Jista' l-Ministru jara li d-discharge letters li suppost jingħataw il-pazjenti qabel joħorġu mill-isptar jibqgħu jingħataw qabel ma pazjent joħroġ mill-isptar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Hemm standard order lill-houesemen kollha li d-discharge letters jingħataw lill-pazjent qabel ma' dan joħroġ mill-isptar.
Meta dan ma jsirx, ikun dovut għal raġunijiet diversi li wieħed mhux dejjem ikollu kontrol fuqhom bħal meta l-houseman tal-konsulent relattiv ikun bis-sick leave, etc. F'dawn iċ-ċirkustanzi jsir kull sforz biex id-discharge letter tintbagħat id-dar bil-posta fl-iqsar żmien possibbli.
Jista' l-Ministru jispjega għaliex fis-sejħa għall-post ta' konsulent b'interess fid-dijabete intalbet l-ekwivalenza Ewropea bħala waħda mill-kriterji?
Jista' l-Ministru jispjega għaliex dan l-istess kriterju ma ġiex applikat fis-sejħa għal, per eżempju, konsulent fis-Saħħa Pubblika, liema sejħa saret xi jiem wara dik tal-konsulent fid-dijabete?
Jista' l-Ministru jispjega liema hija l-ekwivalenza Ewropea, meta sal-lum għad m'hemmx qbil bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwalifiki mediċi u speċjalment dwar ir-reġistrazzjoni tat-tobba fost il-pajjiżi membri?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Billi s-sejħa għall-post li qed jirreferi għalih toħroġ mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, m'iniex f'pożizzjoni li nagħti tweġiba għal din il-Mistoqsija Parlamentari.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet verament ir-raġuni li d-disinjaturi ta' l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq, Norman and Dawbarn, ġew imwaqqfa u l-kuntratt tagħhom itterminat mill-gvern?
Min se jkunu d-disinjaturi l-ġodda ta' dan l-isptar?
Kif se jintgħażlu d-disinjaturi l-ġodda ta' l-isptar f'Tal-Qroqq?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-Gvern qiegħed f'fażi li jikkonsidra l-proġett u kif dan jirrelata mar-riforma globali tas-servizzi tas-saħħa.
Għal dan il-għan, għamel użu minn klawsola li hemm fid-'Design Contract' u effettivament ittermina dan l-istess kuntratt.
Għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwar id-disinjaturi.
B'riferenza għal kopja ta' ittra li qiegħed nibgħat separatament dwar "Proposta mill-Kumitat ta' Azzjoni tar-Residenti ta' Bormla", jista' l-Ministru jgħidli x'inhuma l-intenzjonijiet tal-Ministeru dwar il-bini ta' Crisis Intervention Centre ġewwa Bormla?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li dan l-iżvilupp huwa f'idejn il-Caritas. Ma jidhirx illi ser jinvolvi materji li jirrigwardaw primarjament is-saħħa. Nissuġġerixxi li l-Onor. Membru jagħmel id-Domanda lill-Ministru konċernat.
Jaqbel il-Ministru li minn fost in-nurses ta' l-emerġenza għandhom jintgħażlu team ta' nurses u tobba biex jingħataw taħriġ fuq major disaster? Ma jaħsibx il-Ministru li jekk jinbena team bħal dan li minn żmien qabel ikun imħarreġ, jista' jilqa' aħjar f'każ ta' bżonn?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Inħoss illi taħriġ fuq major disaster għandu jinvolvi lit-tobba u n-nurses kollha tad-Dipartiment ta' l-Emerġenza. B'hekk ikollok numru akbar ta' nies li fuqhom tista' tibbaża f'każ ta' bżonn.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru charges fid-Dipartiment tas-Saħħa bejn Novembru, 1996 u Awissu, 1998? Għaliex ħafna charges ħarġu l-ġimgħa ta' wara l-elezzjoni? Meta kienet id-data ta' meta sar l-allegat ksur tar-regolamenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fid-Diviżjoni tas-Saħħa saru 559 charges bejn Novembru 1996 u Awissu 1998. Fil-gimgħa ta' wara l-elezzjoni tal-5 ta' Settembru 1998 ħarġu 4 charges, li mhux ikkunsidrat bħala numru kbir. Id-data ta' meta sar l-allegat ksur tar-regolarmenti f'dawn il-kazi kien 16 ta' Jannar 1998, 14 t'Awissu 1998, 13 ta' Lulju 1998 u 28 ta' Lulju 1998.
