B'riferenza għall-programm tal-gvern sabiex 600 triq f'Malta jiġu asfaltati jew mogħtija t-tarmac, jista' l-Ministru jinformani bis-sitwazzjoni ta' l-Għalqa ta' Kola fir-Rabat u cioe' jekk m'hijiex inkluża f'dan il-programm ta' xogħol jara li fil-fatt tiddaħħal u jekk hemm xi problemi mas-sidien dawn jiġu rranġati wara?
Peress li s-sitwazzjoni għar-residenti u għat-turisti fl-inħawi hija waħda inaċċettabbli, jista' l-Ministru ġentilment jintervjeni sabiex ix-xogħlijiet ma jfallux għal darb'oħra?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tkun ippubblikata malli x-xogħol għall-preparazzjoni tal-pjan ikun lest.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il residenza se taffettwa l-link road ġdida konnessa mal-proġett ta' Manoel Island fi Triq Luqa Briffa fil-Gżira?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li din l-informazzjoni tkun tista tiġi stabbilita meta jintemmu l-konsultazzjonijiet mal-Awtorita` ta` l-Ippjanar dwar minn fejn preċiż ser tgħaddi t-triq.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitwettqu l-pjanijiet li diġa' hemm imħejjija għal tibdil fis-sistema tat-traffiku fil-junction perikoluża ħafna li hemm meta wieħed isuq minn taħt il-mini tas-Swieqi 'il fuq lejn Triq St.Elija u Triq Reġjonali fejn ta' spiss isiru inċidenti anke ta' natura serja?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Kunsill Lokali ser jagħmel dawn ix-xogħolijiet u d-Dipartiment tat-Toroq lesta s-`survey` għall-lokalita` u qiegħed jiddisinja iċ-`channelisation` meħtieġa biex jgħaddihom lill-Kunsill Lokali biex jitwettqu.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' resurfacing u upgrading fuq il-Ġnien 6 ta' Awissu li jinsab ħdejn il-Marbelt Dept. Store fil-Marsa?
Veru li l-gvern preċedenti alloka Lm15,000 għal dan ix-xogħol?
Jekk iva, x'sar mill-fondi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isiru pjanijiet biex ir-residenti Żebbuġin fl-areas ta' Sant'Antnin u ta' Ħal Muxi jkunu moqdija b'mod xieraq mis-servizz tat-trasport pubbliku?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li madwar erba` snin ilu kienu nbdew diskussjonijiet bejn l-Awtorita` dwar it-Transport Pubbliku, l-Assoċjazzjoni tas-Sidien tal-Karozzi tal-Linja u l-Kunsill Lokali ta` Ħaż-Żebbuġ bl-iskop li jkun introdott servizz ta` trasport pubbliku fl-inħawi msemmija mill-Onor Interpellant. Il-Kunsill Lokali kien oġġezzjona għar-rotta kif proposta peress li ma qabilx li l-karrozzi tal-linja kellhom jgħaddu minn Triq il-Kbira fi triqthom lejn il-venda.
F`Diċembru ta` l-1996, l-Awtorita` kienet infurmata mill-Kunsill Lokali li kienu qed isiru negozjati bejn l-istess Kunsill u l-Assoċjazzjoni tas-Sidien tal-Karozzi tal-Linja biex ikun introdott servizz lokali, iffinanzjat mill-istess Kunsill. Il-Kunsill kien qed jipproponi wkoll li jintroduċi tariffa ta` 5ċ għal kull passiġġier.
Filwaqt li ma sabitx oġġezzjoni għall-introduzzjoni ta` dan is-servizz, l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku m`aċċettatx it-talba li jkun hemm tariffa għaliħ. Il-materja tidher li waqfet hemm.
B'riferenza għas-600 triq ta' asfaltar u tarmac li se jsiru mill-gvern fix-xhur li ġejjien, jista' l-Ministru jinformani meta l-by-pass ta' l-Imtarfa se tingħata tarmac skond dan il-programm?
Response (GALEA, ĊENSU)
Il-programm ta` xogħol għas-snin, mhux ix-xhur, li ġejjin għadu qed jitfassal.
B'riferenza għas-600 triq li se jiġu asfaltati u/jew jingħataw t-tarmac, jista' l-Ministru jinformani meta t-toroq ta' Għar-Barka, Rabat, se jingħataw t-tarmac?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tkun ippubblikata malli x-xogħol għall-preparazzjoni tal-pjan ikun lest.
B'riferenza għas-600 triq li skond il-pjan tal-gvern se jiġu asfaltati jew mogħtija t-tarmac, jista' l-Ministru jinformani liema huma dawk it-toroq fil-Baħrija li se jingħataw it-tarmac?
Response (GALEA, ĊENSU)
M`għandi xejn x`inżid fuq l-informazzjoni diġa mogħtija għar-risposta parlamentari Nru. 6243.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vapuri fil-portijiet Maltin li: (a) huma maqbuda b'xi impediment tal-qorti; (b) ġew abbandunati mis-sidien tagħhom? F'kull każ liema huma dawn il-vapuri, ta' liema tunnellaġġ huma, taħt liema bandiera jsalpaw u kemm ilhom f'Malta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li bħalissa f`Malta hawn vapur wieħed biss li hu impedut u li ġie abbandunat mis-sidien tiegħu. Dan hu l-vapur `M.V. Ideal` li għandu 6,129 tunnellaġġ gross u li jsalpa bil-bandiera tal-Panama. Dan il-vapur wasal f`Malta fit-23 ta` Diċembru 1998.
