Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #31556 Sitting 490 2017-03-06 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Problemi fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward problemi fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat minn Arms Ltd. li l-persuna msemmija ġiet ikkuntatjata u l-każ qed jiġi mistħarreġ.
Leg 12 PQ #31559 Sitting 490 2017-03-06 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumpens — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Prim Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward kumpens dwar triq li għaddiet mill-proprjetà tiegħu snin ilu però l-Gvern preċedenti baqa' ma ħallasx lis-sidien?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill- Onorevoli Interpellant biex jindika l-art in kwistjoni fuq pjanta jew jagħti aktar dettalji.
Leg 12 PQ #31564 Sitting 490 2017-03-06 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Problema ta' dawl — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Prim Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problema ta' dawl?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li l-persuna msemmija ġiet ikkuntatjata u qed jingħata l-appoġġ meħtieġ.
Leg 12 PQ #31651 Sitting 490 2017-03-06 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema taċ-Ċivil — Unions

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-kondizzjonijiet preżenti ta’ ħaddiema fiċ-Ċivil li huma assenjati ma’ unions tal-ħaddiema? Jista’ jindika kemm hemm persuni hekk assenjati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kundizzjonijiet applikabli huma pubbliċi u jinsabu fil-Manual on Special Leaves (sezzjoni 4.1). Estratt tagħhom qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. In-numru ta’ haddiema assenjati ma’ Unions huwa 27.
Leg 12 PQ #31688 Sitting 490 2017-03-06 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Xiri ta’ proprjetajiet privati għal skopijiet pubbliċi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29622 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar proprjetajiet privati li ġew akkwistati mill-Gvern għall-skopijiet pubbliċi minn Marzu 2013 sa Diċembru 2013 u fl-2014, fl-2015 u fl-2016? Kemm ħallas il-Gvern għal dawn il-proprjetajiet privati għal skopijiet pubbliku? Lil min ħallas għal dawn il-proprjetajiet privati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #31298 Sitting 489 2017-03-01 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Baħrija – sistema tad-drenaġġ

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta s-sistema tad-drenaġġ għar-residenti tal-Baħrija se tkun qed tiffunzjona u tkun tista’ tintuża mir-residenti? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll biex qed isir dan il-proġett għall-Baħrija limiti tar-Rabat Malta iltaqgħux ma’ xi diffikultajiet u x’kienu dawn id-diffikultajiet? Jista’ jgħid kemm hu stmat li ser jiġi jiswa l-proġett tad-drenaġġ għall-Baħrija? Kemm intefqu s’issa u kemm hu stmat li jrid jintefaq fuq dan il-proġett?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-proġett tas-sistema tad-drenaġġ tal-Baħrija qiegħed fil-fażi finali tiegħu. Il-fatturi prinċipali li ostakolaw il-kors tax-xogħol kien hemm il-fatt li nstabu fdalijiet arkeoloġiċi fosthom oqbra, kif ukoll kien hemm tħaffir ta’ trinek ġot-tafal. Dan il-proġett huwa stmat li ser jiswa madwar 5 miljun ewro li minnhom s’issa intefqu 4.4 miljun ewro.
Leg 12 PQ #31371 Sitting 489 2017-03-01 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stamperija tal-Gvern — tenders

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inħarġu tenders fis-sena 2016 għax-xiri ta' karta u materjal ieħor ġewwa l-Istamperija tal-Gvern? Jista’ jgħid kemm kien il-valur ta’ kull tender li kien mogħti u jista’ jgħid ukoll min kienu l-kuntratturi li ngħataw dawn it-tenders?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Fis-sena 2016 hareġ tender wiehed (1) għax-xiri ta’ karta għall-valur ta’ EUR 14,813.10 lill-kuntrattur JPF Trading Ltd.
Leg 12 PQ #31380 Sitting 489 2017-03-01 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar – Triq l-Imħar – wires tad-dawl imdendla