L-ex Ministru tas-Saħħa kien stqarr pubblikament li kien ta aktar minn 70 charge f'jum wieħed fil-Head Office. Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-ksur allegat u x'weħlu l-impjegati?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fuq struzzjonijiet ta' l-ex Ministru tas-Saħħa, l-Agent Tabib Prinċipali tal-Gvern ħareġ numru ta' Chargesheets lil 73 impjegat fil-Head Office tad-diviżjoni tas-Saħħa. Fil-Każ taż 68 minnhom, l-ksur allegat kien li ma kienux niżżlu l-ħin tal-ħruġ qabel ħallew il-post tax-xogħol tagħhom, minkejja d-diversi ċirkularijiet li nħarġu mid-Dipartiment, kif ukoll skond para. 3.1.2.2. ta' l-Estacode.
Fil-Hamsa każi l-oħra, l-ksur allegat kien kif ġej:-
1. Bħala Uffiċjal inkarigat mis-sezzjoni tad-Dixxiplina, ħalla l-post
tax-xogħol tiegħu fis-12.45p.m. meta suppost baqa' hemm sas-1.30p.m. Dan l-istess Uffiċjal ġie akkużat ukoll li bħala ufficjal mid-Dixxiplina u responsabbli mill-attendance Sheet tal-Head Office suppost kien hu li jagħti eżempju lill-impjegati tiegħu. Fuq talba
tal-akkuzat, il-każ intbagħat għand il-Public Service Commisssion. Fl-1 ta' Dicembru, 1997 il-Bord ikkonkluda li l-akkużat ma kienx wettaq ir-reati li biħ gie akkużat.
2. Bħala uffiċjal inkarigat mis-sezzjoni tad-Drug Control, waqt spezzjoni
li saret fis-1.18p.m. minn uffiċjal tas-Saħħa, irriżulta li tlett ħaddiema li jaqgħu taħt ir-responsabilita ta' dan l-uffiċjal, kienu diġa ħallew il-post tax-xogħol tagħhom. Bħala uffiċjal responsabli minn din is-sezzjoni, dan l-uffiċjal kellu d-dmir jara li dawn it-tlett impjegati iħallu l-post tax-xogħol tagħhom fil-ħin stipulat fis-1.30p.m.
3. Tlett impjegati fis-seżżjoni tad-drug Control, ma nstabux fil-post
tax-xogħol tagħhom, waqt spezzjoni li saret minn uffiċjal tas-Saħħa fis-1.18p.m. Dawn l-istess impjegati ġew akkużati ukoll li ma kienux niżżlu l-ħin tal-ħruġ qabel ħallew il-post tax-xogħol tagħhom, minkejja d-diversi ċirkularijiet li nħarġu mid-Dipartiment, kif ukoll skond para 3.1.2.2 ta' l-Estacode.
Jista' l-Ministru jagħti spjega għaliex pazjenti li jieħdu prodotti gluten free mill-Ispiżerija tal-Gvern tal-Mosta ilhom kważi xahrejn ma jingħatalhom il-ħobż li kienu qed jieħdu gluten free?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-nuqqas ta' hobż `Gluten Free' fl-ispiżerija tal-Gvern tal-Mosta ġiet kkawżata minn problema fil-kwalita' tal-prodotti meta waslet l-aħħar konsenja.
Sakemm din is-sitwazzjoni tiġi rregolarizzata l-ispiżeriji tal-Gvern ingħatawlhom struzzjonijiet biex il-pazjenti ntitolati għall-prodotti `Gluten Free' jingħataw ammont ekwivalenti ta' dqiq 'Gluten Free'.
