Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #1622 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Surgical out-patients

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk li attendew bħala każi ġodda fis-Surgical out-patients, inkluż l-ispecial clinics, bejn:- (a) Settembru 1996 u Settembru 1997; u (b) Settembru 1997 u Settembru 1998? Jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm kienu nisa u rġiel f'kull każ? Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-każi ġodda ta' kull konsulent speċifiku?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' każi ġodda li attendew fis-SURGICAL OUT-PATIENTS kienu kif ġej:- (a) Settembru 1996 sa Awissu 1997 - 10,439 (b) Settembru 1997 sa Awwisu 1998 - 10,765 Ma jinżammux records ta' kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel. Il-każi ġodda li ra kull konsulent bdew jinżammu bid-dettal mill-1 ta' Jannar 1998. L-informazzjoni tinsab fit-tabella annessa.
Leg 9 PQ #1623 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Konsulent

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex il-post ta' konsulent b'interess fid-Dijabete ma ġiex inkluż maċ-ċirkolari numru 150/98 ta' l-10 ta' Novmebru, 1998 jew ma' dik numru 151/98 tal-11 ta' Novembru, 1998? Kien hemm xi raġuni speċifika għaliex l-impjegati taċ-Ċivil ma ġewx informati b'din is-sejħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-post li għalih qed jirreferi l-Onor. Interpellant flimkien ma' post ta' konsulent b'interess fir-Rewmatoloġija dehru f'Ċirkolari Nru DH 152/98 tat-13 ta' Novembru 1998 li tqassmet fid-Diviżjoni tas-Saħħa bħas-soltu, ġimgħa qabel ma' l-Onor. Interpellant għamel id-domanda.
Leg 9 PQ #1624 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Medical out-patients

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk li attendew bħala każi ġodda fil-Medical out-patients, inkluż l-ispecial clinics, bejn: (a) Settembru 1996 u Settembru, 1997; u (b) Settembru 1997 u Settembru 1998? Jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm kienu nisa jew irġiel f'kull każ; u (b) kemm kienu n-numru ta' każi ġodda ta' kull konsulent speċifiku?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' każi ġodda li attendew fil-MEDICAL OUT-Patients u `Special Clinics' kienu kif ġej:- a) Settembru 1996 sa Awissu 1997 - 8403 b) Settembru 1997 sa Awissu 1998 - 8394 Ma jinżammux records ta' kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel. Il-każi ġodda li ra kull konsulent bdew jinżammu bid-dettal mill-1 ta'Jannar 1998. L-informazzjoni tinsab fit-tabella annessa.
Leg 9 PQ #129 Sitting 13 1998-11-18 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Allowances

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tiegħu li qed jirċievu xi forma ta' allowance mill-5 ta' Settembru, 1998? Min huma u xi grad għandhom? F'liema dipartiment jew sezzjoni qegħdin? Għal-liema raġuni qed tingħata l-allowance lil kull wieħed jew waħda minnhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma kien hemm ebda mpjegat li beda jirċievi xi forma ta' allowances mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn, ħlief dawk konnessi ma' rosters, allowances tal-Ħadd, shift allowances u allowances oħra skond l-Estacode.
Leg 9 PQ #249 Sitting 13 1998-11-18 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jistennew jew qegħdin fuq il-waiting list biex issirilhom xi tip ta' operazzjoni ġewwa sptarijiet tal-gvern illum? Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm hi l-lista ta' kull professur ikkonċernat (mingħajr ma jsemmi ismijiet)? Jista' l-Ministru jagħti breakdown taż-żmien li ilhom jistennew dawn il-persuni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' persuni jistennew jew qegħdin fuq il-'waiting list' biex issirilhom xi tip t'operazzjoni fl-isptarijiet tal-Gvern hu ta' 4,459. In-numru ta' persuni jistennew jew qegħdin fuq il-'waiting list' biex issirilhom xi tip t'operazzjoni fl-isptar Ġenerali t'Għawdex hu ta' 57. Il-lista ta' kull speċjalista, kif ukoll l-iktar żmien li ilhom jistennew dawn il-persuni (f'każijiet mhux urġenti) qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Każijiet ta' natura medika urġenti huma ttrattati mmedjatament jew mill-inqas żmien possibbli.
Leg 9 PQ #558 Sitting 13 1998-11-18 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Nies li jbatu minn Ichthyosis

