Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #21903 Sitting 457 2000-12-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' sigħat ta' overtime li saru mill-ħaddiema/uffiċjali tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena? F'liema dipartimenti sar dan l-overtime u kemm minnu tħallas lill-ħaddiema/uffiċjali u kemm minnu jrid jitħallas? X'kienu ir-raġunijiet, jekk huwa il-każ, li l-overtime ma tħallasx kollu?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt informat li l-ammont ta' siegħat/flus maħduma overtime fil-perjodu indikat kien kif ġej: a) Dipartiment tal-Mużewijiet : 14257 siegħa b) Dipartiment ta' l-Eżamijiet : 1294 siegħa c) Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji : LM 872.06 d) Dipartiment Żgħażagħ u Sport : 4187 siegħa e) Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi : 21468 siegħa f) Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni : 31607.25 siegħa g) Dipartiment tal-Kultura : 2715 siegħa Informat ukoll li n-numru ta' siegħat maħduma mill-ħaddiema u uffiċjali rispettivi tħallsu kollha mid-dipartimenti konċernati.
Leg 9 PQ #22109 Sitting 457 2000-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Budget 2001 — Skejjel Privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fl-iskejjel privati fis-sena 2000-2001 li l-ġenituri tagħhom se jkunu ntitolati biex jieħdu mill-fondi ta' Lm 500,000 ivvotati għall-Budget 2001?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-ġenituri kollha li qed iħallsu miżati għal uliedhom fl-iskejjel privati ser jibbenefikaw minn din il-miżura.
Leg 9 PQ #22113 Sitting 457 2000-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni Sekondarja — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li temmew l-edukazzjoni sekondarja tagħhom fis-sena 1999-2000: (a) fl-Iskejjel tas-Snajja'; (b) fl-Iskejjel Sekondarji tal-Gvern; (ċ) fl-Iskejjel tal-Knisja; (d) fl-Iskejjel privati; u (e) fil-Junior Lyceum? Kemm kien hemm studenti li bdew l-edukazzjoni post-sekondarja tagħhom fis-sena 2000-2001: (a) fl-Iskejjel tal-Gvern; (b) fl-Iskejjel tal-Knisja; u (ċ) fl-Iskejjel privati?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jiġi verifikat biex tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22084 Sitting 455 2000-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Budget 2001 — Studenti Universitarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-Budget 2001, kemm hemm flus ivvotati għax-xogħol tas-sajf ta' l-istudenti universitarji? Minn liema vot se jitħallsu dawn il-fondi? Kemm hemm studenti li huwa stmat li hemm fondi biżżejjed biex jitħallsu minnhom?

Response (GALEA, LOUIS)

L-ammont ta' flus li se jintefqu fuq proġetti fis-sajf u li fihom se jkunu nvoluti l-istudenti huwa ta' LM150,000. Dawn il-flus se jintefqu kollha għat-tfal fl-iskejjel primarji u bi bżonnijiet speċjali taħt il-programm SkolaSajf.
Leg 9 PQ #22085 Sitting 455 2000-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kavallier ta' San Ġakbu

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż mistennija jkopru t-Lm30,000 li hemm ivvotati għat-tmexxija tal-Kavallier ta' San Ġakbu? Il-pagi se jitħallsu minn dawn it-Lm30,000? Liema pagi se jitħallsu? Il-bqija tal-fondi biex jitmexxa San Ġakbu mnejn se jiġu? Hemm xi business plan għal 2001? Jista' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #22087 Sitting 455 2000-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb għal mistoqsija parlamentari nru. 21598 dwar in-numru ta' għalliema fid-diversi skejjel?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21855 ta' l-istess Onor. Membru.
Leg 9 PQ #22018 Sitting 454 2000-12-09 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 21087?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat li fid-dekasteru tiegħi hemm tlett units li għandhom xogħol relatat ma' l-Unjoni Ewropea. Dawn huma l-European Union Programmes Unit, l-Euro Med Youth Action Programme u l-University of Malta European Programmes Technical Assistance Unit. L-għan prinċipali ta' l-European Union Programmes Unit huwa li jippromwovi, jorganizza u jevalwa l-parteċipazzjoni ta' Malta fil-programmi ta' l-Unjoni Ewropea i.e. Leonardo, Socrates, Youth, Culture 2000, Fifth Framework Programme. S'issa dan il-Unit għadu impjega biss Segretarju Eżekuttiv wieħed u l-għażla qed issir wara sejħa pubblika. L-għan prinċipali ta' l-Euro Mediterranean Youth Action Programme hu li jipprovdi skambji għall-għaqdiet taż-żgħażagħ mill-Ewropa u l-Mediterran. Fuq dan il-programm hemm biss persuna waħda li taħdem bi ħlas li hu ta' Lm3.20 fis-siegħa għal 15-il siegħa fil-Ġimgħa. L-għan prinċipali ta' l-University of Malta Eruopean Programmes Technical Assistance Unit hu li jagħti assistenza teknika lill-membri kollha ta' l-Universita` kif ukoll lil entitajiet oħra lokali fit-tfassil u implementazzjoni ta' programmi mnedija mill-programmi Ewropej. S'issa għadu ma ġie mpjegat ħadd f'dan il-Unit li mhux mistenni jibda jiffunzjoni qabel it-2 ta' Jannar tas-sena d-dieħla.
Leg 9 PQ #22033 Sitting 454 2000-12-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għajn Tuffieħa — Banjijiet Rumani

