Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu jaħdmu nies il-Freeport matul is-sena 1999? Jista' jgħid min liema distrett elettorali kienu dawk li daħħlu? Kemm minnhom kienu qed jirreġistraw għax-xogħol qabel ma daħlu? X'xogħol qed jagħmlu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul l-1999 gew impjegati 57 haddiem gdid mal-Freeport. Dawn il-haddiema gejjin minn dawn id-distretti elettorali
L-1 distrett 12-il haddiem
It-2 Distrett 5 haddiema
It-3 Distrett 5 haddiema
Ir-4 Distrett 5 haddiema
Il-5 Distrett 6 haddiema
Is-6 Distrett 5 haddiema
Is-7 Distrett 6 haddiema
It-8 Distrett 3 haddiema
Id-9 Distrett 2 haddiema
L-10 Distrett 4 haddiema
Il-11-il Distrett 1 haddiem
It-12-il Distrett 3 haddiema
Wiehed u erbghin (41) minn dawn il-haddiema kienu qed jirregistraw ghax-xoghol qabel bdew jahdmu l-Freeport. Il-haddiema godda gew ingaggati f`dawn il-gradi.
Planner Trainee, Legal and Claims Manager, Systems Network Support, Assistant Operations Manager, Operations Clerk, Accounts Clerk, Equipment Operator, Mechanic, Handyman Rigger, Systems Administrator, Data Entry Operator, Security Controller u Clerk.
Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu jaħdmu nies ma' l-Air Malta matul is-sena 1999? Minn liema distrett elettorali kienu? Kemm minnhom kienu qed jirreġistraw għax-xogħol qabel ma ddaħħlu? X'xogħol qed jagħmlu?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tingabar u t-twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Jista' l-Ministru jgħid sal-lum kemm inżammu laqgħat mal-furnara dwar it-tneħħija tas-sussidju fuq il-ħobż, kif imħabbra fil-budget ta' din is-sena? Meta saru dawn il-laqgħat u ma' min? Meta nbeda dan is-sussidju u għal kemm kien jammonta sena b'sena?
Response (BONNICI, JOSEF)
Matul l-1999 saru diversi laqghat bejn il-Koperattiva tal-Furnara u l-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici dwar il-prezz tal-Hobz tal-Malti. Dawn il-laqghat saru kemm fid-dawl ta` talba mill-furnara ghal kumpens ghal zidiet fl-ispejjez taghhom kif ukoll b`relazzjoni mal-hsieb tal-Gvern li jispicca s-sussidju fuq id-dqiq li minnu jsir l-istess hobz tal-Malti, kif fil-fatt sar.
Principalment dawn il-laqghat saru fuq zewg livelli. Saru laqghat ta` natura purament teknika, li tmexxew mid-Direttur tal-Kummerc, u ohrajn li matulhom kont prezenti jiena. Il-laqghat teknici saru direttament mar-rapprezentanti tal-Koperattiva tal-Furnara inkluzi l-President u l-konsulent finanzjarju taghha. Fil-laqghat li saru mieghi attenda wkoll rapprezentant tal-G.R.T.U.
Is-sussidju fuq konsum ta` dqiq ghall-uzu fil-produzzjoni tal-hobz tal-Malti nbeda fl-1993. L-ammont ta` sussidju kull sena kien kif gej:
1993 Lm 32,005
1994 Lm 77,397
1995 Lm 448,488
1996 Lm 542,420
1997 Lm 690,859
1998 Lm1,096,321
1999 Lm 1,346,542
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-bozza fi Sqaq Sta. Tereża, Bormla ilha tiġi rrapportata li maqtugħa fuq il-freephone għal numru ta' ġimgħat u għadha ma ssewwietx?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-hsara li ghaliha qed issir riferenza giet investigata u l-manutenzjoni mehtiega saret fl-20 ta` dan ix-xahar
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex żewġ bozoz fi Blokk 2, Fuq San Pawl, Bormla ilhom jiġu rrapportati maqtugħa fuq il-freephone għal numru ta' ġimgħat u għadhom ma ssewwewx?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li ma jirrizultax li hemm bozoz maqtughin, li huma responsabbilta` ta` l-Enemalta, madwar Blokk numru 2 fi Triq San Pawl, Bormla.