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li jbatu mill-kondizzjoni Ichthyosis? Kemm minnhom huma: i) tfal; ii) adulti? Tista' din il-kondizzjoni kronika tiġi nkluża f'Schedule V?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Skond il-Konsulenti u Tobba oħra li jaħdmu fid-Dipartiment tal-Ġilda, hemm sittax il-(16) pazjent adult li jbatu mill-kondizzjoni Ichthyosis filwaqt ukoll tlettax (13) pazjent żgħar li jbatu b'din l-istess marda. It-talba biex din il-kondizzjoni tiġi nkluża f'Schedule V għad trid tigi studjata.
Leg 9 PQ #818 Sitting 13 1998-11-18 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dikasteru tiegħu li mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali 'il hawn ġew trasferiti: i) minn dipartiment għal ieħor fl-istess Miniseru; ii) minn dipartimenti f'Ministeru għal xi post ieħor li jaqgħu taħt Ministeri oħra? Jista', f'kull każ, il-Ministru jgħid minn fejn u għal fejn saru dawn it-trasferimenti u għal liema raġunijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali sa l-4 ta' Novembru 1998 ġew trasferiti 52 impjegati li minnhom 50 ġo Dipartiment li jaqgħu f'dan il-Ministeru u 2 f'Ministeru ieħor. Min dawn it-52 impjegati 27 talbu li jiġu trasferiti huma stess waqt li l-bilanċ kienu trasferiti skond l-esiġenżi tas-Servizz. Listi ta'dawn it-trasferimenti qed jiġu mehmuża. Minbarra dawn kien hemm 15 impjegat ieħor li talbu biex imorru fis-Segretarjat ta' Ministri u Segretarji Parlamentari oħra.
Leg 9 PQ #896 Sitting 13 1998-11-18 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Anaesthetic nurse — Labour/Gynae Theatre

Question

Jista' l-Ministru jikkonsulta mad-Direttur tan-Nursing u jikkonsidra li jalloka anaesthetic nurse speċifikament għal-labour theatre u l-gynae theatre? Minħabba li fil-labour theatre isiru ta' kuljum għadd ta' ċesarji, fosthom emerġenzi, jaqbel il-Ministru li hemm bżonn ta' anaesthetic nurse f'dan il-post? Billi s'issa f'dan it-theatre tmur nurse (mhux dejjem) minn theatres oħra, jaqbel il-Ministru li l-fatt li f'dawn iż-żewġ theatres ikun hemm anaesthetic nurse allokat hemm, jgħin biex dawn it-theatres jinżammu aktar equipped fejn tidħol l-anaesthesia? Billi l-labour theatre hu post delikat għax ħafna drabi mil-lopju li qed tagħti jiddependu żewġ ħajjiet (omm u tarbija), jaqbel il-Ministru li jkun pass kbir 'il quddiem jekk f'dan il-post ikun hemm aneasthetic nurse tal-post, l-istess kif hemm scrub nurses tal-post?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-idea li jkollna Anaesthetic Nurse speċificament allokat kuljum bejn il-Labour Theatre u l-Gynae Theatre huma l-għan li lejħ qegħdin naħdmu għal-dan l-aħħar żmien. Kien għalhekk li tlabna biex in-numru ta' Anaesthetic Nurses għall-Operating Theatre Karen Grech jiżdied - dan bill l-coverage ta' dawn iz-żewgt theatres isir kważi dejjem minn hemmhekk. Wieħed irid jinnota li mill-ewwel ta' Settembru sa issa allokati żewg nurses ġodda li għadhom qegħdin jieħdu t-training meħtiega wara jara l-potenzjal tagħhom f'dan il-mistier. Nispera li s-sitwazzjoni tkun differenti fi ftit żmien. Nixtieq nenfasiżża li qatt u fl-ebda ħin ma kellna l-okkażżjoni li saret xi ċesarja mingħajr ma kien hemm preżenti l-Anaesthetic Nurse. Għalkemm huwa fatt li ġieli kellna bżonn ingibu Anaesthetic Nurse minn Theatres oħra, dawn l-okkażjonijiet huma rari: Wieħed irid jinnota li jkun hemm ġranet li ma jkollniex ċesarji u għalhekk is-sistema hi li meta jkollna iktar minn żewg ċesarji ppjanati nagħmlu arrengamenti biex ikun allokat Anaesthetic Nurse għal-Labour Theatre biss.
Leg 9 PQ #1078 Sitting 13 1998-11-18 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Mtarfa — Public Concenience