Jista' l-Ministru jikkonferma meta l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament li jaħdem fl-Isptar Monte Carmeli, kien ikun fuq sick leave, kien jippreżenta ċertifikat tal-mard iffirmat miċ-Chairman ta' l-istess sptar? Jista' l-Ministru jgħid jekk prattika bħal din hijiex kontra r-regolamenti u jekk dan hu minnu, x'passi qed jittieħdu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mill-informazzjoni li ġbarna jidher li ċertifikati tal-mard li kien jippreżenta l-persuna kkonċernata kienu jkunu iffirmati mic-Chairman ta` jidher ukoll li din il-prattika mhix kontra r-regolamenti.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx regolament li jgħid li koppja miżżewġa ma tistax taħdem fl-istess sptar jew dipartiment? Jekk din ir-regola teżisti, jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li fl-Isptar Monte Carmeli hemm koppja miżżewġa taħdem hemm u r-raġel li ismu qed jintbagħat separatament jokkupa l-kariga għolja fl-istess sptar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
JIen infurmat li ma teżisti l-ebda policy u l-Estacode ma jgħid xejn dwar is-suġġett imsemmi mill-Onor. Membru.
L-etika professjonali fil-kuntest tas-Servizz Pubbliku titlob f'każijiet bħal dawn il-koppja miżżewġa m'għandhiex taħdem fl-istess sezzjoni ta' Dipartiment jew f'sezzjonijiet fejn jista' jinħoloq `conflict of interest'.
Fil-każ partikolari li għalih qed tirreferi l-Onor. Interpellant ser jittieħdu l-passi meħtieġa biex il-koppja ma tibqax taħdem fl-istess sezzjoni.
Jista' l-Ministru jagħti n-numru (i) ta' tobba barranin li qed jaħdmu bħalissa mad-Dipartiment tas-Saħħa; (ii) in-numru ta' nurses barranin li jinsabu jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' tobba barranin li qed jaħdmu bħalissa mad-Diviżjoni tas-Saħħa huwa erba' u erbgħin (44) u dak ta' nfermiera barranin huwa sebgħa u ħamsin (57).
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar l-ispiża fuq mediċini (a) għall-inpatients u; (b) kumplament tan-nefqa fuq mediċini mill-1990 'l hawn?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-flus li tħallsu għall-xiri ta' Mediċini mill-190 sal-lum kienu dawn:
Sena LM
1990 2,153,992
1991 2,549,423
1992 3,098,178
1993 2,929,474
1994 3,193,261
1995 4,042,432
1996 3,675,563
1997 7,105,794
1998* 5,642,019* perjodu ta' l-ewwel għaxar xhur tas-sena.
Dawn il-figuri hawn fuq mogħtija ikopru l-pagamenti fuq il-mediċini kollha. Dan peress li fil-preżent ma hemmx sistemi biex jiġu identifikati kemm kienet l-ispiża fuq mediċini (a) għall-inpatients u (b) l-kumplament.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet għal liberalizzazzjoni fil-qasam ta' l-ispiżeriji? Fiex waslu dawn il-pjanijiet? Meta hu maħsub li sseħħ din il-liberalizzazzjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Diskussjonijiet f'dan ir-rigward għadhom għaddejjin u mistenni jiġi ppreżentat rapport lill-Gvern fil-ġejjieni qrib.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jibdew jingħataw mediċini bil-karta r-roża u Schedule 5 minn spiżeriji privati? Bdew konsultazzjonijiet mas-setturi kkonċernati f'dan il-għan?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Diskussjonijiet f'dan ir-rigward għadhom għaddejjin u mistenni jiġi ppreżentat rapport lill-Gvern fil-ġejjieni qrib.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk li attendew bħala każi ġodda fl-Orthopaedic out-patients bejn: (a) Settembru 1996 u Settembru 1997; u (b) Settembru 1997 u Settembru 1998?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu nisa u rġiel f'kull każ?
Kemm kienu l-każi ġodda ta' pazjenti li ra kull konsulent speċifiku?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' każi ġodda li attendew fl-ORTHOPAEDIC OUT-PATIENTS kienu kif ġej:-
a) Settembru 1996 sa Awissu 1997 - 7645
b) Settembru 1997 sa Awissu 1998 - 8305
Ma jinżammux records ta' kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel.
Il-każi ġodda li ra kull konsulent bdew jinżammu bid-dettal mill-1 ta' Jannar 1998. L-informazzjoni tinsab fit-tabella annessa.