Jista' l-Ministru jagħti istruzzjonijiet lill-Maltacom biex outlet point quddiem id-dar "St Anthony" ġo Naxxar Road, Birkirkara, tiġi illivellata għax qed jaqgħu n-nies fiha u wkoll hemm bżonn tiġi mkaħħla sew għaliex qed joħorġu l-ġrieden minnha?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant gie mghoddi lill-Maltacom biex tiehu l-azzjoni necessarja.
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' kumpens se jingħata lil dawk il-ħwienet tad-duty free fix-Xatt tal-Belt/Marsa wara li dawn se jkollhom jiġu żgumbrati minħabba t-terminal l-ġdid?
Peress li l-bozoz tad-dawl f'dawn il-lokalitajiet fil-Furjana: (i) Capucchin Street, kantuniera ma' P. Floriani Street; (ii) St. Anne Square; (iii) V. Dimech Street, fejn il-klabb tal-boċċi u ħdejn it-telephone booth ihom maqtugħin ix-xhur, tista' l-Korporazzjoni Enemalta tieħu ħsieb mill-aktar fis?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant gie mghoddi lill-Korporazzjoni Enemalta biex tiehu l-passi necessarji.
Jista'l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex l-impjant tar-reverse osmosis fil-Marsa għadu mhux qiegħed jiffunzjona sal-lum? Kemm ilu wieqaf dan l-impjant?
Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata l-bozza li hemm fi Triq Labini r-Rabat, peress li residenti anzjani ilhom ġimgħat jirrapportaw il-ħsarat? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-manutenzjoni mehtiega fuq il-bozza li ghaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant saret fit-12 ta` dan ix-xahar.
Jista' l-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar għaxar snin kemm kien il-kontribut (dħul jew ħruġ) tal-Medigrain lill-Gvern fuq l-importazzjoni ta' qamħ, xgħir u qamħirrun, sena b'sena?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jekk l-Onorevoli Interpellant jispecifika b`mod car l-informazzjoni li jixtieq, inkun f`pozizzjoni ahjar li nirrispondi l-mistoqsija tieghu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus maħruġa mill-Gvern matul l-1997/98 u l-1999 bħala sussidju fuq is-soya bean meal għall-industrija lokali tal-ġwież għall-annimali?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ammont ta` sussidju mahrug fuq is-soya bean meal kien ta` Lm378,711 fl-1997, Lm37,766 fl-1998 u fl-1999 ma thallas ebda ammont ta` sussidju.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm huwa kkalkolat, f'ċifra ta' flus, l-export refund li bbenefikaw minnu l-importaturi lokali fuq prodotti ta' l-ikel u materja prima mportati mill-Unjoni Ewropea matul l-1999 fuq prodotti bħal butir, ġobon, trab tal-ħalib, trab tal-bajd, ħalib tal-bott u zokkor?
Response (BONNICI, JOSEF)
Is-sistema ta` `export refunds` fuq prodotti agrikoli hekk kif prezentement imhaddma mill-Unjoni Ewropea, tikkonsisti fil-hlas ta` sussidju lill-bdiewa fl-Unjoni Ewropeja sabiex tiffacilita l-esportazzjoni ta` uhud mill-prodotti taghhom lejn il-kumplament tad-dinja, inkluz Malta.
Ghaldaqstant, filwaqt li fl-Unjoni Ewropea jingabar taghrif dwar is-sussidju moghti lill-bdiewa taghhom, din l-istess informazzjoni ma tistax tingabar min-naha tal-pajjizi importaturi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti fl-okkażjoni tal-festi tal-Milied 1999 u l-bidu tas-sena 2000 mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, separatament? Jista' jgħid f'kull okkażjoni minn fejn ġie ordnat l-ikel u x-xorb u jekk f'kull każ intalbux kwotazzjonijiet għal dan? Jista' jgħid min ġie mistieden għal dawn ir-riċevimenti?
