea – każ ta’ individwu
Question
Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li kull ma jieħu huma €120 u jixtieq li jibda jieħu l-ikel mqassam mill-Unjoni Ewropea?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sabiex persuna tkun eliġibbli għall-Għajnuna tal-Ewropa triq tissodisfa t-test tal-mezzi użat sabiex tikkwalifika għall-Karta r-Roża.
Il--persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-post, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, hux battal jew le?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar m’għandhiex ċwievet tal-post indikat. Minn riċerka li għamlet l-Awtorita’ jirriżulta li l-post mhuwiex propjeta’ tal-Gvern.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm anzjani bdew jingħataw is-servizz tal-meals on wheels minn wara l-elezzjoni 'l hawn u minn fejn huma dawn l-anzjani? Meta saret kull applikazzjoni u meta beda jingħata is-servizz, jekk beda jingħata?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li l-meals on wheels jibdew jissajru fil-kċina tal-Facilità Korettiva ta’ Kordin kif ġie kkwotat li qal is-Segretarju Parlamentari Franco Mercieca fil-laqgħa li kellu mal-Maltese Cross Corps?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tali dikjarazzjoni qatt ma saret mill-Onorevoli Segretarju Parlamentari Dr Franco Mercieca u ma jeżistu ebda pjani biex tibda tintuża l-kċina tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin biex jitħejjew l-ikliet tal-Meals on Wheels.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-handyman services jagħmlux xogħlijiet fil-villeġaturi tal-anzjani jew inkella jekk ix-xogħol isirx biss fir-residenza fejn ikun jew tkun reġistrat/a l-anzjan/a?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li skont il-linja gwida x-xogħol tal-handy man service isir biss fir-resideza fejn ikun irreġistrat l-anzjan/a. Mandankollu d-Dipartiment jevalwa kull talba li ssirlu u jieħu inkonsiderazzjoni ċ-ċirkostanza ta’ kull każ individwali.
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – baġit approvat
Question
Tista’ l-Ministru tikkonferma li l-baġit li ġie approvat għal din is-sena għall-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali ġie mnaqqas b’xi mod jew ieħor? X’kienet ir-raġuni għal dan it-tnaqqis? B’kemm tnaqqas il-baġit, bħala ammont totali u bħala persentaġġ? Liema huma (numru u isem) l-line items li tnaqqsu? X’konsegwenzi se jkollu dan it-tnaqqis?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferri għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija Parlamentari numru 5104 lill-Ministru tal-Finanzi.
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – ingaġġ ta’ persuni
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm għandha persuni jaħdmu fis-segretarjat tagħha llum, min huma dawn il-persuni u x’karigi jokkupaw? Kemm minnhom ġejjin mis-servizz u mis-settur pubbliku u kemm minnhom ġejjin mill-privat? Liema huma dawk il-karigi li fihom kien hemm bidla ta’ persuni li jikkupawhom minn Marzu 2013 sal-lum?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali — konsulenti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid min huma u min kienu l-konsulenti tagħha u tas-Segretarju Parlamentari mill-bidu tal-leġiżlatura sal-lum? Fuq liema settur tingħata din il-konsulenza? Xi proċedura ntużat fl-ingaġġ tagħhom? Tista’ tippreżenta kopja tal-kuntratt ta' ingaġġ tal-istess konsulenti u, f'każ li kien hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi, kopja tal-korrispondenza fuq l-istess bejn il-Ministeru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali (inkluż is-Segretarjat Parlamentari) u l-Ministeru tal-Finanzi? X’pakkett ta’ salarju u kundizzjonijiet għandhom jew kellhom dawn il-konsulenti?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
bordijiet, kummissjonijiet u kumitati fil-qasam soċjali, tal-anzjani u tad-diżabilità
Question
Tista’ l-Ministru tagħti l-lista tal-bordijiet, kummissjonijiet u kumitati eżistenti sat-8 ta' Marzu 2013 fil-qasam soċjali, tal-anzjani u tad-diżabilità u tagħti l-lista tal-persuni kollha maħtura fuq l-istess bordijiet, kummissjonijiet u kumitati mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura sal-lum? Tista’ telenka l-kwalitajiet u l-esperjenzi tal-persuni li qed iservu fuq dawn il-bordijiet, kummissjonijiet u kumitati? X’remunerazzjoni hemm marbuta ma’ dawn il-ħatriet?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Direttorat ħarsien tal-abbużi u l-frodi — riżultati
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'kienu r-riżultati miksuba mid-Direttorat responsabbli mill-ħarsien tal-abbużi u l-frodi mis-servizzi soċjali matul l-2012, bejn Jannar u Frar 2013 u matul din il-leġiżlatura?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment għall-Investigazzjoni ta’ Frodi ta’ Benefiċċji kiseb dawn ir-riżultati mill-operat tiegħu matul il-perjodi mitluba.