Question

Billi jidher li fi Triq l-Imħar, kantuniera ma’ Triq in-Nakkri, San Pawl il-Baħar hemm wires tad-dawl li qegħdin perikolużi wara li kienu ddendlu fit-triq, jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dawn il-wires jitwaħħlu kif suppost, biex jiġi evitat il-periklu fl-inħawi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li l-wires indikati mhumiex tal-Kumpanija.
Leg 12 PQ #31381 Sitting 489 2017-03-01 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Enemalta — twaħħil ta' bozoz f'toroq arterjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi l-policy applikata mill-Enemalta għal dak li jirrigwarda tqegħid ta' bozoz ġodda fit-toroq arterjali u distributorji li għandna f'Malta? Min iwaħħal dawn l-istess bozoz l-ewwel darba, u min ikun responsabbli biex jagħmel kull maintenance li jkun hemm bżonn fuq dawn l-istess bozoz?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat li Enemalta m’hijiex responsabbli għat-tqegħid jew manutenzjoni ta’ bozoz ġodda peress li snin ilu dan ix-xogħol għadda f’idejn għadd ta’ entitajiet konċernati, fosthom kunsilli lokali u awtoritajiet oħra. Hemm biss ftit bozoz antiki li twaħħlu fil-passat u li l-manutenzjoni tagħhom għadha f’idejn Enemalta plc. Meta titwaħħal bozza ġdida, l-entità konċernata tinforma lil Enemalta permezz ta’ applikazzjoni apposta, biex din tiġi mqabbda mas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku tal-pajjiż. Wara li jitqabbdu, il-manutenzjoni tibqa’ f’idejn l-entità li tkun waħħlithom. Meta dawn l-entitajiet jiltaqgħu ma’ diffikultajiet fil-provvista tal-elettriku għal dawn l-istess dwal, jikkuntattjaw lil Enemalta permezz ta’ proċedura stabbilita, biex it-tekniċi ta’ Enemalta jwettqu t-tiswijiet meħtieġa.
Leg 12 PQ #29734 Sitting 488 2017-02-28 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Entitajiet - kawżi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #31123 Sitting 488 2017-02-28 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Belt Valletta – strateġija — għanijiet ewlenin

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-għanijiet ewlenin wara l-istrateġija għall-Belt Valletta ppubblikata ftit tal-ġimgħat ilu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-għan prinċipali wara l-istrateġija ghall-Belt Valletta huwa li tindirizza l-isfidi ta’ belt kapitali b’mod kordinat filwaqt li tlaqqa’ flimkien il-ħtiġijiet tal-belt ma’ dawk tar-residenti, in-negożji u dawk kollha li jżuruha jew jaħdmu fiha. L-istrateġija hija msejsa fuq viżjoni waħda u fit-tul, li tlaqqa’ flimkien it-trattament denju li jisthoqqilha belt kapitali ta’ livell ta’ wirt dinji tal-UNESCO, man-neċessitajiet ta’ dawk li jgħixu fiha, dawk li jmexxu negożju fiha, u dawk li jżuruha għal xogħol, xiri jew divertiment. L- istrateġija titratta zoni differenti tal-Belt Valletta, inklużi dawk fil-periferija, bil-għan li l-bżonnijiet ta’ kull żona jiġu indirizzati fl-ambitu ta’ istrateġija waħda. Tinkorpora wkoll bosta proposti dwar oqsma bħal proprjetà fil-Belt, l-aktar inħawi bi ħtieġa urġenti ta’ riġenerazzjoni, it-trasport u l-immaniġġar. Din l- istrateġija tfasslet b’konsultazzjoni pubblika fuq medda ta’ sitt xhur mal-istakeholders konċernati kif ukoll mal-pubbliku u giet ippubblikata f’Diċembru 2016.
Leg 12 PQ #31170 Sitting 488 2017-02-28 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Positions of trust

Question

Jista’ l-Prim Ministru jelenka l-positions of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-karigi jew ix-xogħol li jagħmlu l-positions of trust kif mitlub minnu huma hawn annessi: Logistics Co-Ordinating Officer Personal Assistant Secretariat Officer Estate Manager Head of Secretariat Administrative Coordinator Personal Driver Employee Relations Coordinator Coordinator Assistant Coordinator Impact Assessment Coordinator Receptionist
Leg 12 PQ #31303 Sitting 488 2017-02-28 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità għall-Ippjanar – units ta’ abitazzjoni – permess ta’ bini

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' units ta' abitazzjoni li bħalissa hemm l-applikazzjoni għall-permess tal-bini għalihom quddiem l-Awtorità għall-Ippjanar, f'San Pawl il-Baħar (lokalità kollha)?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar li din għandha quddiemha erbgħa u sebgħin (74) applikazzjoni relatati ma’ bini, alterazzjonijiet jew estensjonijiet ta’ residenzi li s- sit tal-iżvilupp jaqa’ fil-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar. Is-sistema tal-informatika tal-Awtorità ma żżommx l-informazzjoni relatata ma’ numru ta’ ‘units’ b’mod li tista tiġi estratta u kkowtata ma’ din ir-risposta .
Leg 12 PQ #31305 Sitting 488 2017-02-28 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – mains u servizzi tal-ilma