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi sabiex il-Public Convenience ħdejn il-Gymnasium ta' l-Imtarfa tinfetah għall-użu tal-pubbliku billi din inbniet u baqgħet magħluqa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #1080 Sitting 13 1998-11-18 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Public Conveniences

Question

B'riferenza għal public convenience fid-diversi bliet u rħula jista' l-Ministru: (a) jara li l-latrina fi Triq id-Dejqa, Valletta, kantuniera ma' Triq it-Teatru l-Qadim, Valletta tkun miftuħa għas-servizz tal-poplu kuljum; (b) jara l-istess latrini jkollhom attendent dejjem preżenti; (c) jara li l-health attendents li qabel kienu ikunu għassa mal-latrini fil-bieb ta' l-Imdina (tarf ta' Howard Gardens) u f'College Street, Rabat - b'sens ta' ġustizzja u mhux vendikazzjoni jitpoġġew lura fejn kienu qabel u mhux kif ġew arbitrarjament trasferiti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #1164 Sitting 13 1998-11-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Ċimiterju ta' l-Addolorata — Oqbra

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jagħti tarmak jew concrete fejn hemm l-oqbra fiċ-ċimiterju ta' Marija Addolorata, Raħal Ġdid, peress li jiġi ffrekwentat minn ħafna anzjani? Hemm il-ħsieb li jitwaħħlu aktar bankijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-parti l-kbira tal-passaġġi taċ-ċimiterju Santa Marija Addolorata hija asfaltata jew mgħotija l-konkrit. Għad jonqos xi passaġġi li għad iridu jiġu miksija waqt li ħarget "call for tender" għall-asfaltar ta' parti mix-xogħol pendenti. Waqt li ninfurmaw lill-Onor. Interpellant li saru numru ta' bankijiet għal użu tal-pubbliku fl-istess ċimiterju hemm il-ħsieb li dan in-numru jiżdied.
Leg 9 PQ #509 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Nursing aides

Question

Billi l-grad ta' nursing aides qed jgħin bis-sħiħ biex itaffi l-pressjoni minn fuq in-nurses, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġu trained aktar nursing aides fix-xhur li ġejjin? Jaħseb il-Ministru li billi l-livell ta' taħriġ ta' dawn in-nursing aides hu ta' ċertu livell, dan il-kors għandu jkompli?

Response (DEGUARA, LOUIS)

B'riżultat tal-ftehim mal-unions fl-1993, madwar 700 Health Assistants ser jiġu appuntati Nursing Aides. Minn barra dan hemm 180 Nursing Aides li ġew impjegati b'rizultat ta' sejħa għall-applikazzjonijiet fil-Gażżetta tal-Gvern tal-28 t'Awissu 1998. Għaldaqstant in-numru totali ta' Nursing Aides jissodisfa l-ħtiġijiet tad-Diviżjoni tas-Saħħa u m'hemmx lok li jidħlu aktar nies f'dan il-grad fis-Servizz Pubbliku.
Leg 9 PQ #886 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Nursing Aides

Question

Billi f'Awissu, 1997 kienu ħarġu sejħiet għan-Nursing Aides li għalihom kienu applikaw madwar 800 ruħ, jista' d-Dipartiment tas-Saħħa jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm xi intake minnhom? Jaħseb il-Ministru li għad hemm il-ħtieġa ta' aktar Nursing Aides għaliex dawn jistgħu jagħmlu diversi xogħlijiet li m'humiex neċessarjament tan-nurses u li s'issa għadhom qed jagħmluhom in-nurses?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall Mistoqsija Parlamentari Nru. 509
Leg 9 PQ #910 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Moulds għal hearing aids

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex hemm dewmien ta' xhur sħaħ biex jiġu akkwistati l-moulds għal hearing aids għat-tfal nieqsa mis-smiegħ mill-Isptar bil-konsegwenza li dawn it-tfal qed ibatu bla bżonn minħabba dan in-nuqqas?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Unit ta` fid-Dipartiment ta` moulds regolarment minn kumpanija Ingliża kemm għall-kbar kif ukoll għat-tfal neqsin mis-smiegħ. Sfortunatament il-konsenja li ntbagħtet mill-Ingilterra f'Settembru tan-1998 intilfet u baqgħet ma nstabitx, minkejja li saru diversi rapreżentazzjonijiet kemm mal-kumpanija Ingliża u kemm mal-Maltapost. Il-kumpanija Ingliża aċċettat ir-responsabilita taħdem ix-xogħol tal-moulds b'xejn. Ix-xogħol min-naħa ta` b'hekk il-moulds jitlestew fl-iqsar żmien possibbli.
Leg 9 PQ #979 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Nursing aides