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 20959?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Banjijiet Rumani instabu f'Ġunju tal-1929, waqt xogħlijiet tad-Dipartiment ta' l-ilma. Dan il-post ilu numru ta' snin b'aċċess ristrett għall-pubbliku ġenerali, iżda kien possibli li wieħed jidħol u jżur is-sit wara appuntament u fil-preżenza ma' uffiċjali tad-Dipartiment tal-Mużewijiet. Illum dan l-appuntament jista' jsir billi tikkuntattja il-Museums Officer responsablbi għall-Mużew ta' Antikitajiet Rumani r-Rabat. Fl-1961 kienu nbnew kmamar fuq il-mużajk ta' dan biex dawn jiġu mħarsa mill-elementi. Fl-1978 kienu saru xogħlijiet ta' restawr minn restawratur Libjan fuq il-mużajki. Fl-1995 restawratur Tuneżin għamel rapport aġġornat fuq il-mużajki. Kurrentement qed jitħejjew pjanijiet għas-salvagwardja u l-preżentazzjoni ta' dan is-sit mid-Dipartiment tal-Mużewijiet, b'kollaborazzjoni ma' l-Awtorita` tat-Turiżmu u d-Diviżjoni tax-Xogħlijiet.
Leg 9 PQ #22034 Sitting 454 2000-12-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Kunsilli skolastiċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 21088?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #22046 Sitting 454 2000-12-09 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema programm/i ta' l-Unjoni Ewropea xi dipartiment jew entita' oħra li tinsab fid-dekasteru tiegħek qed tipparteċipa? Liema huma dawn il-programmi u x'utilita' għandhom u kemm qed jieħdu sehem persuni? Kemm hu l-ħlas ta' Malta u dak ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22067 Sitting 454 2000-12-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Sir Temi Zammit

Question

Jista' l-Minstru jgħid fl-iskola Sir Temi Zammit ta' l-Imtarfa f'liema suġġetti hemm nuqqas ta' għalliema? Kemm ilhom b'dawn in-nuqqasijiet? Meta se jintbagħtu l-għalliema nieqsa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma jirriżultax li hemm xi nuqqas ta' għalliema fl-iskola sekondarja Sir Temi Zammit ta' l-Imtarfa.
Leg 9 PQ #21888 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' direct orders li nħarġu mill-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru matul din is-sena? Kemm jiswa l-valur f'ċifra ta' flus ta' dawn id-direct orders u kemm tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 5124.
Leg 9 PQ #21943 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mediterranean Conference Centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu mpjegati ġodda mal-Mediterranean Conference Centre minn Settembru 1998 sal-lum? Min liema lokalita' ġejjin?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21597 f'Seduta 438.
Leg 9 PQ #21982 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa — Track

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li t-track tal-Marsa jinbidel? Jekk iva, għaliex u fiex wasal il-proċess biex isir dan?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li diversi uffiċjali mis-sotto kumitat organizattiv tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar 2003 qegħdin jindikaw li t-track tal-Marsa jinħtieġ manutenzjoni sostanzjali minħabba l-użu intensiv li jsir fuqu. Is-Segretarjat qiegħed f'taħditiet ma' esperti barranin biex jagħtu pariri dwar ix-xogħol li jinħtieġ isir.
Leg 9 PQ #22000 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Systems of Knowledge — Subject Co-Ordinators

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu s-Subject Co-Ordinators tas-Systems of Knowledge matul il-perjodu 19-11-1997 u l-22-5-1998 u f'liema skola kienu qed jaqdu d-dmirijiet tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-Subject Co-Ordinator tas-Systems of Knowledge matul il-perjodu 19/11/97 u l-22/05/98 kien is-Sur Louis Scerri u kien qed jaqdi d-dmirijiet teigħu fil-Junior College.
Leg 9 PQ #22021 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Sir Luigi Preziosi

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jintbagħat għalliema regolari tal-Home Economics għall-klassijiet kollha ta' l-iskola sekondarja Sir Luigi Preziosi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qed tagħmel kull sforz possibbli sabiex tinstab għalliema regolari tal-Home Economics. Fil-fatt, minbarra s-sejħa għall-għalliema regolari, ħarġu wkoll sejħiet għall-għalliema temporanji u każwali. Madanakollu l-applikanti għall-aħħar żewġ sejħiet kienu l-istess jew setgħu joffru biss is-servizzi tagħhom għal ħin limitat ħafna
Leg 9 PQ #22029 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Qasam tar-Restawr u ta' l-Edukazzjoni tal-Bini