Perjodu
Każijiet li nstabu li kienu bi
ksur tal-Liġi *
Każijiet li ma nstabux li kienu bi ksur tal-Liġi
Stima ta’ flus iffrankati *
Jannar – Diċembru 2012
548
585
€2,827,459
Jannar – Frar 2013
78
98
€342,849
Marzu – Settembru 2013
326
385
€1,980,425
* Din l-informazzjoni hija miġbura mill-feedback li d-Dipartiment għall-Investigazzjoni ta’ Frodi ta’ Benefiċċji kiseb mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fuq każijiet li kienu riferuti għall-azzjoni min-naħa tiegħu skont l-Att Dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318).
Tista' l-Ministru tagħti lista tax-xogħlijiet ta' manutenzjoni li saru fl-uffiċini tas-Sigurtà Soċjali fid-disretti matul l-2012 u l-ewwel parti tal-2013 (Jannar-Frar) kif ukoll tal-ħidma mwettqa mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li matul l-2012 sa Frar 2013 twettqu dawn il-progetti kapitali fid-distretti tas-Sigurtà Soċjali:
Refurbishment Birgu, Luqa u Żabbar – Bdil ta’ kmamar tal-bajnu, twahhil ta’ suffetti, kisi bil-gibs u
gypsum boards
, bdil ta’ sistemi tal-elettriku u ilma, bibien godda u għamara ġdida, bdil ta’
kitchenettes
, aċċess għall-
wheelchairs
, sistemi għad-data ġodda, tikħil u tibjid
Minn Marzu sal-lum ma sar l-ebda proġett kapitali fid-distretti iżda ssir manutenzjoni kontinwa bħal bdil ta’ dwal, servizzi lis-sistemi t’arja kundizzjonata, bdil ta’
sockets
, viti tal-ilma u pajpijiet tal-ilma.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — konsulenzi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi lill-kumpanija li l-isem tagħha qed jintbagħat separatament, mill-1998 sa Marzu 2013, mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista’ tgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ u għal liema raġuni ngħata x-xogħol?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Awtorità tad-Djar- Ma saret l-ebda konsulenza.
Kummisjonat tat-Tfal- Ma saret l-ebda konsulenza.
FSWS- Ma saret l-ebda konsulenza.
KNPD- Ma saret l-ebda konsulenza.
Direttur tal-Anzjani- Ma saret l-ebda konsulenza.
Direttur tas-Servizzi Korporattivi- Ma saret l-ebda konsulenza.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn djar tal-anzjani privati? Tista’ tgħid kemm għandhom sodod li jakkomodaw lill-anzjani? Il-Gvern Malti kemm bi ħsiebu juża minn dawn is-sodod? Tista’ tgħid jekk hemmx ħsieb jew fondi mill-Unjoni Ewropea jew investiment mill-privat f’dan ir-rigward?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li f’pajjiżna hawn 30 dar tal-anzjani liċenzjati li jinkludu dawk operati mill-Knisja. Bejniethom għandhom 1,992 sodda liċenzjati. Is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u l-Anzjanità Attiva ħareġ espressjoni ta’ interess għall-provvediment ta’ 300 sodda li iżda mhux bilfors ikunu mis-sodod eżistenti. Informata li mhemm ebda fondi tal-Unjoni Ewropea allokati għall-iżvilupp ta’ dawn l-istrutturi waqt li kien hemm 49 espressjoni ta’ interess minn kumpaniji privati biex jinvestu f’dan is-settur.