Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #31677 Sitting 492 2017-03-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Art quddiem l-Iskola Primarja ta’ Ħal Tarxien

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-art ta’ quddiem l-Iskola Primarja ta’ Ħal Tarxien hijiex proprjetà tal-Gvern jew tal-Privat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jindika fuq pjanta l-art eżatta li qed jirreferi għaliha.
Leg 12 PQ #31719 Sitting 492 2017-03-08 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tal-Artijiet – Fortizza Campbell

Question

Billi iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed issir ħsara lil dik li darba kienet il-Fortizza Campbell, f’Selmun limiti tal-Mellieħa, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk id-Dipartiment tal-Artijiet (issa l-Awtorità tal-Artijiet) fasslitx xi pjan partikolari għal dawn l-inħawi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mid-Dipartiment ta’ l-Artijiet li l-istess Dipartiment mhux l-entita li tfassal pjanijiet għal propjetà tal-Gvern.
Leg 12 PQ #31720 Sitting 492 2017-03-08 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mellieħa — Pjan li jikkonċerna l-konservazzjoni tal-Fortizza Campbell

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità tal-Ippjanar, jew il-MEPA qabilha, fasslitx xi pjan partikolari għal dak li jikkonċerna l-konservazzjoni/użu tal-Fortizza Campbell fl-inħawi tal-Mellieħa? Jekk iva, x’inhu dan il-pjan u meta tfassal? Jista’ jqiegħed kopja ta’ dan il-pjan fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li fl-2006 il-MEPA inkludiet policy NWML 20 u l-mappa Map 36, fil-Pjan Lokali tal-Majjistral. Kopja ta’ dawn qed jiġu mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #31721 Sitting 492 2017-03-08 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tal-Ippjanar – ordni għal twaqqigħ ta’ bini

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każi fejn l-Awtorità tal-Ippjanar (MEPA qabilha) ħarġet ordni ta' twaqqigħ ta' bini li kien eżistenti matul l-aħħar erba’ snin? Fejn kienu dawn il-binjiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #29750 Sitting 491 2017-03-07 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat fl-2016 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #31194 Sitting 491 2017-03-07 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Konsulenzi minn Avukat

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew mid-ditta legali tiegħu, u jekk iva, meta, liema entità kienet/hija, u l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenzi mogħtija lill-persuna msemmija matul il-perjodu indikat jammonta għal €20,089. Dawn il-konsulenzi ngħataw fl-2016 u fl-2017 lill-ARMS Ltd.
Leg 12 PQ #31195 Sitting 491 2017-03-07 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva - Konsulenzi minn Avukat

Question

Jista’ l-Prim Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew mid-ditta legali tiegħu, u jekk iva, meta, liema entità kienet/hija, u l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31194.
Leg 12 PQ #31685 Sitting 491 2017-03-07 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar — Triq San Pawl - main tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jinvestiga jekk il-main tad-drenaġġ fi Triq San Pawl f'San Pawl il-Baħar, għandux partijiet madwaru li sfrundaw, peress li għal numru kbir ta' metri hemm it-triq li sfrundat bejn wieħed u ieħor fil-linja tal-istess main tad-drenaġġ? Jista' jara li ssir spezzjoni bil-cameras fl-istess main? Meta saret l-aħħar tali spezzjoni f'din il-parti tat-triq?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-ispezzjonijiet bil-cameras saru madwar sentejn ilu u minn dakinhar ’l hawn inbidlu diversi partijiet mill-main. Il-Korporazzjoni titlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħti indikazzjoni ċara għal-liema parti ta’ Triq San Pawl qed jirreferi sabiex il-każ ikun jista’ jiġi evalwat aħjar.
Leg 12 PQ #31694 Sitting 491 2017-03-07 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Vot 29 Information Services

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29602 u jagħti spjegazzjoni dettaljata dwar kif ser tkun qed titħallas u lil min ser ikun qed jitħallas il-finanzjament taħt Vot 29 Information Services għas-sena 2016? Jista’ jgħid kemm-il direct order sar u lil min saru, taħt dan il-vot u jekk kienx hemm pagament li sar b’proċess ta’ tender? Din il-mistoqsija qed issir b’referenza għall-informazzjoni li qed tidher taħt Vot 5 fl-Estimi Supplimentari.

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #31695 Sitting 491 2017-03-07 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Vot 31 Professional Services għas-sena 2016 — pagamenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29603 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar fiex kienu jikkonsistu l-pagamenti, lil minn saru u għal liema raġuni saru dawn il-pagamenti relatati mal-Vot 31 Professional Services għas-sena 2016 taħt Vot 5 kif jidher fl-Estimi Supplimentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #31696 Sitting 491 2017-03-07 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Vot 5808 EU-Africa Summit

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29605 u jagħti spjegazzjoni lill-Kamra għal liema raġuni qed issir talba ta’ żieda ta’ €2,400,000 għal Vot 5808 EU-Africa Summit u jgħid: a) x’pagamenti ser ikun qed isiru b’dawn iż-€2,400,000; b) lil min ser ikunu qed isiru jew saru b’ direct orders ; u c) x’pagamenti saru jew ser ikunu qed isiru bil-proċess ta’ tendering għall-attività tal- EU-Africa Summit ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #31697 Sitting 491 2017-03-07 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Vot 5365 CHOGM 2015