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 21826?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qed issegwi l-każ u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #21935 Sitting 452 2000-12-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta University Sports Complex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda mal-Malta University Sports Complex minn Settembru 1998 sal-lum? Minn liema lokalita' ġejjin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ħadd ma ġie impjegat mal-Malta University Sports Complex minn Settembru 1998 sal-lum.
Leg 9 PQ #21966 Sitting 452 2000-12-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti fl-1999 u 2000? Ta' xiex kienu, kemm kienet in-nefqa f'kull każ u min kien fil-kumitat ta' l-għażla?

Response (GALEA, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Membru jispeċifika għal liema tip ta' kuntratti qed jirreferi. Jekk ir-riferenza hi għal kollox, allura jeħtieġ ħafna żmien u t-tagħrif mitlub jinġabar skond l-esiġenzi u l-prioritajiet tad-Dipartimenti konċernati biex tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21968 Sitting 452 2000-12-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Youth Empowerment Centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma twettqet mill-Youth Empowerment Centre ta' Birkirkara? Kemm kkonkorrew żgħażagħ għall-għajnuna u x'tip ta' għajnuna talbu? Kemm hemm ħaddiema f'dan iċ-ċentru?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-Youth Empowerment Centre ta' Birkirkara hemm żewġ Youth Services Co-ordinators li jaħdmu fuq bażi part time. Permezz ta' dawn il-Co-ordinators saru diversi kuntatti ma' organizzazzjonijiet mhux governattivi u persuni kwalifikati f'diversi oqsma bħal Sedqa, organizzazzjonijiet sportivi, għaqdiet taż-żgħażagħ u oħrajn bil-għan li 'l quddiem jiġu organizzati korsijiet. Saru wkoll diversi laqgħat ma' kumitati taż-żgħażagħ ta' diversi organizzazzjonijiet f'Birkirkara. L-attivitajiet organizzati mill-Youth Empowerment Centre jinkludu: * Programm ta' summer taster sessions li jikkonsisti f'attivitajiet varji sportivi u ta' divertiment * Ġimgħa ta' sport organizzata f'ħames pjazez differenti f'Birkirkara * Produzzjoni ta' programm televiżiv "Eksrej" li deher fuq TVM u Channel 12 * Laqgħa ta' introduzzjoni maż-żgħażagħ ta' Birkirkara * Ġew kompilati żewġ databases dwar iż-żgħażagħ u organizzazzjonijiet ta' Birkirkara * Ingħatat għajnuna biex titwaqqaf Kummissjoni Żgħażagħ * Intbagħtet applikazzjoni għall-programm Youth for Europe b'kollaborazzjoni ma' l-Iżvezja, Turkija u l-iSkozja bit-tema Sport and Leisure Bring us Together * Saru diversi kontributi f'Leħen il-Kunsill fejn ingħataw dettalji dwar l-għanijiet u l-oġġettivi taċ-Ċentru u informazzjoni dwar attivitajiet u korsijiet * Ġie preparat questionnaire għaż-żgħażagħ ta' Birkirkara biex jiġu identifikati l-bżonnijiet taż-żgħażagħ fil-lokalita` * Ġie organizzat Youth Exchange - Euro Camp 2000 ġewwa l-Ġermanja f'Lulju * Parteċipazzjoni f'Festażgħażagħ permezz ta' stand minn fejn tqassmet informazzjoni dwar iċ-Ċentru * Parteċipazzjoni b'suċċess fil-Logħob Sajf li kien organizzat mill-Kunsill Nazzjonali għaż-Żgħażagħ f'Birżebbuġa * Żjara ta' Youth Exchange minn żgħażagħ mill-iSkozja f'Settembru * Il-kontenut tal-fuljett "Kuntatt" ġie fdat f'idejn iċ-Ċentru. L-ewwel ħarġa ġiet pubblikata f'Novembru * Qegħdin isiru kuntatti għal Youth Exchange fl-iSkozja fis-sajf li ġej * Bħalissa qegħdin isiru korsijiet fl-Aerobics, First Aid, Computer course u Public Speaking * Parteċipazzjoni f'seminars u korsijiet dwar suġġetti relatati maż-żgħażagħ In-numru ta' żgħażagħ li rrikorrew fiċ-Ċentru għall-għajnuna kien ta' madwar 170. L-għajnuna mitluba kienet tvarja minn użu ta' internet minn żgħażagħ li qegħdin ifittxu xogħol jew xi informazzjoni oħra, counselling, pariri dwar korsijiet fi skejjel post sekondarji jew ta' l-Universita`. Iċ-Ċentru kien ukoll il-mezz biex inħolqu kuntatti bejn żgħażagħ u organizzazzjonijiet sportivi. *