B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 21903, jista' l-Ministru jagħti l-lista tal-persuni li ħadmu overtime u kemm tħallsu fi flus u dan b'referenza għad-Dipartiment Żgħazagħ u Sports?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid minn huma l-membri li jifformaw il-Kumitat Festi Nazzjonali?
Jista' jgħid wkoll kemm hemm u liema huma s-sub committees u l-kummissjonijiet li joħorġu mill-Kumitat Festi Nazzjonali u min huma l-membri li jiffurmawhom?
Jista' f'kull każ jgħid kemm saru laqgħat matul din is-sena tal-Kumitat Festi Nazzjonali, sub-committees u l-kummissjonijiet separatament?
Jista' jgħid xi ħlas jirċievu l-membri li jifformaw dawn il-kumitati, kummissjonijiet u sub-committees?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kumitat Festi Nazzjonali għas-snin 1999/2000 kien kompost minn:-
Mr Alfred J Chetcuti - Chairman
Ms Claire Buġeja - Deputy Chairman
Mr Nenu Aquilina - Membru
Mr Anthony Bezzina - "
Ms Doris Borg - "
Ms Rosette Fenech - "
Ms Joyce Guillaumier - "
Mr Mario Rick Mifsud - "
Mr Paul Mintoff - "
Mr Piju Spiteri - "
Ms Hazel Sultana - "
Mr George Zahra - "
Mr Anton Miceli - Segretarju
Il-Kumitat Festi Nazzjonali ser jiġi rikostitwit wara li skada t-terminu teigħu. F'dawn l-aħħar xhur ix-xogħol sar mill-Uffiċjali tad-Dipartiment tal-Kultura cioe` Mr Anton Miceli u Mr Noel Castillo megħjjunin mis-Sur George Zahra bl-għajnuna u l-parteċipazzjoni diretta tad-Direttur tad-Dpartiment innifsu flimkien mal-Policy Co-ordinator tal-Kultura mill-Ministeru.
Kummissjonijiet jew sub-committees li joħorġu mill-Kumitat Festi Nazzjonali huma tnejn: Il-Kummissjoni Karnival li t-terminu tal-kariga tagħha skada u l-Kummissjoni Regatta li spiċċat f'Settembru 2000. Qed jittieħdu l-passi għar-rikostituzzjoni tagħhom, jekk ikun il-każ.
Iż-żewġ kummissjonijiet tul is-sena 2000 iltaqgħu regolarment. Il-Kummissjoni Karnival iltaqgħet formalment għal 8 darbiet, apparti diversi laqgħat oħra bi preparazzjoni għal Karnival 2000 u laqgħat oħra ta' tħejjija għal Karnival 2001. Din il-Kummissjoni kienet komposta minn Mr George Zahra, Mr Noel Castillo, Mr Anton Gellel, Mr Joseph Borda, Mr Mario Camilleri, Mr Paul Chetcuti, Mr Alfred Debono, Mr Mario Rick Mifsud, Mr Raymond Mugliette, Mr Joseph Sapiano u Mr Anton Miceli ex-ufficio - uffiċjal mill-Kumitat Festi Nazzjonali.
Il-Kummissjoni Regatta ltaqgħet uffiċċjalment għal 10 darbiet tul is-sena 2000. Barra minn hekk żammet laqgħat regolari ta' preparazzjoni konnessi mar-Regatta ta' Jum il-Ħelsien u r-Regatta ta' Jum il-Vittorja. L-istess Kummissjoni ukoll għenet fl-organizzazzjoni tal-league tar-Regatta taħt is-16 li saru f'Malta għall-ewwel darba matul is-sajf 2000. Il-Kummissjoni Regatta kienet komposta minn Mr Bertie Muscat, Kapt. Bennie Grech, Mr Noel Castillo, Mr Jeff Poulton, Mr Reno Chircop, Mr George Brydon, Mr Sammy Busuttil, Mr Joe Cachia, Mr David Brydon, u Mr Anton Miceli ex-ufficio - uffiċċjali mill-Kumitat Festi Nazzjonali.
Il-membri tal-Kumitat Festi Nazzjonali, Kummissjoni Karnival u l-Kummissjoni Regatta, eskluż l-impjegati ta' l-uffiċju tal-Kumitat Festi Nazzjonali, ma jirċievu ebda ħlas għax-xogħol li jsir f'dawn il-Kumitati.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri ta' l-istaff mhux akkademiċi ġewwa l-Universita' li marru fuq xi scholarship/kors jew żjarat barra minn Malta matul din is-sena?
Fuq liema kors kull wieħed minnhom mar?
Kemm hu t-tul ta' żmien?
Jekk humiex marbutin b'xi kuntratt?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
B'riferenza għall-intervisti li saru riċentement għall-promozzjoni ta' Administrative Assistant fl-Universita', jista' l-Ministru jgħid jekk hux il-kandidati kollha attendew għall-intervista?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li wieħed mill-kandidati m'attendiex għall-intervisti li saru riċentement għall-promozzjoni ta' Administrative Assistant.
Jista' l-Ministru jikkonferma li membru mill-istaff tas-sezzjoni staff recruitment & development office qed jagħti lectures waqt il-ħin tax-xogħol?
Jekk fl-affermativ, meta ngħata dan il-permess u minn min?