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29604 u jagħti spjegazzjoni lill-Kamra għal liema raġuni qed issir talba ta’ €3,200,000 għal Vot 5365 CHOGM 2015 u jgħid: a) x’pagamenti ser ikunu qed isiru sabiex jitħallas dan l-ammont ta’ flus mitluba; b) lil min ser ikunu qed isiru; c) x’pagamenti ser ikunu qed isiru jew saru b’ direct orde r ; u d) x’pagamenti saru jew ser ikunu qed isiru fil-proċess ta’ tendering għall-attività ta’ CHOGM 2015?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #31712 Sitting 491 2017-03-07 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Organizzazzjonijiet volontarji – ħaddiema taċ-ċivil li ġew seconded

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 30750, jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-organizzazzjonijiet volontarji li magħhom ġew seconded il-ħaddiema taċ-ċivil?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-organizzazzjonijiet volontarji huma KOPIN (Koperazzjoni Internazzjonali), M3P (Malta Media Memory Preservation), Nature Trust (Malta) u The Gaia Foundation.
Leg 12 PQ #31714 Sitting 491 2017-03-07 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku – post ta’ messaġġier — riżultati

Question

B'referenza għall-aħħar eżami li sar għall-post ta' Messaġġier mas-Servizz Pubbliku, li r-riżultat tiegħu ġie ppubblikat f'Novembru 2016, jista' l-Prim Minsitru jgħid x'inhi r-raġuni li ħadd minn dawk li għaddew mill-eżami ma għadu ġie promoss għal dan il-post? Jista' jgħid meta hu maħsub li se jibda il-proċess biex jiġu appuntati dawk li għaddew?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm proċessi li għaddejin quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u li jitlestew din il-gimgha. Il-ħatriet għandhom joħorgu fil-jiem li gejjin.
Leg 12 PQ #31093 Sitting 490 2017-03-06 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx – nomina ta’ chairman

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid lil min innomina bħala Chairman tal-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx kif stabbilit mil-liġi li għaddiet unanimament mill-Parlament fis-6 ta’ Jannar 2016? F’liema data eżatta saret din in-nomina?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Dr Charmaine Gauci ġiet innominata fit-28 ta’ Gunju tal-2016 bħala c-chairperson tal-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx.
Leg 12 PQ #31094 Sitting 490 2017-03-06 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx — segretarju

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid lil liema konsulent tas-Saħħa Pubblika nnomina sabiex jaġixxi bħala Segretarju tal-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx kif stabbilit mil-liġi li għaddiet unanimament mill-Parlament fis-6 ta’ Jannar 2016? F’liema data eżatta saret din in-nomina?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Dr Karen Vincenti ġiet innominata fit-28 ta’ Gunju tal-2016 bħala segretarja tal-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx.
Leg 12 PQ #31355 Sitting 490 2017-03-06 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bdiewa Għawdxin – second class water — proġett

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tas-second class water għall-bdiewa f'Għawdex? Kemm hemm bdiewa Għawdxin li s’issa qed jibbenefikaw minn dan il-proġett? Kemm qed iħallsu għall-użu ta' dan l-ilma?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-impjant ta’ Għawdex, li huwa wieħed minn tlett proġetti tan-new water fil-gżejjer Maltin, jinsab fi stat avvanzat fejn l-impjant huwa diġa’ nstallat u se jiġi kkummissjonat.
Leg 12 PQ #31534 Sitting 490 2017-03-06 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Local Plan Review

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Local Plan Review huwiex imminenti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar li x-xogħol fuq ir-reviżjoni komprensiva tal-Pjanijiet Lokali kollha għal Malta u Għawdex kompla għaddej u issa qed ikun hemm focus fuq numru ta’ issues li huma ta’ natura aktar strateġika u li jinħtieġ ġbir ta’ aktar informazzjoni u evalwazzjoni ta’ options differenti
Leg 12 PQ #31544 Sitting 490 2017-03-06 Oral · Final From: STEPHEN SPITERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema fis-Settur Pubbliku – Ftehim Kollettiv

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta se jiġi ffirmat il-ftehim kollettiv il-ġdid għall-ħaddiema fis-Settur Pubbliku li skada f'Diċembru tal-2016? Jista’ jgħid jekk f'dan il-ftehim kollettiv hiex se tiġi indirizzata l-problema ta' pagi baxxi li qed jiffaċċjaw ħaddiema li qegħdin fi skali 15, 16, 17, 18, 19, u 20, peress li persuna li qiegħda bħala Skrivana fi skala 16 qed tispiċċa b'paga ta' madwar €900 nett fix-xahar meta wieħed jaqta' l-bolla u taxxa, u Skrivani fi gradi inqas qed jispiċċaw b'madwar €800 fix-xahar biss, u ma jistgħux ilaħħqu mal-ispejjeż ta' kuljum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27528.
Leg 12 PQ #31555 Sitting 490 2017-03-06 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Meter tad-Dawl – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward meter tad-dawl?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat minn Arms Ltd. li l-persuna msemmija ġiet ikkuntatjata u l-każ qed jiġi mistħarreġ.