Response (BONNICI, JOSEF)
Bhala pajjiz civili, hija uzanza li jsiru ricevimenti fl-okkazjoni tal-festi tal-Milied. Dan il-Gvern ma ghandu ebda hsieb jibdel din l-uzanza. Jekk l-Onorevoli Interpellant jispjega sodisfacentement ghaliex qed jitlob l-informazzjoni dettaljata, inkun f`pozizzjoni li nordna li tingabar din l-informazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex veru r-rapporti li għandi li fl-Enemalta żewġ inġiniera fil-Power Station, Marsa kienu mogħtija Lm1,000 bħala rikonoxximent għax iffrankaw is-sahra minn fuq dahar il-ħaddiema? Jaf il-Ministru li f'ċerti sezzjonijiet hemm ħafna xogħol lura fejn is-sahra hija fil-veru sens tal-kelma necessary evil peress li hemm nuqqas ta' ħaddiema? Jekk huwa veru li dawn iż-żewġ inġiniera ġew mogħtija Lm1,000, ma jaħsibx il-Ministru li dan huwa preċedent perikoluż li jista' jwassal biex il-ħaddiema jaqgħu fl-apatija waqt li min-naħa l-oħra jista' jagħti lokal għal abbużi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rapport li ghandu huwa ghal kollox infondat. L-ebda inginier ma nghata bonus talli iffranka s-sahra. Inserrah mohh l-Onorevoli Membru li fejn ikun verament mehtieg, l-Enemalta mhux ser toqghod lura milli thaddem lill-haddiema taghha bis-sahra. Ta` min josserva wkoll li allegazzjonijiet bla bazi jikkontribwixxu biex jitnissel sens ta` frustrazzjoni u apatija fost il-haddiema.
Jista' l-Ministru jinfurmana, wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea, kemm se tkun it-taxxa ġdida (TARIC) li jrid jibda jħallas il-poplu Malti u Għawdxi fuq prodotti ta' l-ikel u materja prima ta' l-ikel importata mill-pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea? Kemm fil-fatt hija din it-taxxa li fil-mument qed timponi l-Unjoni Ewropea fuq il-poplu tal-pajjiżi membri tagħha fuq prodotti ta' l-ikel importati mill-Brasil, Ċina u New Zealand?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-TARIC (Integrated Tariff of the European Communities) tistabilixxi id-Dazju li jrid jithallas fuq diversi prodotti importati fl-Unjoni Ewropea mill-kumplament tad-dinja. Dan id-dazju jissejjah ukoll `Common External Tariff` u jigi applikat fil-kaz ta` prodotti importanti minn pajjizi li la huma membri u lanqas ma jgawdu minn ftehim ta` Ewropea.
Fil-mument li Malta ssir membru ta` l-Unjoni Ewropea, dawn it-tariffi komuni jiehdu post dawk applikati fil-prezent. F`dan il-process, ghandhom jispiccaw ukoll il-kumplament tal-levies industrijali.
B`rizultat ta` dan kollu, id-dazju kumplessiv fuq uhud mill-prodotti importati minn pajjizi mhux membri ta` l-Unjoni Ewropea mistenni li jonqos, filwaqt li fuq ohrajn jista` jizdied.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li l-Enemalta inqabdet bla bozoz bil-konsegwenza li hemm volum ta' bozoz maqtugħa?
Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, għaliex min kien responsabbli ma ordnax bozoz minkejja li kienet ġejja x-xitwa u allura minħabba l-maltemp kellu jkun ovvju li t-talba kienet se tiżdied?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fil-fatt kien hemm problema fil-kuntratt tat-tender li wassal biex ikun hemm skarsezza ta` bozoz fil-Korporazzjoni Enemalta. Li gara kien li f`dawn ic-cirkustanzi l-Korporazzjoni Enemalta kellha tohrog `letter of acceptance` lill-kuntrattur iehor skond kif jesigu r-regolamenti finanzjarji li jorbtu din it-tender. Sabiex tkun tista` tlahhaq mad-domanda, l-Korporazzjoni kellha anke tohrog `direct orders` ghax-xiri ta` bozoz godda wara diversi sejhiet ghall-kwotazzjonijiet. Ninsab infurmat li l-bozoz godda li ser jinxtraw skond il-kuntratt tat-tender sejrin jaslu dalwaqt.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu vapuri Amerikani għal tiswija fit-Tarzna ta' Malta f'dawn l-aħħar 15-il sena? Kemm daħħlet flus it-Tarzna minn dawn ix-xogħlijiet?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni qed tingabar u twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid mill-1 ta' Jannar, 1999 sa l-aħħar ta' Diċembru, 1999, kemm-il darba mar id-dawl ta' l-elettriku fi Triq is-Silla, Wied il-Għajn jew partijiet minnha?
Possibbli l-Enemalta tieħu passi biex dan l-ilment jiġi solvut għax qed ikun ta' inkonvenjent kbir lir-residenti ta' din it-triq speċjalment issa li ninsabu fl-aqwa tax-xitwa?
X'qed jikkaġuna dan il-qtugħ fi Triq is-Silla u f'xi toroq oħra fil-viċinanzi?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tingabar u twegiba tinghata f`xi seduta ohra.