Issa li l-gvern għandu pariri kif għandhom isiru sewwa t-toroq meta hemm bżonn li jiġu asfaltati, jista' l-Ministru jgħid jekk għaddewx dawn il-pariri lill-kunsilli lokali għal meta jkun hemm bżonn li jasfaltaw bit-tarmac toroq sekondarji li jiddefendu minnhom?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li qed isiru kuntatti kontinwi bejn id-Dipartiment tat-Toroq u l-Kunsill Lokali, u kwalunkwe titjieb li jkun qed jiġi propost qed ikun mgħoddi s`issa b`mod informali lil kull min juri interess fiħ.
B'riferenza għall-ilmenti tar-residenti ta' Triq G. Borg Olivier, Rabat, Malta, jista' l-Ministru jinformani bil-programm ta' laqgħat li saru sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni mill-5 ta' Settembru 'l hawn? X'ġara mill-petizzjoni tar-residenti u x'inhija l-pożizzjoni llum? Jekk din tintlaqa' fl-affermattiv, x'mistenni jsir?
Response (GALEA, ĊENSU)
S`issa għadhom għaddejjin diversi laqgħat dwar din it-talba.
Ministeru għat-Trasport u Kommunikazzjoni — Aġenziji ta' reklamar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 1253 dwar aġenziji tar-reklamar fil-Ministeru tiegħu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-unika stituzzjoni li għamlet użu minn
Aġenziji ta` Reklamar fil-perjodu indikat mill-Onor.
Interpellant, kienet l-Awtorita` Marittima kif indikat
hawn taħt;
Perjodu 5 ta` Settembru 1998 sa l-10 ta` Novembru 1998;
a) l-Awtorita` Marittima ta` Malta użat is-servizzi ta żewġ
aġenziji tar-reklamar;
1. BPC International Limited,
2. JP Advertising Limited;
b) Il-kampanja afdata lill-`JP Advertising Limited` kienet
is-`Safety at Seas Campaign`. Ix-xogħol li ngħata
lill-BPC International Limited` kien aktar mill-aspett
ta` reklamar;
c) il-valur tax-xogħol li sar bejn il-5 ta` Settembru 1998
sa l-10 ta` Novembru 1998 mill `BPC International
Limited` kien ta` Lm1,552.70c;
Il-valur tax-xogħol li sar fl-istess perjodu mill-
`JP Advertising Limited` kien ta` Lm6,716.67c;
d) l-ammont f`kull waħda mill-meżżi tal-media li hawn
f`Malta;
Ammont f`Liri Maltin
The Times 210.00
In-Nazzjon 210.00
Kullħadd 129.00
The Malta Independent 234.00
L-Oriżżont 266.25
TVM 2,250.00
Net TV 999.54
Super One TV 800.00
Radio Malta 2 72.00
Radio Calypso 180.00
Radio 101 301.00
Super 1 Radio 299.25
Smash Radio 180.00
Life FM 180.00
Bay Radio 181.42
RTK 299.00
Island Sound Radio 181.26
TOTAL 6,972.72
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm near air misses fl-ispazju ta' l-ajru Malti mill-ewwel ta' Marzu sal-lum? F'liema dati ġraw dawn l-inċidenti? Kemm minnhom ġew irrapportati lid-DCA bħala regolatur? X'investigazzjonijiet għamlet l-MIA? X'kienu r-riżultati ta' dawn l-investigazzjonijiet inkluż l-investigazzjoni li saret dwar l-air miss fl-24 ta' Diċembru, 1998?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ma kienx hemm `air misses` irrapportati fl-ispazju ta` l-ajru ta` Malta mill-ewwel ta` Marzu sa llum. L-investigazzjoni ta` l-`air miss` ta` l-24 ta` Diċembru 1998 għadha ma ġietx konkluża.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti ta' ajruplani li daħlu fl-ispazju ta' l-ajru Malti mingħajr permess kemm ilhom li bdew l-attakki minn NATO fuq il-Jugoslavja? Kien hemm permess għal xi ajruplani militari tan-NATO li jgħaddu mill-ispazju ta' l-ajru Malti tul il-perijodu msemmi? Kien hemm kuntatt bir-radju bejn kontrolluri Maltin u l-ajruplani li daħlu fl-ispazju ta' l-ajru Malti mingħajr permess? Jekk fl-affermattiv, ingħata servizz ta' kontroll lil dawn l-ajruplani mill-kontrolluri Maltin, jew ġewx challenged biex jidentifikaw ruħhom? X'kien ir-riżultat?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 5723 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru ta' l-Agrikoltura u Sajd u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe' jista' jgħid kemm fil-fatt hu n-numru ta' makkinarju agrikolu liċenzjat f'pajjiżna? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-makkinarju reġistrat fil-gżejjer tagħna?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li n-numru ta` makkinarju liċenzjat f`pajjiżna huwa 922.
Din hija l-lista tal-makkinarju reġistrat fil-gżejjar tagħna:
Agricultural Tractors 1055
Tractor Units 4
Combine Harvester 4
Ploughing Machine 1
Agricultural Cultivator 1
TOTAL 1065
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 4064, jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tat-Toroq fassalx il-pjan neċessarju għax-xogħol meħtieġ f'diversi lokalitajiet? Jekk fl-affermattiv, liema huma l-lokalitajiet u t-toroq li se jsir ix-xogħol fuqhom? Jekk fin-negattiv, meta jaħseb li t-tfassil tal-pjan se jkun lest issa li dħalna fir-raba' xahar tas-sena?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-pjan għadu qiegħed jitfassal u qiegħed jinvolvi il-Kunsill Lokali, il-`Utilities` kollha inklużi l-Awtorita` tat-Trasport Pubbliku, il-Ministeru tat-Turiżmu u entitajiet simili.