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk bdewx isiru l-interviews tan-nursing aides li kienu applikaw xi xhur ilu? Jekk iva, lill-kandidati li applikaw intbgħatilhom avviż bil-miktub jew bit-telephone? Jekk iva, ir-riżultat ħareġ? Jekk iva, kemm intgħażlu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 509.
Leg 9 PQ #980 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — CSA's

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx CSA's nieqsa fi-dipartiment? Jekk iva, kemm hemm?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #1120 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Ditta responsabbli mit-tindif

Question

Jaf il-Ministru li d-ditta privata responsabbli mit-tindif fl-Isptar San Luqa: 1) ma tħallasx il-ħaddiema meta jkunu morda; 2) ma tħallasx il-ħaddiema b'rata ta' overtime meta jaħdmu aktar minn 40 siegħa fil-ġimgħa; 3) qed tiskoraġġixxi lill-ħaddiema milli jissieħbu fi trade unions; 4) qed ikollha nuqqas ta' proviżjoni ta' prodotti bħal detergents li huma tant meħtieġa fix-xogħol tagħhom? Jistgħu jitjiebu l-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' dawn il-ħaddiema billi l-Gvern jagħmel dawn bħala kondizzjoni qabel ma jingħata kuntratt ta' tindif?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru responsabbli.
Leg 9 PQ #1306 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Preskrizzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li kienu saru xi rapporti dwar abbużi minn preskrizzjonijiet minn tabib li kien jokkupa kariga għolja fl-Isptar Monte Carmeli? Jekk fl-affermattiv, saru investigazzjonijiet mill-awtoritajiet in konnessi ma' dawn l-abbużi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li dwar każ partikulari qed jittieħdu passi dixxiplinari kontra numru ta' tobba wara li nstab li mpjegata kienet tagħmel użu abbużiv mill-kartuna tal-mediċini b'xejn li kienet intitolata għalihom. Sadattant qed isiru investigazzjonijiet fuq każ ieħor.
Leg 9 PQ #1307 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Interim From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Transport Section

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma allegazzjonijiet li l-konsum tal-fuel mit-Transport Section ta' l-Isptar Monte Carmeli irdoppja bejn Novembru 1996 u Awissu 1998 meta mqabbel ma' l-istess perjodu taż-żmien ta' qabel? Jekk dan hu minnu, jista' l-Ministru jikkonferma li din iż-żieda kienet reġistrata meta x-xogħol kien naqas drastikament? Jekk dan hu minnu, x'passi qed jittieħdu mid-Dipartiment?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #733 Sitting 11 1998-11-16 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — General Anaesthesia

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw General Anaesthesia fl-Isptar San Luqa tul l-1997 u l-1998? F'liema theatres ingħataw u kemm ingħataw f'kull operating theatre?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li matul l-1997 saru 23,316-il operazzjoni fl-Isptar San Luqa. Fil-kaz ta' 14,611 minn dawn gie specifikat li ntużat il-general anaesthesia (GA). Minn Jannar sa Lulju ta' din is-sena saru 14,513 il operazzjoni. Fil-kaz ta'9,025 minn dawn ġie speċifikat li ntużat il-GA. Id-dettalji li talab l-Onorevoli Interpellant fuq il-każi ta GA huma dawn: Operating Theatre 1997 Jannar-Lulju 1998 ____________________________________________ ___________ SLH Main Theatre 5586 3480 SLH Orthopaedic Theatre 1713 1089 SLH Endoscopy Theatre 522 329 SLH Burns Theatre * 74 KGH Paediatric Theatre 737 451 KGH Gynae Theatre 1382 847 KGH Ophthalmic Theatre 444 280 KGH ENT Theatre 1352 822 KGH Labour Ward Theatre 735 381 KGH Gynae Ward Theatre 2140 1272 ____________________________________________ ___________ *: It-tagħrif minn dan it-theatre beda jintbagħat fl-1998. SLH=St.Luke's Hospital, KGH=Karin Grech Hospital