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jibdew ibiddlu l-mains (fejn meħtieġ) u s-servizzi tal-ilma għad-djar fit-triq tax-xatt, minn ħdejn il-Knisja ta' San Pawl Nawfragu sa ħdejn il-ground tal-football tas-Sirens? Min mistenni li jwettaq dan ix-xogħol?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li mhux qed tikkonsidra li tagħmel xogħlijiet fit-triq imsemmija sakemm mhux ser isir wiċċ it-triq.
Leg 12 PQ #31327 Sitting 488 2017-02-28 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tal-Artijiet – Kap Uffiċjali Eżekuttiv

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra minn min kien kompost l-interviewing board fl-għażla tal-Kap Uffiċjal Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Artijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Interviewing board kien magħżul hekk: Għall - ewwel sessjoni kienu: Ms Nancy Caruana bħala Chair Mr Edmond Tabone Mr Lino Debono Minħabba li s- Sur Lino Debono ma setgħax ikompli minħabba problemi ta’ saħħa, għat-tieni u t-tielet sessjoni kien sostitut minn Mr Laurence Flask.
Leg 12 PQ #31366 Sitting 488 2017-02-28 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stamperija tal-Gvern – Chief Printer

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30950, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’se jkun ir-rwol taċ-Chief Printer il-ġdid u għaliex inħasset il-ħtieġa li jinħoloq post ġdid ta’ Chief Printer ieħor fl-Istamperija tal-Gvern?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba dwar ir-rwol u r-rekwiziti ta’ Chief Printer jinsabu fl-applikazzjoni li qed titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra. Rigward il-ħtieġa wara din l-applikazzjoni nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 30950.
Leg 12 PQ #31367 Sitting 488 2017-02-28 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stamperija tal-Gvern – vakanza għal Chief Printer — rekwiżiti

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30950 u għall-vakanza l-ġdida li ħarġet għal Chief Printer fl-Istamperija tal-Gvern, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma r-rekwiżiti li ntalbu sabiex persuna tkun tista’ tapplika għal dan il-post?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 31366.
Leg 12 PQ #31368 Sitting 488 2017-02-28 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stamperija tal-Gvern – vakanza għal Chief Printer — applikazzjonijiet

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 30950 u għall-vakanza l-ġdida li ħarġet għal Chief Printer fl-Istamperija tal-Gvern, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm applikaw għal dan il-post? Jista’ jgħid ukoll x’karigi għandhom bħalissa l-persuni li applikaw għal dan il-post u f’liema skala qegħdin?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-proċess huwa regolat mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u għaldaqstant, in vista li l-proċess għadu mhux konkluz, it-tali informazzjoni ma tistax tingħata f’dan l-istadju.
Leg 12 PQ #31369 Sitting 488 2017-02-28 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stamperija tal-Gvern – tibdil fir-responsabilità tas-sigurtà tal-istrong rooms

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 30950, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm xi forma ta’ tibdil fir-responsabilità tas-sigurtà tal-istrongs rooms li jinsabu fl-Istamperija tal-Gvern u li sal-lum hija tal-Kummissjoni Elettorali? Jekk iva, jista’ jgħid x’se jkunu dawn it-tibdiliet u x’kienet ir-raġuni wara dawn it-tibdiliet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 30683 li t-tweġiba tagħha għada tgħodd u ninfurmha li m’hemm l-ebda ħsieb li jsir tibdil fir-responsabilitá tas-sigurtá tal-istrong rooms fl-Istamperija tal-Gvern.
Leg 12 PQ #31372 Sitting 488 2017-02-28 Oral · Final From: JOSEPH MARIO SAMMUT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ex Ħaddiema tas-Sea Malta – terminal benefit

Question

Fid-dawl tal-fatt li l-Qorti ddeċidiet favur li l-ex ħaddiema tas-Sea Malta jkunu ntitolati għal terminal benefit, jista’ l-Prim Ministru jgħid ir-rimanenti impjegati, madwar sitta, fejn jistgħu jressqu t-talba tagħhom għall-kumpens ġaladarba la l-Ministeru għall-Finanzi u lanqas dak tal-Ġustizzja, m’huma disposti jgħaddulhom dak li ġie deċiż u dak li ġie mgħoddi lil sħabhom l-ex impjegati ta’ Sea Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 28626.