Kemm-il siegħa qed jagħti fil-ġimgħa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li Membru kkwalifikat fil-qasam tal-Management mill-istaff tas-sezzjoni "Staff Recruitment and Development Office" fl-Universita` ġie mogħti l-permess meħtieġ biex mill-1 ta' Ottubru 2000 jibda jagħti erba` siegħat 'tutorials' f'ħin rikjest mill-Fakulta` ta' l-Economics, Management and Accountancy. Dan il-permess ġie mogħti mir-Rettur fuq rakkomandazzjoni tal-Fakulta`. Il-Fakulta` qed ikollha diffikultajiet kbar sabiex timpjega 'lecturers' u għaldaqstant għamlet dan l-arranġament sabiex issolvi ċertu bżonnijiet.
Jista' l-Ministru jgħid min kien ingħata l-qualification allowance fis-sena 1999 mill-membri ta' l-istaff mhux akkademiku ġewwa l-Universita' ta' Malta?
Response (GALEA, LOUIS)
Lista ta' membri ta' l-istaff mhux akkademiku li kien ingħata l-qualification allowance fis-sena 1999 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb l-mistoqsija parlamentari nru. 21976?
Response (GALEA, LOUIS)
Din iż-żjara tifforma parti mill-programm ta' skambji li jsiru regolarment kull sena mid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport. Dan il-proġett ta' skambji ilu jsir għal dawn l-aħħar sittax-il sena. Saret sejħa għall-applikazzjonijiet ġenerali u sussegwentament sejħa oħra għal dawk li xtaqu jmorru fuq exchange fiċ-Ċina. Kien hemm 41 applikazzjoni li minnhom intgħażlu 10 bil-polza li ħallsu biss il-passaġġ ta' Lm360, filwaqt li ż-żewġ group leaders ħallsu tlett kwarti tal-passaġġ kull wieħed. L-ospitalita` ġewwa ċ-Ċina ġiet offruta minn Federazzjoni taż-Żgħażagħ Ċiniża. Fil-Youth Exchanges konsiderazzjoni tingħata lil dawk li qatt ma kienu siefru fuq youth exchange. Pajjiżna rreċiproka dawn iż-żjarat f'Settembru li għadda.
B'referenza għall-avviż li deher fil-gazzetti bħala programm ta' għajnuna għal inizjattivi minn Għaqdiet taż-Żgħażagħ u li l-applikazzjonijiet għalqu fil-5 ta' Diċembru 2000, jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet u f'isem min huma?
Jista' jgħid ukoll fil-qasir x'inhu l-proġett jew l-attivita li għamlu referenza għaliha u kemm ġe mitluba fondi f'kull każ?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għad-domanda parlamentari numru 11601, jista' l-Ministu jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba x-xogħol hemm imsemmi huwiex kontemplat li jsir fil-futur qarib?
Response (GALEA, LOUIS)
Filwaqt li m'għandix tagħrif ġdid x'inżid mat-tweġiba oriġinali, ser niġbed l-attenzjoni tal-Bord tal-Gvernaturi taċ-Ċentru tar-Restawr dwar ix-xogħol imsemmi bl-iskop li jiġi konsidrat tħaffif tax-xogħol.
B'referenza għad-domanda parlamentari numru 5155, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba l-Ġappuniż ġiex mgħallem fl-iskejjel sekondarji tul is-sena elfejn u jekk le hemmx il-ħsieb li dan jibda jseħħ fil-futur qarib?
Response (GALEA, LOUIS)
Ir-risposta hi fin-negattiv. Jien qed niddiskuti l-possibilita` ta' twaqqif ta' Istitut tal-Lingwi li jiġi mogħti l-inkarigu li joffri korsijiet f'numru ta' lingwi bħal Ġappuniż, Russu, Ċiniż u Għarbi, minbarra lingwi oħra li diġa` qed jiġu mgħallma fl-iskejjel sekondarji.
B'referenza għad-domand parlamentari numru 5154, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba l-Grieg klassiku ġiex mgħallem fl-iskejjel sekondarji tul is-sena elfejn u jekk le hemmx il-ħsieb li dan jibda jseħħ fil-futur qarib?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21775?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21969 ta' l-istess Onor. Membru u li jiena tajt f'Seduta 452 fis-7 ta' Diċembru 2000.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21776?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21970 ta' l-istess Onor. Membru u li jiena tajt f'Seduta 452 fis-7 ta' Diċembru 2000.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21823?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21972 ta' l-istess Onor. Membru u li jiena tajt f'Seduta 452 fis-7 ta' Diċembru 2000.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar studju li sar riċentement li jgħid kemm huwa l-perċentaġġ ta' nies illiterati ġewwa l-Furjana u ġewwa l-Belt?
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa jew beħsiebu jieħu in segwitu ta' dan ir-rapport?
Response (GALEA, LOUIS)
L-istudju "Literacy in Malta" ġie publikat iżda it-tagħrif dwar skola skola baqa' konfidenzjali fuq il-parir ta' edukaturi esperti bl-iskop li f'dan l-istadju ebda skola ma tikseb xi fama ta' natura ġeneralizzata.
L-inizjattivi f'dan il-qasam qed jittieħdu fil-kwadru tat-twettieq tal-Kurrikulu Nazzjonali u jinkludu l-proġett tal-Literacy Unit bejn l-Universita` u d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, il-proġett "Let me Learn" u l-Institute taċ-Child and Parent Learning Support li ser jibda s-sena d-dieħla. Barra dawn l-inizjattivi partikolari isir xogħol kontinwu fl-iskejjel kollha kif ukoll xogħol speċjalizzat minn taqsimiet partikolari.
Jista' l-Ministru jinfurmani kemm kienet l-ispiża tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma tal-Ministeri u d-Dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tal-Ministru għas-snin 1997, 1998 u 1999 sena b'sena separatament?
Kemm min dawn il-kontijiet tħallsu u kemm għadhom pendenti?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.